LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • be studju 16 p. 135-p. 138 para. 4
  • Manjiera Rpożata

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Manjiera Rpożata
  • Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Materjal Simili
  • Kif Nistaʼ Nirnexxi Bħala Kelliemi fil-Pubbliku?
    Stenbaħ!—2004
  • Introduzzjoni li Tqajjem Interess
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Entużjażmu
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Kuntatt Viżwali
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Ara Iżjed
Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
be studju 16 p. 135-p. 138 para. 4

STUDJU 16

Manjiera Rpożata

X’hemm bżonn tagħmel?

Oqgħod bilwieqfa, iċċaqlaq, u tkellem b’mod kalm u dinjituż li juri li int irpożat.

Għala importanti?

Jekk int irpożat, l-​udjenza tiegħek x’aktarx li se tikkonċentra fuq dak li qed tgħid minflok ma tikkonċentra fuqek.

HUWA komuni li kelliemi jħossu ansjuż qabel taħdita, speċjalment jekk ma jagħtix taħditiet spiss. Pubblikatur jistaʼ jħossu xi ftit ansjuż meta jagħmel l-​ewwel ftit żjajjar tal-​ġurnata fil-​ministeru tal-​għalqa. Meta ġie inkarigat biex ikun profeta, Ġeremija wieġeb: “Jien ma nafx nitkellem, għax m’iniex ħlief naqra taʼ tifel.” (Ġer. 1:5, 6) Ġeħova għen lil Ġeremija, u se jgħin lilek ukoll. Maż-​żmien, int ukoll tistaʼ tiżviluppa manjiera rpożata.

Kelliemi rpożat hu kelliemi rilassat u li jkollu kontroll. Dan jidher mill-​qagħda tiegħu. Din tkun naturali u adattata għall-​okkażjoni. Iċ-​ċaqliq taʼ jdejh għandu sinifikat. Il-​vuċi tiegħu hi espressiva u kontrollata.

Għalkemm tistaʼ tħossok li d-​deskrizzjoni taʼ persuna rpożata ma tgħoddx għalik, tistaʼ titjieb. Kif? Ejja nikkunsidraw għala kelliemi jħossu ansjuż u ma jkunx irpożat. Il-​kaġun jistaʼ jkun wieħed fiżiku.

Meta tiffaċċja sfida u tkun trid tmur tajjeb imma m’intix ċert jekk dan iseħħx, int tħossok ansjuż. B’hekk, il-​moħħ jibgħat sinjali lill-​ġisem biex jipproduċi iktar adrenalina. Iż-​żieda fl-​adrenalina ġġiegħel lil qalbek tħabbat iktar, tibdillek ir-​rata tan-​nifs, iġġiegħlek togħroq iktar, jew saħansitra jdejk, irkopptejk, u leħnek jibdew jirtogħdu. Ġismek qed jistinka biex jgħinek tkampa mas-​sitwazzjoni tiegħek billi jżid il-​livell tal-​enerġija. L-​isfida hi li tkun taf kif tidderieġi din iż-​żieda fl-​enerġija biex tibda taħseb b’mod prattiku u tagħti t-​taħdita b’entużjażmu.

Kif Tnaqqas l-​Ansjetà. Ftakar li hu normali li tħossok xi ftit ansjuż. Madankollu, sabiex tibqaʼ rpożat, trid tkun kapaċi tnaqqas il-​livell taʼ ansjetà u tittratta s-​sitwazzjoni tiegħek b’mod kalm u dinjituż. Kif tistaʼ tagħmel dan?

Ipprepara sew. Investi l-​ħin biex tipprepara t-​taħdita tiegħek. Kun żgur li tifhem sewwa s-​suġġett li għandek. Jekk it-​taħdita tiegħek hija waħda li fiha tagħżel il-​punti li se tkopri, żomm f’moħħok dak li l-​udjenza diġà taf dwar is-​suġġett u dak li int tixtieq twettaq. Dan se jgħinek tagħżel il-​materjal li hu l-​iktar taʼ valur. Jekk għall-​ewwel issibha diffiċli, iddiskuti l-​problema maʼ kelliemi tal-​esperjenza. Hu jistaʼ jgħinek tagħmel analisi utli tal-​materjal u tal-​udjenza tiegħek. Meta tkun ċert li għandek materjal li hu taʼ benefiċċju għall-​udjenza tiegħek u int ikollok dan ċar f’moħħok, ix-​xewqa li taqsmu maʼ oħrajn se tibda tegħleb l-​ansjetà li tistaʼ tħoss dwar l-​għoti tat-​taħdita.

Agħti attenzjoni speċjali għall-​introduzzjoni tiegħek. Kun af kif se tibda. Ladarba t-​taħdita tiegħek tkun bdiet, l-​ansjetà x’aktarx li se tbatti.

L-​istess passi bażiċi japplikaw għal meta tipprepara għall-​ministeru tal-​għalqa. Tikkunsidrax biss is-​suġġett li tippjana li tiddiskuti iżda anki t-​tip taʼ nies li se tagħtihom xhieda. Ippjana l-​introduzzjoni tiegħek bir-​reqqa. Ibbenefika mill-​esperjenza taʼ pubblikaturi maturi.

Għandek mnejn tħoss li se tkun iktar irpożat jekk tuża manuskritt meta tagħti taħdita quddiem grupp taʼ nies. Fil-​fatt, dan jistaʼ jirriżulta f’iktar ansjetà kull darba li tagħti taħdita. Huwa minnu li xi kelliema jużaw ħafna noti, waqt li oħrajn jużaw ftit. Iżda dak li se jgħinek tiffoka l-​ħsieb tiegħek iktar fuq il-​materjal li għandek minflok fuqek innifsek, u b’hekk tnaqqas il-​livell taʼ ansjetà, mhuwiex il-​kliem fuq il-​karta iżda l-​konvinzjoni f’qalbek li dak li ppreparajt għall-​udjenza tiegħek hu verament taʼ valur.

Ipprattika t-​taħdita tiegħek b’leħen għoli. Dan l-​ipprattikar se jagħtik il-​kunfidenza li tistaʼ tpoġġi l-​ħsibijiet tiegħek fi kliem. Int u tipprattika, se tibni f’moħħok l-​ideat bażiċi tat-​taħdita li se tiftakarhom faċilment meta tagħti t-​taħdita. Agħmel is-​sessjoni tiegħek taʼ prattika waħda realistika. Ġib l-​udjenza quddiem għajnejk. Poġġi bilqiegħda mal-​mejda jew oqgħod bilwieqfa, bħalma tagħmel meta tagħti t-​taħdita.

Itlob lil Ġeħova għall-​għajnuna. Se jwieġeb hu talb bħal dan? “Din hi l-​fiduċja li għandna fih, li, kulma nitolbuh skond ir-​rieda tiegħu, hu jismagħna.” (1 Ġw. 5:14) Jekk tixtieq tonora lil Alla u tgħin lin-​nies jibbenefikaw mill-​Kelma tiegħu, hu żgur se jwieġeb it-​talba tiegħek. Din l-​assiguranza tistaʼ tgħinek ħafna biex tissaħħaħ ħalli twettaq l-​inkarigu tiegħek. Iktar minn hekk, hekk kif tikkultiva l-​frott tal-​ispirtu—l-​imħabba, l-​hena, il-​paċi, il-​ħlewwa, u r-​rażan—int se tiżviluppa l-​attitudni mentali meħtieġa biex tittratta sitwazzjoni b’manjiera rpożata.—Gal. 5:22, 23.

Ikseb l-​esperjenza. Iktar ma tieħu sehem fis-​servizz tal-​għalqa, inqas se tkun ansjuż. Iktar ma tikkummenta fil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni, iktar se jkun faċli li titkellem quddiem oħrajn. Hekk kif jikber l-​għadd taʼ taħditiet li tagħti fil-​kongregazzjoni, l-​ammont taʼ ansjetà li tħoss qabel kull taħdita x’aktarx li se jonqos. Tixtieq ikollok iktar opportunitajiet biex titkellem? Mela offri ruħek biex tagħmel xi taħdita fl-​iskola meta oħrajn ma jkunux jistgħu jwettqu l-​inkarigi tagħhom.

Wara li tkun ħadt dawn il-​passi li semmejna, int se ssibha taʼ benefiċċju li teżamina s-​sintomi li juru bla dubju li ma tħossokx kalm. Se tiġi megħjun titkellem b’manjiera rpożata jekk tidentifika s-​sintomi u titgħallem kif tkampa magħhom. Is-​sintomi jistgħu jkunu fiżiċi jew tal-​leħen.

Sintomi Fiżiċi. Jekk għandekx manjiera rpożata jew le jintwera mill-​qagħda fiżika tiegħek u mill-​mod li tuża jdejk. Ikkunsidra l-​ewwel l-​idejn. L-​idejn wara d-​dahar, miżmumin b’mod riġidu fil-​ġnub, jew iggranfati mal-​istand tal-​kelliemi; idejn deħlin u ħerġin fil-​bwiet, jagħlqu u jħollu l-​buttuni tal-​ġakketta, imissu bla bżonn il-​ħaddejn, l-​imnieħer, jew in-​nuċċali; idejn jilagħbu maʼ xi arloġġ, lapes, ċurkett, jew in-​noti; ġesti skossati jew mhux kompluti—dan kollu juri manjiera li mhijiex irpożata.

In-​nuqqas taʼ kunfidenza jistaʼ jidher ukoll meta toqgħod il-​ħin kollu tkaxkar saqajk, tbandal ġismek minn naħa għal oħra, toqgħod bilwieqfa f’pożizzjoni li hi wisq riġida, tintelaq, spiss tilgħaq xofftejk, tiblaʼ r-​riq il-​ħin kollu, u tieħu nifsijiet qosra u mgħaġġlin.

Bi sforz dawn it-​turijiet taʼ ansjetà jistgħu jiġu kontrollati. Aħdem fuq waħda biss kull darba. Identifika l-​problema, u kkunsidra bil-​quddiem dak li għandek bżonn tagħmel biex tevitaha. Jekk tagħmel dan l-​isforz se turi li int irpożat fil-​qagħda fiżika tiegħek.

Sintomi tal-​Leħen. L-​ansjetà fil-​leħen tistaʼ tinkludi vuċi b’ton ogħla min-​normal jew vuċi titriegħed. Forsi int il-​ħin kollu tqaħqaħ jew titkellem b’ritmu mgħaġġel wisq. Dawn il-​problemi u l-​vizzji jistgħu jiġu megħlubin bi sforz ħabrieki biex tikkontrolla l-​vuċi tiegħek.

Jekk tħossok ansjuż, ħu pawsa biex tieħu ftit nifsijiet fil-​fond qabel tmur fuq il-​platform. Stinka biex tirrilassa ġismek kollu. Minflok ma taħseb dwar l-​ansjetà li qed tħoss, ikkonċentra fuq għala trid taqsam l-​affarijiet li ppreparajt mal-​udjenza tiegħek. Qabel tibda titkellem, ħu l-​ħin biex tħares lejn l-​udjenza tiegħek, agħżel wiċċ simpatiku, u tbissem. Tkellem bil-​mod fl-​introduzzjoni, u mbagħad kun ħsiebek biss fit-​taħdita tiegħek.

Dak li Għandek Tistenna. Tistenniex li s-​sentimenti taʼ ansjetà se jgħibu kollha. Ħafna kelliema bi snin taʼ esperjenza fuq il-​platform iħossuhom ansjużi qabel ma jitkellmu quddiem udjenza. Madankollu, huma tgħallmu jikkontrollaw l-​ansjetà tagħhom. Kelliemi li jesperjenza dan qal: “Għadu jkolli friefet fl-​istonku, iżda issa nikkontrolla kif itiru.”

Jekk tagħmel sforz sinċier biex ma tħallix l-​ansjetà tidher minn barra, l-​udjenza tiegħek se tħares lejk bħala kelliemi rpożat. Għandek mnejn xorta tħossok ansjuż, iżda huma forsi ma jindunaw xejn b’dan.

Ftakar, iż-​żieda fl-​adrenalina li tikkaġuna sintomi taʼ ansjetà tagħtik ukoll iżjed enerġija. Użaha biex titkellem b’sentiment.

M’hemmx għalfejn tistenna sakemm titlaʼ fuq il-​platform biex tipprattika dawn l-​affarijiet kollha. Tgħallem kun irpożat u kontrollat u tkellem b’sentiment xieraq fil-​ħajja tiegħek taʼ kuljum. Jekk tagħmel dan se tkun ħafna iktar kunfidenti fuq il-​platform u fil-​ministeru tal-​għalqa, fejn hu l-​iktar importanti.

KIF TIKSEB MANJIERA RPOŻATA

  • Ipprepara sew.

  • Ipprattika t-​taħdita tiegħek b’leħen għoli.

  • “Ixħet toqlok fuq Ġeħova” fit-​talb.—Salm 55:22.

  • Ħu sehem b’mod regulari fis-​servizz tal-​għalqa, ikkummenta spiss fil-​laqgħat, u offri ruħek għal iktar inkarigi fl-​iskola.

  • Identifika s-​sintomi li juru li ma tħossokx kalm, u tgħallem kif tevitahom jew tikkontrollahom.

TAĦRIĠ: Kull ġimgħa stinka biex tikkummenta iktar minn darba fl-​Istudju tat-​Torri tal-​Għassa u fl-​Istudju tal-​Bibbja tal-​Kongregazzjoni, u agħmel dan għal xahar sħiħ. Innota li l-​ansjetà tibda ttaffi meta tagħti t-​tieni jew it-​tielet kumment fl-​istess laqgħa.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja