LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • be studju 46 p. 244-p. 245 para. 4
  • Tixbihat Minn Sitwazzjonijiet Familjari

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tixbihat Minn Sitwazzjonijiet Familjari
  • Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Materjal Simili
  • L-​Użu Effettiv tal-​Għajnuniet Viżwali
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Rispett Muri lil Oħrajn
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • “Ma Kienx Ikellimhom Mingħajr Xi Tixbiha”
    “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
  • “Ma Kienx Ikellimhom Bla Tixbihat”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
Ara Iżjed
Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
be studju 46 p. 244-p. 245 para. 4

STUDJU 46

Tixbihat Minn Sitwazzjonijiet Familjari

X’hemm bżonn tagħmel?

Uża tixbihat li jinvolvu attivitajiet li jieħdu sehem fihom dawk fl-​udjenza tiegħek jew affarijiet li jafuhom sew.

Għala importanti?

Tixbihat minn sitwazzjonijiet familjari jmissu qalb is-​semmiegħa.

M’GĦANDNIEX xi ngħidu, hu importanti li kwalunkwe tixbiha li tuża tkun taqbel mal-​materjal li tkun qed tiddiskuti. Madankollu, biex dawn ikunu l-​iktar effettivi, hu daqstant importanti li jkunu xierqa għall-​udjenza tiegħek.

It-​tip taʼ udjenza li jkollok kif tistaʼ teffettwa l-​għażla tiegħek tat-​tixbihat li tagħżel biex tużahom quddiem grupp taʼ nies? Ġesù Kristu x’għamel? Kemm jekk kien qed ikellem lill-​folol u kemm jekk lid-​dixxipli tiegħu, Ġesù ma ħax l-​eżempji tiegħu mill-​istil taʼ ħajja uniku għall-​pajjiżi barra Israel. Eżempji bħal dawn ma kinux se jkunu familjari għall-​udjenza tiegħu. Pereżempju, Ġesù ma semmiex il-​ħajja rjali tal-​Eġittu jew il-​prattiki reliġjużi tal-​Indja. Xorta waħda, it-​tixbihat tiegħu kienu meħudin minn attivitajiet komuni għan-​nies tal-​pajjiżi kollha. Hu tkellem dwar it-​tiswija tal-​ħwejjeġ, l-​attivitajiet tan-​negozju, it-​telf taʼ xi ħaġa prezzjuża, u l-​attendenza f’festi tat-​tieġ. Hu fehem kif jirreaġixxu n-​nies f’diversi ċirkustanzi, u uża dan l-​għarfien. (Mk. 2:21; Lq. 14:7-​11; 15:8, 9; 19:15-​23) Ladarba l-​ippritkar tiegħu fil-​pubbliku kien dirett b’mod partikulari lejn il-​poplu taʼ Israel, it-​tixbihat taʼ Ġesù spiss kienu jirreferu għal oġġetti u attivitajiet li kienu parti mill-​ħajja tagħhom taʼ kuljum. Għalhekk, hu rrefera għal affarijiet bħall-​biedja, il-​mod kif in-​nagħaġ iwieġbu għar-​ragħaj, u l-​użu tal-​ġlud tal-​annimali biex jinħażen l-​inbid. (Mk. 2:22; 4:2-​9; Ġw. 10:1-​5) Hu semma wkoll eżempji storiċi familjari—il-​ħolqien tal-​ewwel koppja umana, id-​Dilluvju taʼ żmien Noè, il-​qerda taʼ Sodoma u Gomorra, u l-​mewt taʼ mart Lot biex insemmu ftit minnhom. (Mt. 10:15; 19:4-​6; 24:37-​39; Lq. 17:32) B’mod simili, meta tagħżel it-​tixbihat, tikkunsidra int bir-​reqqa l-​attivitajiet komuni għal dawk fl-​udjenza tiegħek u l-​kultura tagħhom?

Xi ngħidu jekk tkun qed tkellem lil persuna waħda jew forsi lil ftit individwi u mhux lil grupp kbir? Stinka biex tagħżel tixbiha li hi speċjalment adattata għal din l-​udjenza żgħira. Meta Ġesù ta xhieda lil mara Samaritana ħdejn bir qrib Sikar, hu tkellem dwar “ilma ħaj,” dwar li wieħed ‘qatt iktar ma jaqbdu l-​għatx,’ u dwar ‘għajn taʼ ilma ġieri biex jagħti l-​ħajja taʼ dejjem’—ilkoll kemm huma espressjonijiet figurattivi konnessi direttament mal-​ħidma taʼ din il-​mara. (Ġw. 4:7-​15) U meta kellem lil irġiel li kienu għadhom kif ħaslu x-​xbieki tas-​sajd tagħhom, l-​espressjoni figurattiva li għażel involviet in-​negozju tas-​sajd. (Lq. 5:2-​11) F’kull każ, hu setaʼ rrefera għall-​biedja, ladarba kienu jgħixu fi nħawi tal-​agrikultura, imma kemm kien iktar effettiv minħabba li rrefera għall-​attivitajiet persunali tagħhom hekk kif pinġa stampa f’moħħhom! Tistinka int biex tagħmel dan?

Filwaqt li Ġesù dderieġa l-​attenzjoni lejn “in-​nagħaġ mitlufin taʼ dar Israel,” l-​appostlu Pawlu ntbagħat kemm għand Israel kif ukoll għand il-​ġnus Ġentili. (Mt. 15:24; Atti 9:15) Għamel differenza dan fil-​mod kif tkellem Pawlu? Iva. Meta kiteb lill-​Kristjani f’Korintu, hu rrefera għat-​tlielaq tal-​ġiri, semma l-​prattika tal-​ikliet fit-​tempji tal-​idoli, u alluda għall-​parati trijonfali, affarijiet li kienu familjari għal dawk il-​Ġentili.—1 Kor. 8:1-​10; 9:24, 25; 2 Kor. 2:14-​16.

Toqgħod int attent daqs Ġesù u Pawlu meta tagħżel tixbihat u eżempji biex tużahom fit-​tagħlim tiegħek? Tikkunsidra l-​isfond u l-​attivitajiet taʼ kuljum tas-​semmiegħa tiegħek? M’għandniex xi ngħidu, saru ħafna bidliet fid-​dinja mill-​ewwel seklu ’l hawn. Ħafna nies għandhom aċċess għall-​aħbarijiet dinjin permezz tat-​televixin. Spiss ikunu familjari maʼ affarijiet li jiġru f’pajjiżi barranin. Meta dan ikun il-​każ, żgur li ma jkunx ħażin li tuża aħbarijiet bħal dawn għat-​tixbihat. Minkejja dan, l-​affarijiet li jolqtu l-​iktar profondament lin-​nies ġeneralment jinvolvu l-​ħajja persunali tagħhom—darhom, familthom, xogħolhom, l-​ikel li jieklu, u t-​temp fl-​inħawi tagħhom.

Jekk it-​tixbiha tiegħek teħtieġ ħafna spjegazzjoni, forsi tkun qed titkellem dwar xi ħaġa li mhijiex familjari għall-​udjenza tiegħek. Tixbiha bħal din malajr tistaʼ taħbi l-​punt taʼ tagħlim. Minħabba f’hekk, dawk fl-​udjenza forsi jiftakru t-​tixbiha tiegħek imma ma jiftakrux il-​verità Skritturali li kont qed tistinka biex taqsam magħhom.

Minflok m’għamel paraguni komplikati, Ġesù uża affarijiet sempliċi mill-​ħajja taʼ kuljum. Hu uża affarijiet żgħar biex jispjega affarijiet kbar u affarijiet faċli biex jiċċara affarijiet diffiċli. Minħabba li rabat il-​ġrajjiet taʼ kuljum maʼ veritajiet spiritwali, Ġesù għen lin-​nies jifhmu iktar faċilment il-​veritajiet spiritwali li kien qed jgħallem u għenhom jiftakruhom. X’eżempju mill-​aqwa xi nsegwu!

KIF TIŻVILUPPA L-​ABBILTÀ

  • Tgħallem aħseb dwar is-​semmiegħa tiegħek u mhux biss dwar dak li trid tgħid.

  • Osserva d-​dettalji tal-​ħajja madwarek.

  • Agħmilha mira li kull ġimgħa tuża mill-​inqas tixbiha tajba waħda li m’użajtx qabel.

TAĦRIĠ: Analizza t-​tixbiha użata f’​Mattew 12:10-​12. Għala kienet effettiva?

Tixbihat li nistaʼ nuża biex nirraġuna maʼ adoloxxenti fuq il-​livelli morali

․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․․

Tixbihat li nistaʼ nuża biex nirraġuna maʼ xi ħadd adult dwar verità Biblika bażika

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja