LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 39
  • L-Imkabbrin u l-Umlin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Imkabbrin u l-Umlin
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Gwaj għal ġenerazzjoni li ma tridx tagħti widen
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • “Il-Madmad Tiegħi Ħelu u t-Toqol Tiegħi Ħafif”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Rimedju Prattiku Kif Teħles mill-Istress
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • “Ejjew għandi, . . . u jien inserraħkom”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 39

Kapitlu 39

L-​Imkabbrin u l-​Umlin

WARA li jsemmi l-​virtujiet taʼ Ġwanni l-​Għammied, Ġesù jdawwar l-​attenzjoni tiegħu lejn in-​nies kburin u vojta li hawn madwaru. “Din il-​ġenerazzjoni,” jiddikjara hu, “hi bħal tfal żgħar bil-​qiegħda fis-​swieq li jgħajtu lil sħabhom fil-​logħob, igħidu, ‘Daqqejnielkom il-​fifra, imma ma żfintux; waħwaħna, imma ma sawwattux lilkom infuskom bin-​niket.’”

Ġesù x’irid ifisser? Huwa jispjega: “Ġwanni ġie la jiekol u lanqas jixrob, iżda n-​nies igħidu, ‘Għandu demonju’; Bin il-​bniedem ġie jiekol u jixrob, u xorta n-​nies igħidu, ‘Ħares! Raġel ħanżir u mogħti għax-​xorb tal-​inbid, ħabib tal-​kolletturi tat-​taxxa u l-​midinbin.’”

Hu impossibbli li tissodisfa lin-​nies. Xejn ma jogħġobhom. Ġwanni għex ħajja taʼ għaks u taʼ ċaħda tiegħu nnifsu bħala wieħed Nażirit fi qbil mad-​dikjarazzjoni tal-​anġlu li “ma jrid jixrob assolutament l-​ebda nbid u xorb qawwi.” U b’dana kollu n-​nies jgħidu li hu ndemonjat. Mill-​banda l-​oħra, Ġesù jgħix bħal irġiel oħra, mingħajr ma jitgħakkes, u jiġi akkużat li hu ħali.

Kemm hu iebes biex togħġobhom lin-​nies! Huma bħal tfal li jilagħbu flimkien, li xi wħud ma jkunux iridu jiżfnu meta tfal oħra jdoqqu l-​fifra jew juru niket meta sħabhom iwaħwħu. Madankollu, Ġesù jgħid: “Il-​għerf hu muri kemm hu twajjeb minn xogħlijietu.” Iva, l-​evidenza​—ix-​xogħlijiet​—tagħmilha ċara li l-​akkużi kemm kontra Ġwanni u kemm kontra Ġesù huma foloz.

Ġesù jkompli billi jmaqdar speċifikament lit-​tlett ibliet taʼ Korażin, Betsajda, u Kapernahum, fejn wettaq il-​biċċa l-​kbira tax-​xogħlijiet tal-​għaġeb tiegħu. Kieku għamel dawk ix-​xogħlijiet fl-​ibliet Feniċi taʼ Tir u Sidon, igħid Ġesù, kieku dawn l-​ibliet kienu jindmu fl-​ixkejjer u l-​irmied. Waqt li jikkundanna lil Kapernahum, li milli jidher kien fejn mar jogħod Ġesù bħala bażi matul il-​perijodu tal-​ministeru tiegħu, Ġesù jiddikjara: “Se jkun iktar li tissaportih għall-​art taʼ Sodom f’Jum il-​Ġudizzju milli għalik.”

Ġesù mbagħad ifaħħar pubblikament lil Missieru tas-​sema. Hu jħossu mqanqal li jagħmel hekk għaliex Alla jaħbi veritajiet spiritwali prezzjużi minn nies għorrief u intellettwali imma jikxef dawn l-​affarijiet meraviljużi lil uħud umlin, lil trabi, biex ingħidu hekk.

Fl-aħħar, Ġesù jagħmel l-​istedina li tant tappella: “Ejjew għandi, intom ilkoll li taħdmu iebes u mgħobbijin wisq, u jien se nserraħkom. Ħudu l-​madmad tiegħi fuqkom u tgħallmu minni, għax jien ġwejjed u umli fil-​qalb, u intom se ssibu serħan għal erwieħkom. Għax il-​madmad tiegħi ħanin u t-​tagħbija tiegħi ħafifa.”

Ġesù kif joffrih is-​serħan? Dan jagħmlu billi jipprovdi ħelsien mit-​tradizzjonijiet li jjassru u li bihom il-​mexxejja reliġjużi għabbew lill-​poplu, inklużi, per eżempju, regolamenti restrittivi dwar iż-​żamma tas-​Sibt. Hu juri wkoll il-​mod taʼ serħan għal dawk li jħossu l-​piż li jfarrak tad-​dominanza minn awtoritajiet politici u għal dawk li jħossu t-​toqol taʼ dnubiethom permezz taʼ kuxjenza milquta. Lil uħud milquta bħal dawn hu jurihom kif dnubiethom jistgħu jinħafru u kif huma jistgħu jgawdu relazzjoni prezzjuża maʼ Alla.

Il-madmad ħanin li joffri Ġesù hu wieħed taʼ dedikazzjoni sħiħa ’l Alla, billi nkunu nistgħu naqdu lil Missierna tas-​sema li tant jagħder u jħenn. U t-​tagħbija ħafifa li joffri Ġesù lil dawk li jiġu għandu hi li wieħed jobdi l-​ħtiġijiet t’Alla għall-​ħajja, li huma l-​kmandamenti Tiegħu mniżżlin fil-​Bibbja. U li wieħed jobdihom dawn ma hu xejn taʼ piż. Mattew 11:​16-30; Luqa 1:15; 7:​31-35; 1 Ġwann 5:3.

▪ In-​nies kburin u vojta tal-​ġenerazzjoni taʼ Ġesù kif inhuma bħat-​tfal?

▪ Ġesù għala hu mqanqal li jfaħħar lil Missieru tas-​sema?

▪ In-​nies b’liema modi huma mtaqqlin, u liema serħan joffri Ġesù?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja