Għanja 124
Il-Frott tal-Kontroll fuqna Nfusna
1. Lil ruħek għasses jekk emmint;
Kun sod għall-verità.
Ħa jkollok kontroll fuqek int
Biex tgħix fis-sigurtà.
2. Bħalma fl-imħabba nistinkaw
U l-għerf naħdmu għalih,
Hekk ’l Alla rridu nimitaw
B’kontroll fuqna ntuh ġieh.
3. Lill-ġisem inżommuh irsir;
Għaż-żina ma nċedux.
Biex ġid lilna w ’l oħrajn isir
Fir-rażna ma nonqsux.
4. Kalmi lkoll nibqgħu fit-tiġrib
U meta imgħakksin;
Kenn żgur fi ħdan Jehovah ssib
U hekk nibqgħu tajbin.