LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 99
  • Ġesù Jgħallem f’Ġeriko

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġesù Jgħallem f’Ġeriko
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Ġesù jfejjaq lil irġiel għomja u jgħin lil Żakkew
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Il-Ħbieb Tagħna Għandhom Iħobbu lil Alla
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Xi Ħaġa Aqwa minn Riforma
    Stenbaħ!—2004
  • Egħleb il-Biżaʼ
    L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 99

Kapitlu 99

Ġesù Jgħallem f’Ġeriko

ĠESÙ u l-​folol li qed jivvjaġġaw miegħu malajr jaslu f’Ġeriko, li hija belt madwar vjaġġ taʼ jum minn Ġerusalemm. Mid-​dehra Ġeriko hija belt doppja, il-​belt Lhudija qadima madwar mil ’il bogħod mill-​belt Rumana iktar ġdida. Hekk kif il-​folol ikunu ħerġin ’il barra mill-​belt qadima u resqin lejn il-​waħda ġdida, żewġ tallaba għomja jisimgħu l-​ħsejjes. Wieħed minnhom jismu Bartimew.

Malli jsiru jafu li huwa Ġesù li hu għaddej, Bartimew u sieħbu jibdew igħajtu: “Mulej, ikollok ħniena minna, Bin David!” Meta l-​folla b’mod sod tgħidilhom biex jisktu, huma jgħajtu saħansitra iktar u b’ilħna iktar qawwija: “Mulej, ikollok ħniena minna, Bin David!”

Billi jismaʼ l-​istorbju, Ġesù jieqaf. Hu jgħid lil dawk li hemm miegħu biex isejħu lil dawk li qed jagħmlu l-​għajjat kollu. Dawn imorru għand it-​tallaba għomja u jgħidu lil wieħed minnhom: “Agħmel kuraġġ, qum, qed isejjaħlek.” B’eċċitament bla qies, ir-​raġel agħma jarmi l-​libsa taʼ fuq tiegħu, iqum fuq saqajh, u jmur għand Ġesù.

“Xi triduni nagħmel għalikom?” Ġesù jistaqsi.

“Mulej, ħalli li għajnejna jinfetħu,” jitolbu bil-​ħniena huma.

Imqanqal mill-​ħasra, Ġesù jmissilhom għajnejhom. Skond ir-​rakkont taʼ Mark, Ġesù jgħid lil wieħed minnhom: “Mur, il-​fidi tiegħek fejqitek.” Minnufih it-​tallaba għomja jibdew jaraw, u bla dubju t-​tnejn li huma jibdew jigglorifikaw lil Alla. Meta n-​nies kollha jaraw x’ġara, huma wkoll ifaħħru lil Alla. Mingħajr dewmien, Bartimew u sieħbu jibdew isegwu lil Ġesù.

Hekk kif Ġesù jgħaddi minn ġo Ġeriko, hemm folol kbar. Kulħadd irid jara lil dak li fejjaq lill-​irġiel għomja. In-​nies jagħfsu fuq Ġesù minn kull direzzjoni, u bħala riżultat, xi wħud saħansitra lanqas biss jistgħu jarawh. Fost dawn hemm Żakkew, kap fuq il-​kolletturi tat-​taxxa ġewwa u madwar Ġeriko. Hu qasir wisq biex jara x’qed jiġri.

Mela Żakkew jitlaq jiġri ’l quddiem u jitlaʼ fuq siġra taċ-​ċawsli li tinstab fit-​triq li minnha għaddej Ġesù. Minn dan il-​post vantaġġuż, hu jistaʼ jkollu veduta tajba taʼ kollox. Hekk kif il-​folol jersqu qrib, Ġesù jħares lejn is-​siġra u jgħajjat: “Żakkew, ħaffef u inżel, għax illum irrid noqgħod fid-​dar tiegħek.” Żakkew jinżel minn fuq is-​siġra bil-​ferħ u jħaffef lejn id-​dar biex ilesti l-​affarijiet għall-​viżitatur distint tiegħu.

Madankollu, meta n-​nies jaraw x’qed jiġri, kollha kemm huma jibdew igorru. Huma jqisuha bħala ħaġa mhix xierqa għal Ġesù li jkun mistieden minn raġel bħal dan. Qed tara, Żakkew sar sinjur billi ħataf il-​flus b’mod diżonest fin-​negozju tiegħu taʼ ġbir tat-​taxxi.

Jiġu wkoll ħafna nies oħra, u meta Ġesù jidħol fid-​dar taʼ Żakkew, huma jilmentaw: “Maʼ raġel li hu midneb daħal igħammar.” Iżda Ġesù jara f’Żakkew il-​potenzjal għal indiema. U Ġesù ma jiġix iddiżappuntat, għax Żakkew iqum bil-​wieqfa u jħabbar: “Ħares! Nofs il-​ġid li għandi, Mulej, se nagħtih lill-​foqra, u kulma ħtaft mingħand xi ħadd b’akkuża falza se nroddu lura għal erbaʼ darbiet.”

Żakkew juri li l-​indiema tiegħu hija ġenwina billi jagħti nofs ġidu lill-​foqra u billi juża n-​nofs l-​ieħor biex iħallas lura lil dawk li qarraq bihom. Mid-​dehra hu jistaʼ jikkalkula mit-​taxxi li għandu miktubin preċiż kemm għandu jagħti lil dawn il-​persuni. Mela hu jaħlef li jrodd lura għal erbaʼ darbiet, fi qbil mal-​liġi t’Alla li tgħid: ‘Fil-​każ li raġel jisraq nagħġa, hu għandu jikkumpensa b’erbgħa mill-​merħla għan-​nagħġa.’

Ġesù jieħu gost bil-​mod li bih Żakkew iwiegħed li jqassam il-​ġid tiegħu, għax Hu jgħid: “Dan il-​jum is-​salvazzjoni ġiet f’din id-​dar, għaliex hu wkoll huwa bin Abraham. Għax Bin il-​bniedem ġie biex ifittex u biex isalva lil dak li kien mitluf.”

Dan l-​aħħar, Ġesù kien wera s-​sitwazzjoni tal-​‘mitlufin’ bl-​istorja tiegħu dwar l-​iben prodigu. Issa għandna eżempju veru taʼ wieħed mitluf li nstab. Għalkemm il-​mexxejja reliġjużi u dawk li jsegwuhom igergru u jilmentaw dwar l-​attenzjoni taʼ Ġesù lejn persuni bħal Żakkew, Ġesù jkompli jfittex u jirrestawra lil dawn l-​ulied mitlufin taʼ Abraham. Mattew 20:​29-34; Mark 10:​46-52; Luqa 18:35–19:10; Eżodu 22:1.

▪ Mid-​dehra, Ġesù fejn jiltaqaʼ mat-​tallaba għomja, u x’jagħmlilhom?

▪ Min hu Żakkew, u għala jitlaʼ fuq siġra?

▪ Żakkew kif jagħti prova tal-​indiema tiegħu?

▪ X’lezzjoni nistgħu nitgħallmu mill-​mod kif Ġesù ttratta maʼ Żakkew?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja