LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • be studju 13 p. 124-p. 127 para. 1
  • Kuntatt Viżwali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kuntatt Viżwali
  • Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Materjal Simili
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Uri Interess Persunali—Billi Tagħmel Kuntatt bl-Għajnejn
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Introduzzjoni li Tqajjem Interess
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Informattiva għall-​Udjenza Tiegħek
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Ara Iżjed
Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
be studju 13 p. 124-p. 127 para. 1

STUDJU 13

Kuntatt Viżwali

X’hemm bżonn tagħmel?

Ħares lejn dawk li qed titkellem magħhom, billi tħalli ’l għajnejk jiltaqgħu maʼ għajnejhom għal ftit sekondi jekk dan hu aċċettabbli f’pajjiżek. Arahom bħala individwi, mhux biss bħala grupp taʼ nies.

Għala importanti?

F’ħafna kulturi, il-​kuntatt bl-​għajnejn hu meqjus bħala indikazzjoni taʼ interess fil-​persuna li qed tiġi indirizzata. Hu meqjus ukoll bħala evidenza li qed titkellem b’konvinzjoni.

GĦAJNEJNA jikxfu attitudnijiet u emozzjonijiet. Jistgħu jindikaw sorpriża jew biżaʼ. Jistgħu juru mogħdrija jew imħabba. Kultant, jistgħu jikxfu li hemm dubju jew jagħtu evidenza taʼ niket. Rigward in-​nies taʼ pajjiżu li kienu batew ħafna, raġel imdaħħal fiż-​żmien qal: “Aħna nitkellmu b’għajnejna.”

Oħrajn jistgħu jaslu għal konklużjonijiet dwarna u dwar dak li ngħidu fuq il-​bażi taʼ fejn niffokaw għajnejna. F’ħafna kulturi, in-​nies għandhom it-​tendenza li jafdaw individwu li jżomm kuntatt kordjali magħhom bl-​għajnejn. Għall-​kuntrarju, jistgħu jiddubitaw is-​sinċerità jew l-​abbiltà taʼ individwu li jħares lejn saqajh jew lejn xi oġġett ieħor minflok lejn il-​persuna li jkun qed ikellem. Xi kulturi oħrajn iqisu l-​kuntatt intensiv bl-​għajnejn bħala maledukazzjoni, aggressività, jew sfida. Dan hu minnu b’mod speċjali meta nitkellmu maʼ membri tas-​sess oppost jew maʼ xi kap jew persuna oħra li għandha xi titlu. U f’xi nħawi, jekk persuna iżgħar fl-​età kellha tagħmel kuntatt dirett bl-​għajnejn meta tkun qed titkellem maʼ persuna akbar fl-​età, dan ikun meqjus bħala nuqqas taʼ rispett.

Madankollu, meta ma jkunx offensiv, li tħares lejn individwu fl-​għajnejn meta tkun qed tagħmel xi stqarrija importanti jistaʼ jżid l-​enfasi taʼ dak li jintqal. Jistaʼ jitqies bħala evidenza taʼ konvinzjoni min-​naħa tal-​kelliemi. Innota kif Ġesù wieġeb meta d-​dixxipli tiegħu ssorprendew ruħhom u qalu: “Min tassew jistaʼ jiġi salvat?” Il-​Bibbja tgħid: “Waqt li ħares fiss lejhom, Ġesù qalilhom: ‘Għall-​bnedmin dan hu impossibbli, imma għal Alla kollox hu possibbli.’” (Mt. 19:25, 26) L-​Iskrittura turi wkoll li l-​appostlu Pawlu kien josserva bir-​reqqa r-​reazzjonijiet taʼ dawk fl-​udjenza tiegħu. F’okkażjoni minnhom, raġel zopp mit-​twelid kien preżenti meta tkellem Pawlu. Atti 14:9, 10 jgħid: “Hu kien qed jismaʼ lil Pawlu jitkellem, u dan, meta ħares fiss lejh u ra li kellu l-​fidi li jiġi mfejjaq, qallu b’leħen għoli: ‘Qum u ieqaf fuq saqajk.’”

Suġġerimenti għall-​Ministeru tal-​Għalqa. Meta tieħu sehem fil-​ministeru tal-​għalqa, kun dħuli u kordjali meta tavviċina n-​nies. Meta jkun xieraq, uża mistoqsijiet li jqanqlu l-​ħsieb biex tibda konversazzjoni fuq xi ħaġa li tistaʼ tkun taʼ interess komuni. Int u tagħmel dan, stinka biex tistabbilixxi kuntatt bl-​għajnejn—jew għall-​inqas biex tħares lejn wiċċ il-​persuna b’rispett u b’qalb tajba. Tbissima ħelwa fuq wiċċ dawk li għajnejhom juru ferħ ġewwieni tiġbdek ħafna. Espressjoni bħal din tistaʼ tgħid ħafna lill-​individwu dwar liema xorta taʼ persuna int u tgħinu jħossu iktar rilassat int u titkellem.

Meta tosserva l-​espressjoni f’għajnejn il-​persuna, fejn hu xieraq, jistaʼ jkollok indikazzjoni taʼ kif tittratta sitwazzjoni. Għandek mnejn tinduna jekk individwu jkunx irrabjat jew jekk tassew ma jkunx interessat. Jekk ma jifhmekx, forsi tinnota dan. Jekk qed jitnerves, dan ġeneralment se tarah. Jekk hu tassew interessat, dan se jkun evidenti wkoll. L-​espressjoni f’għajnejh tistaʼ turik li għandek bżonn taġġusta l-​pass, tagħmel iżjed sforz biex tinvolvih fil-​konversazzjoni, ittemm id-​diskussjoni jew, possibbilment, tkompli b’turija dwar kif isir studju tal-​Bibbja.

Sew jekk qed tagħti xhieda lin-​nies u sew jekk qed tikkonduċi studju tal-​Bibbja fid-​dar, stinka biex iżżomm kuntatt bl-​għajnejn bir-​rispett maʼ dak li qed titkellem miegħu. Madankollu, tiċċassax lejh għax dan jistaʼ jkun imbarazzanti. (2 Slat. 8:11) Iżda b’mod naturali u dħuli, ħares spiss lejn wiċċ il-​persuna l-​oħra. F’ħafna pajjiżi, dan juri sentiment taʼ interess sinċier. Tabilħaqq, meta tkun qed taqra mill-​Bibbja jew minn xi pubblikazzjoni oħra, għajnejk ikunu ffokati fuq il-​paġna stampata. Iżda biex tenfasizza xi punt, għandek mnejn tkun trid tħares direttament lejn il-​persuna, għalkemm dan tagħmlu għal ħin qasir. Jekk tħares ’il fuq minn ħin għall-​ieħor, dan ukoll se jgħinek tosserva r-​reazzjoni tagħha għal dak li qed jinqara.

Jekk il-​mistħija tagħmilhielek diffiċli għall-​ewwel li tagħmel kuntatt bl-​għajnejn, taqtax qalbek. Bil-​prattika, il-​kuntatt xieraq bl-​għajnejn isir naturali, u jistaʼ jżid l-​effettività fil-​komunikazzjoni maʼ oħrajn.

Meta Tagħti Taħdita. Il-​Bibbja tgħidilna li qabel ma Ġesù beda l-​Prietka taʼ fuq il-​Muntanja, “refaʼ għajnejh lejn id-​dixxipli tiegħu.” (Lq. 6:20) Tgħallem mill-​eżempju tiegħu. Jekk se titkellem quddiem ġemgħa taʼ nies, iffaċċjahom u mbagħad ħu pawsa taʼ ftit sekondi qabel tibda titkellem. F’ħafna postijiet dan jinkludi li tagħmel kuntatt bl-​għajnejn maʼ xi wħud fl-​udjenza. Din il-​pawsa qasira tistaʼ tgħinek tegħleb xi eċċitament li jkollok fil-​bidu. Se tgħin ukoll lill-​udjenza taġġusta ruħha għal kwalunkwe attitudni jew emozzjoni li juri wiċċek. Iktar minn hekk, dan se jippermetti lill-​udjenza tissetilja u tkun lesta li tagħtik l-​attenzjoni tagħha.

Matul it-​taħdita tiegħek, ħares lejn l-​udjenza. Tħarisx sempliċement lejn il-​ġemgħa taʼ nies bħala grupp. Stinka biex tħares lejn individwi fil-​ġemgħa. Fi kważi kull kultura, huwa mistenni li jkun hemm xi ammont taʼ kuntatt bl-​għajnejn min-​naħa tal-​kelliemi pubbliku.

Biex tħares lejn l-​udjenza hemm bżonn iktar milli sempliċement tagħmel moviment ritmiku bl-​għajnejn minn naħa għal oħra. Agħmel kuntatt viżwali b’rispett maʼ xi ħadd fl-​udjenza, u jekk ikun xieraq, għid sentenza sħiħa lil dan l-​individwu. Imbagħad ħares lejn xi ħadd ieħor, u għid sentenza jew tnejn lilu. Iddumx tħares lejn xi ħadd tant li jħossu skomdu u tikkonċentrax biss fuq ftit nies fl-​udjenza kollha. Kompli agħmel kuntatt bl-​għajnejn maʼ wħud fost l-​udjenza b’dan il-​mod, iżda int u titkellem maʼ individwu, verament tkellem miegħu u nnota r-​reazzjoni tiegħu qabel tgħaddi għal individwu ieħor.

In-​noti tiegħek għandhom ikunu fuq il-​leġiju, jew l-​istand, tal-​kelliemi, f’idejk, jew fil-​Bibbja tiegħek sabiex tkun tistaʼ tagħtihom daqqa t’għajn b’ħarsa waħda biss. Jekk hemm bżonn li ċċaqlaq rasek kollha kemm hi biex tara n-​noti tiegħek, il-​kuntatt mal-​udjenza se jbati. Għandha tingħata konsiderazzjoni lejn kemm tħares spiss lejn in-​noti u meta dan għandu jsir. Jekk qed tħares lejn in-​noti tiegħek int u toħroġ xi punt importanti fit-​taħdita, mhux biss se tonqos milli tara r-​reazzjoni tal-​udjenza imma wkoll it-​taħdita tiegħek se titlef xi ftit mill-​qawwa tagħha. Bl-​istess mod, jekk qed tikkonsulta n-​noti tiegħek il-​ħin kollu, se titlef il-​kuntatt mal-​udjenza.

Meta titfaʼ ballun lil xi ħadd, int tħares biex tara jekk il-​ballun inqabadx. Kull ħsieb fit-​taħdita tiegħek huwa bħal “tefgħa” separata lill-​udjenza. Il-​“qabda” tistaʼ tkun indikata mit-​tweġiba tagħhom—ċaqliqa b’rashom, tbissima, ħarsa b’attenzjoni. Jekk iżżomm kuntatt tajjeb bl-​għajnejn, dan jistaʼ jgħinek tkun żgur li l-​ideat tiegħek qed “jinqabdu.”

Jekk ġejt inkarigat biex taqra fil-​kongregazzjoni, għandek int tipprova tħares lejn l-​udjenza matul il-​qari? Jekk dawk fl-​udjenza qed isegwu l-​qari tiegħek mill-​Bibbja, ħafna minnhom mhumiex se jkunu jafu jekk intix tħares lejhom jew le. Iżda jekk tħares lejn dawk fl-​udjenza tistaʼ tiġi megħjun tagħti l-​ħajja lill-​qari tiegħek għax dan se jżommok konxju sew tar-​reazzjoni tagħhom. U għal dawk fl-​udjenza li mhumiex jużaw il-​Bibbja tagħhom u li jkunu aljenati, il-​kuntatt bl-​għajnejn mal-​kelliemi jistaʼ jgħin biex jiġbed l-​attenzjoni tagħhom lura għal dak li qed jinqara. M’għandniex xi ngħidu, int se tkun tistaʼ tħares ’il fuq għal ħin qasir biss, u dan m’għandux isir b’mod li titfixkel fil-​qari tiegħek. Għalhekk, ikun aħjar li żżomm il-​Bibbja tiegħek f’idek u żżomm rasek ’il fuq, mhux b’geddumek imdaħħal f’sidrek.

Kultant, xi anzjani jintalbu jagħtu taħdita fil-​konvenzjoni minn manuskritt. Biex jagħmlu dan b’mod effettiv jeħtieġ l-​esperjenza, preparazzjoni bir-​reqqa, u ħafna prattika. M’għandniex xi ngħidu, l-​użu taʼ manuskritt jillimita l-​kuntatt bl-​għajnejn mal-​udjenza. Iżda jekk il-​kelliemi jkun ipprepara sew, għandu jkun jistaʼ jħares lejn l-​udjenza tiegħu minn ħin għall-​ieħor mingħajr ma jitlef il-​post fil-​paġna. Meta jagħmel dan se jiġi megħjun iżomm l-​attenzjoni tal-​udjenza u jippermettilhom jibbenefikaw bis-​sħiħ mit-​taħriġ spiritwali importanti li qed jiġi preżentat.

PUNTI LI TAJJEB IŻŻOMM F’MOĦĦOK

  • Kun naturali u dħuli, b’interess ġenwin f’dawk li qed titkellem magħhom.

  • Meta taqra, żomm il-​materjal tal-​qari f’idek u żomm geddumek ’il fuq sabiex iċċaqlaq biss għajnejk, mhux rasek.

TAĦRIĠ: Fit-​taħdit taʼ kuljum mal-​familja u l-​ħbieb, stinka biex iżżid il-​kuntatt bl-​għajnejn, u agħmel dan b’modi li ma joffendux id-​drawwiet tal-​lokal.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja