LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lmd lezzjoni 6
  • Egħleb il-Biżaʼ

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Egħleb il-Biżaʼ
  • L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Dak li Għamel Ġesù
  • X’Nitgħallmu minn Ġesù?
  • Imita lil Ġesù
  • Imita lil Ġesù—Ippriedka bil-Qlubija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Tippriedka Int bil-Kuraġġ?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • ‘Xandar il-Kelma t’Alla bil-Qlubija’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Kompli Xandar il-Kelma t’Alla bil-Qlubija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
Ara Iżjed
L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli
lmd lezzjoni 6

IBDA KONVERSAZZJONI

Xi nies jibqgħu sorpriżi meta Ġesù jgħid lil Żakkew biex jinżel minn fuq is-siġra.

Lq. 19:​1-7

LEZZJONI 6

Egħleb il-Biżaʼ

Prinċipju: “Huma ppritkaw bil-kuraġġ bl-awtorità taʼ Ġeħova.”—Atti 14:3.

Dak li Għamel Ġesù

Xi nies jibqgħu sorpriżi meta Ġesù jgħid lil Żakkew biex jinżel minn fuq is-siġra.

VIDJOW: Ġesù Jipprietka lil Żakkew

1. Ara l-VIDJOW jew aqra Luqa 19:​1-7. Imbagħad aħseb sew dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

  1. Xi nies għala forsi evitaw lil Żakkew?

  2. X’kienet ir-raġuni għala Ġesù xorta ppritkalu?

X’Nitgħallmu minn Ġesù?

2. Għandna bżonn il-kuraġġ biex nippritkaw lil kull tip taʼ nies dwar is-Saltna.

Imita lil Ġesù

3. Strieħ fuq Ġeħova. L-ispirtu t’Alla għen lil Ġesù biex jipprietka u anki lilek jistaʼ jgħin. (Mt. 10:​19, 20; Lq. 4:18) Itlob lil Ġeħova biex jgħinek tegħleb il-biżaʼ u tipprietka lil dawk li tiddejjaq titkellem magħhom dwar il-Bibbja.—Atti 4:29.

4. Tiġġudikax lin-nies. Kultant forsi nżommu lura milli nitkellmu maʼ xi ħadd minħabba li jkun fqir jew sinjur, id-dehra tiegħu, it-tip taʼ ħajja li jgħix, jew dak li jemmen. Imma ftakar:

  1. Aħna ma nistgħux naraw x’hemm fil-qalb bħal Ġeħova u Ġesù.

  2. Ġeħova jistaʼ jgħin lil kulħadd.

5. Kun kuraġġuż imma oqgħod attent u uri rispett. (Mt. 10:16) Evita l-argumenti. B’rispett waqqaf il-konversazzjoni jekk il-persuna ma tridx tismaʼ jew ma tħossokx komdu.—Prov. 17:14.

ARA WKOLL

Atti 4:31; Efes. 6:​19, 20; 1 Tess. 2:2; 2 Tim. 1:7

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja