LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • be studju 19 p. 145-p. 146 para. 5
  • L-Użu tal-Bibbja Inkuraġġit

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Użu tal-Bibbja Inkuraġġit
  • Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Materjal Simili
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Skritturi Introdotti b’Mod Effettiv
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Informattiva għall-​Udjenza Tiegħek
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Kuntatt Viżwali
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Ara Iżjed
Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
be studju 19 p. 145-p. 146 para. 5

STUDJU 19

L-​Użu tal-​Bibbja Inkuraġġit

X’hemm bżonn tagħmel?

Ħeġġeġ l-​udjenza tiegħek issegwi fil-​Bibbja hekk kif jinqraw l-​iskritturi.

Għala importanti?

Dak li jara individwu b’għajnejh stess, speċjalment fil-​Bibbja tiegħu stess, iħalli impressjoni iktar qawwija.

IX-​XEWQA tagħna hi li nidderieġu l-​attenzjoni taʼ kulħadd lejn il-​Kelma taʼ Alla, il-​Bibbja. Dan il-​ktieb sagru huwa l-​bażi tal-​messaġġ li nippritkaw, u aħna rridu lin-​nies jirrealizzaw li dak li ngħidu mhuwiex ġej minna nfusna, iżda minn Alla. In-​nies għandhom bżonn irawmu fiduċja fil-​Bibbja.

Fil-​Ministeru tal-​Għalqa. Meta tipprepara għall-​ministeru tal-​għalqa, dejjem agħżel skrittura jew iktar biex taqsamhom man-​nies li jkunu lesti li jisimgħu. Anki jekk qed tippjana li tagħmel preżentazzjoni pjuttost qasira tal-​letteratura Biblika, spiss ikun taʼ benefiċċju li taqra vers mill-​Bibbja li jkun adattat. Il-​Bibbja għandha iktar qawwa biex tidderieġi lill-​uħud bħal nagħaġ minn kwalunkwe ħaġa li nistgħu ngħidu aħna. Fejn ma jkunx possibbli li taqra mill-​Bibbja, tistaʼ tagħżel li tikkwota minnha. Fl-​ewwel seklu, wieħed ma setax jikseb kopji tar-​rombli tal-​Iskrittura kif ġib u laħaq. Madankollu, Ġesù u l-​appostli tiegħu kkwotaw ħafna mill-​Iskrittura. Aħna wkoll għandna nagħmlu sforz biex nitgħallmu xi skritturi bl-​amment u nużawhom b’mod xieraq fil-​ministeru tagħna, kultant billi nikkwotawhom biss.

Meta tkun tistaʼ taqra mill-​Bibbja, żommha b’tali mod li l-​inkwilin ikun jistaʼ jsegwi int u taqra. Jekk l-​inkwilin isegwi fil-​Bibbja tiegħu, il-​mod kif iwieġeb għal dak li jaqra jistaʼ jkun iktar favorevoli.

Madankollu, trid tirrealizza li xi tradutturi tal-​Bibbja ttraduċew il-​Kelma taʼ Alla kif għoġobhom. It-​traduzzjonijiet tagħhom jistgħu ma jkunux kompletament fi qbil maʼ dak li kien imniżżel bil-​lingwi oriġinali tal-​Bibbja. Ħafna traduzzjonijiet moderni eliminaw l-​isem persunali taʼ Alla, ċajpru dak li tgħid il-​kitba bil-​lingwa oriġinali rigward il-​kundizzjoni tal-​mejtin, u ħbew dak li tgħid il-​Bibbja dwar l-​iskop taʼ Alla għall-​art. Sabiex turi lil xi ħadd x’sar fit-​traduzzjoni, għandek mnejn ikollok tqabbel xi versi importanti minn varjetà taʼ Bibbji jew minn traduzzjonijiet li saru qabel bl-​istess lingwa. Il-​ktieb Reasoning From the Scriptures jipprovdi paragun taʼ kif diversi traduzzjonijiet jagħtu espressjonijiet importanti fil-​versi li jintużaw spiss. Kull min iħobb il-​verità se jkun grat li jkun jaf il-​fatti.

Fil-​Laqgħat tal-​Kongregazzjoni. Kulħadd għandu jiġi mħeġġeġ juża l-​Bibbja tiegħu fil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni. Dan jirriżulta f’ġid b’diversi modi. Jgħin biex tinżamm l-​attenzjoni tal-​udjenza fuq dak li qed jiġi diskuss. L-​udjenza tiġi megħjuna tara b’għajnejha stess it-​tagħlim li jagħti l-​kelliemi. U se jiġi stampat fl-​imħuħ taʼ wħud interessati ġodda li l-​Bibbja hi tassew is-​sors tat-​twemmin tagħna.

Jekk dawk fl-​udjenza fil-​fatt isegwux il-​qari tiegħek mill-​Iskrittura fil-​Bibbja tagħhom stess jew le se jiddependi ħafna mill-​inkuraġġiment li tagħti int. L-​istedina diretta hi waħda mill-​aqwa metodi.

Jiddependi minnek, bħala l-​kelliemi, biex tiddeċiedi liema versi trid tenfasizza billi titlob l-​udjenza tfittixhom. Ikun aħjar li taqra l-​iskritturi li se jgħinuk tiżviluppa l-​punti prinċipali. Imbagħad, skont kemm jippermetti l-​ħin, żid xi oħrajn li jappoġġaw dan l-​argument.

M’għandniex xi ngħidu, li sempliċement issemmi l-​vers jew tistieden lill-​udjenza tfittex xi skrittura ġeneralment ma jkunx biżżejjed. Jekk taqra vers wieħed u mbagħad tgħaddi għal dak li jmiss qabel dawk fl-​udjenza mqar ikollhom ċans isibu l-​ewwel wieħed, huma malajr jiskuraġġixxu ruħhom u jieqfu jipprovaw isegwu fil-​Bibbja. Osserva u meta l-​biċċa l-​kbira minnhom ikunu sabu l-​vers, aqrah.

Aħseb bil-​quddiem. Semmi l-​iskrittura biżżejjed minn qabel biex taqraha. Dan se jnaqqas it-​telf taʼ ħin li jiġi milli tistenna l-​udjenza ssib il-​vers. Filwaqt li inqas materjal se jkun kopert jekk tħalli l-​ħin biex l-​udjenza tfittex l-​iskritturi, il-​benefiċċji se jagħmlu dan vallapena.

KIF TAGĦMEL DAN

  • Uri lill-​inkwilin il-​vers int u taqrah mill-​Bibbja, jew stiednu jsegwi miegħek fil-​Bibbja tiegħu stess.

  • Meta titkellem quddiem il-​kongregazzjoni, stieden direttament lil dawk fl-​udjenza jfittxu l-​iskritturi prinċipali, u mbagħad ħallilhom biżżejjed ħin biex jagħmlu dan.

TAĦRIĠ: Meta tagħmel żjajjar lura, ipprova dan li ġej: (1) Agħti l-​Bibbja tiegħek lill-​inkwilin, u staqsih jekk jixtieqx jaqra vers partikulari li int tkun diġà sibt. (2) Staqsi lill-​inkwilin jekk jixtieqx iġib il-​Bibbja tiegħu stess u jaqra skrittura prinċipali.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja