LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • be studju 31 p. 190-p. 193 para. 2
  • Rispett Muri lil Oħrajn

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Rispett Muri lil Oħrajn
  • Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Materjal Simili
  • Tixbihat Minn Sitwazzjonijiet Familjari
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • L-​Użu Effettiv tal-​Għajnuniet Viżwali
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Uri Rispett lil Oħrajn
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Għala nuru rispett lejn l-awtorità?
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
Ara Iżjed
Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
be studju 31 p. 190-p. 193 para. 2

STUDJU 31

Rispett Muri lil Oħrajn

X’hemm bżonn tagħmel?

Uri konsiderazzjoni lejn oħrajn u agħtihom unur.

Għala importanti?

Hija ħtieġa Kristjana li wieħed juri rispett u din tinkuraġġixxi atmosfera li fiha oħrajn ikunu iktar lesti li jaċċettaw dak li tippreżentalhom mill-​Bibbja.

L-​ISKRITTURA tgħidilna biex ‘nonoraw lil kull xorta taʼ bnedmin’ u ‘ma nitkellmu fuq ħadd b’mod inġurjuż.’ (1 Pt. 2:17; Titu 3:2) Tabilħaqq, kull bniedem li niltaqgħu miegħu ‘nħoloq “fix-​xebh t’Alla.”’ (Ġak. 3:9) Kull individwu hu xi ħadd li Kristu miet għalih. (Ġw. 3:16) U kull bniedem jistħoqqlu li jismaʼ l-​aħbar tajba ħalli jaġixxi fuqha u jiġi salvat. (2 Pt. 3:9) Xi nies għandhom kwalitajiet jew awtorità li jistħoqqilha unur speċjali.

Xi nies għala jipprovaw jevitaw li juru t-​tip taʼ rispett li tinkuraġġixxi l-​Bibbja? Il-​kultura lokali tistaʼ tiddetta dwar min hu eliġibbli għall-​unur skont il-​klassi soċjali, il-​kulur, is-​sess, is-​saħħa, l-​età, l-​għana, jew l-​istat soċjali. Il-​korruzzjoni mifruxa fost l-​uffiċjali pubbliċi nawret ir-​rispett lejn l-​awtorità. F’xi pajjiżi, in-​nies tassew mhumiex sodisfatti bis-​sitwazzjoni tagħhom, forsi minħabba li jaħdmu sigħat twal sempliċement biex ikollhom il-​bżonnijiet bażiċi, u huma mdawrin b’nies li ma jurux rispett. Iż-​żgħażagħ jesperjenzaw il-​pressjoni minn tamparhom biex jingħaqdu f’xi rvell kontra għalliema li ma jkunux popolari u oħrajn li jkunu fl-​awtorità. It-​televixin ipinġi t-​tfal bħala li jilħqilhom iktar mill-​ġenituri tagħhom u jiddominawhom, u ħafna huma influwenzati meta jaraw dan. Trid tagħmel sforz biex iżżomm ideat dinjin bħal dawn milli jeffettwaw il-​mod kif tħares lejn l-​oħrajn. Madankollu, meta nittrattaw lin-​nies b’dinjità, dan iqanqal atmosfera li fiha jkun iktar faċli għal kull min ikun involut biex jesprimi l-​ideat tiegħu.

Attitudni taʼ Rispett. Individwu li jieħu sehem f’xogħol reliġjuż hu mistenni li juri rispett billi jilbes u jaġixxi kif suppost. Dik li hi meqjusa bħala mġiba xierqa tvarja minn post għal ieħor. Xi wħud iħossu li tkun qed turi nuqqas taʼ rispett jekk tmur tkellem persuna oħra waqt li tkun liebes kappell jew jekk ikollok id waħda fil-​but. F’postijiet oħrajn, in-​nies għandhom mnejn jaċċettaw imġiba bħal din. Ikkunsidra xi jħossu n-​nies tal-​lokal ħalli ma toffendi lil ħadd. Jekk tagħmel dan se tevita li jkun hemm xi jfixkel ix-​xogħol tiegħek taʼ li tagħmel l-​aħbar tajba magħrufa b’mod effettiv.

L-​istess japplika għall-​mod tagħna kif nindirizzaw lil oħrajn, speċjalment lil dawk li huma anzjani. Ġeneralment hu meqjus bħala nuqqas taʼ rispett li ż-​żgħażagħ isejħu lill-​adulti bl-​ewwel isem tagħhom jekk ma jkunux ngħataw il-​permess biex jagħmlu dan. F’xi postijiet huwa mistenni mill-​adulti wkoll li joqogħdu lura milli jindirizzaw lill-​istranġieri bl-​ewwel isem tagħhom. Ukoll, ħafna lingwi jużaw il-​kelma “intom” jew xi metodi oħrajn biex juru rispett lejn xi ħadd li hu akbar jew li għandu l-​awtorità.

Rikonoxximent b’Rispett. F’komunitajiet iżgħar huwa mistenni li tirrikonoxxi l-​preżenza taʼ xi ħadd li tiltaqaʼ miegħu, sew jekk tkun għaddej bil-​mixi fit-​triq u sew jekk tidħol f’kamra. Dan isir permezz taʼ tislima qasira, tbissima, sinjal bir-​ras, jew saħansitra billi dak li jkun ixejjer idu. Huwa meqjus bħala nuqqas taʼ rispett li wieħed jinjora persuna oħra.

Madankollu, xi wħud jistgħu jħossuhom injorati anki jekk tirrikonoxxi l-​preżenza tagħhom. Dan kif? Minħabba li jħossu li int ma tqishomx bħala individwi. Mhijiex xi ħaġa rari li n-​nies jintefgħu f’kategorija skont karatteristika fiżika li jkollhom. Nies li għandhom diżabilità jew problemi taʼ saħħa spiss jiġu evitati. Madankollu, il-​Kelma taʼ Alla turina kif għandna nittrattaw lil individwi bħal dawn bi mħabba u rispett. (Mt. 8:2, 3) Ilkoll kemm aħna niġu effettwati mill-​wirt tagħna tad-​dnub Adamiku. Tħossok rispettat minn oħrajn kieku dejjem jidentifikawk bid-​difetti tiegħek? Ma tippreferix tkun rikonoxxut mill-​ħafna kwalitajiet pożittivi li għandek?

Ir-​rispett jinvolvi wkoll li tirrikonoxxi l-​istat taʼ kap tal-​familja. F’xi postijiet, hu neċessarju li tkellem lill-​kap tad-​dar qabel tagħti xhieda lill-​oħrajn fil-​familja. Għalkemm l-​inkarigu tagħna biex nippritkaw u ngħallmu ġej mingħand Ġeħova, aħna nirrikonoxxu li l-​ġenituri huma l-​uħud li huma awtorizzati minn Alla biex iħarrġu, jiddixxiplinaw, u jidderieġu lil uliedhom. (Efes. 6:1-​4) Għalhekk, meta tmur fuq l-​ewwel żjara, ġeneralment ikun xieraq li l-​ewwel tkellem lill-​ġenituri qabel ma ddaħħal lit-​tfal f’xi diskussjoni twila.

Mal-​età tiġi l-​esperjenza tal-​ħajja li għandha tiġi rispettata. (Ġob 32:6, 7) Minħabba li rrikonoxxiet dan, oħt żagħżugħa pijuniera fi Sri Lanka ġiet megħjuna meta żaret raġel imdaħħal fiż-​żmien. Għall-​ewwel hu oġġezzjona għaż-​żjara tagħha, billi qal: “Kif tistaʼ żagħżugħa bħalek tgħallimni l-​Bibbja?” Imma hi wieġbet: “Fir-​realtà ma ġejtx ngħallem imma ġejt biex naqsam miegħek xi ħaġa li tgħallimt u li tant għamlitni ferħana li ma nistax ma ngħidx lil oħrajn dwarha.” It-​tweġiba bir-​rispett tal-​pijuniera qanqlet l-​interess tar-​raġel. “Allura, għidli, x’tgħallimt?” staqsieha hu. “Tgħallimt kif ngħix għal dejjem,” qalet hi. Ir-​raġel imdaħħal fiż-​żmien beda jistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Ġeħova. Mhux kull min hu mdaħħal fiż-​żmien se juri x-​xewqa li jiġi trattat b’dan it-​tip taʼ rispett, imma l-​biċċa l-​kbira japprezzawh dan.

Madankollu, jistaʼ jagħti l-​każ li jintwera żżejjed rispett. Fil-​gżejjer tal-​Paċifiku u f’postijiet oħrajn, l-​użu bir-​rispett tal-​mod kif ġeneralment jiġu indirizzati l-​kapijiet tat-​tribù jew tar-​raħal jistaʼ jgħin lix-​Xhieda biex ikollhom min jagħtihom widen u jkollhom l-​opportunità li jkellmu kemm lill-​kapijiet u kemm lin-​nies taħt l-​awtorità tagħhom. Madankollu, il-​kumplimenti żejda la huma neċessarji u lanqas xierqa. (Prov. 29:5) B’mod simili, lingwa tistaʼ tinkludi titli onorarji bħala parti mill-​grammatika tagħha, imma r-​rispett Kristjan ma jeħtiġx li dawn ikunu eċċessivi.

Tkellem b’Rispett. Il-​Bibbja tħeġġiġna biex nispjegaw ir-​raġuni għat-​tama tagħna “bil-​ħlewwa u b’rispett profond.” (1 Pt. 3:15) Għalhekk, għalkemm forsi nkunu nistgħu nikxfu fil-​pront id-​dgħufijiet fl-​opinjoni taʼ ħaddieħor, taħseb li jkun għaqli li nagħmlu dan b’tali mod li nisirqu d-​dinjità tiegħu? Ma jkunx aħjar li nisimgħu bil-​paċenzja, forsi nistaqsu għala jħossu kif iħossu, imbagħad nikkunsidraw is-​sentimenti tiegħu hekk kif nirraġunaw miegħu mill-​Iskrittura?

Ir-​rispett li jintwera f’sitwazzjonijiet bejn tnejn min-​nies għandu jintwera wkoll meta tiġi indirizzata udjenza minn fuq il-​platform. Kelliemi li jirrispetta lill-​udjenza tiegħu mhux se jikkritikahom b’mod aħrax jew juri attitudni li timplika: “Tistgħu tagħmluha jekk tassew tridu.” Jekk titkellem b’dan il-​mod tistaʼ biss tiskuraġġixxi lil oħrajn. Kemm ikun aħjar li tħares lejn l-​udjenza bħala ġemgħa nies li jħobbu lil Ġeħova u li jridu jaqduh! Biex nimitaw lil Ġesù, għandna nuru mogħdrija meta nittrattaw maʼ oħrajn li forsi jkunu dgħajfin spiritwalment, għandhom inqas esperjenza, jew idumu iktar biex japplikaw il-​pariri tal-​Bibbja.

Dawk fl-​udjenza se jħossuhom rispettati mill-​kelliemi jekk jinkludi lilu nnifsu bħala wieħed li jeħtieġ li japplika l-​Kelma taʼ Alla iktar bis-​sħiħ. Għalhekk, ikun għaqli li tevita li l-​ħin kollu tuża l-​pronom persunali “int” meta tapplika l-​iskritturi. Pereżempju, innota d-​differenza bejn il-​mistoqsija “Qed tagħmel kulma tistaʼ?” u l-​istqarrija “Kull wieħed minna jagħmel tajjeb jistaqsi lilu nnifsu: ‘Qed nagħmel kulma nistaʼ?’” Il-​punt taʼ kull mistoqsija hu l-​istess, imma l-​ewwel waħda tindika li l-​kelliemi ma jpoġġix lilu nnifsu fl-​istess livell tal-​udjenza tiegħu. It-​tieni tinkuraġġixxi lil kull individwu, inkluż il-​kelliemi, biex janalizza s-​sitwazzjoni u l-​motivi tiegħu stess.

Irreżisti t-​tentazzjoni li tagħmel kummenti umoristiċi sempliċement biex iddaħħaq lill-​udjenza. Dan inaqqas mid-​dinjità tal-​messaġġ tal-​Bibbja. Veru, għandna nieħdu gost bis-​servizz tagħna lil Alla. Jistaʼ jkun hemm ukoll aspetti tal-​materjal inkarigat lilna li jkunu kemxejn umoristiċi. Madankollu, li twaqqaʼ affarijiet serji f’affarijiet tad-​daħq jikxef nuqqas taʼ rispett għall-​udjenza u għal Alla.

Jalla l-​mod kif navviċinaw lil ħaddieħor, l-​imġiba tagħna, u kliemna dejjem juru li nqisu lil oħrajn bil-​mod kif għallimna nqisuhom Ġeħova.

KIF TAGĦMEL DAN

  • Irrikonoxxi l-​ħarsa taʼ Ġeħova lejn in-​nies.

  • Irrikonoxxi l-​istat taʼ kap, l-​età, u l-​awtorità.

  • Ħalli lin-​nies jesprimu l-​opinjoni tagħhom.

  • Ifhem lill-​udjenza tiegħek.

TAĦRIĠ: Aħseb f’xi ħadd li hu ħafna akbar minnek jew ħafna iżgħar minnek. Aħseb dwar kif tistaʼ tavviċina l-​individwu, x’tistaʼ tgħidlu biex tibda konversazzjoni, u x’tistaʼ tagħmel biex turi rispett ġenwin lejh u lejn dak li jgħid. Agħmel kif ippjanajt.

Modi kif nistaʼ nuri iktar rispett

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja