LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • T-27 pp. 1-6
  • It-Tbatija Kollha Dalwaqt Se Tispiċċa!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-Tbatija Kollha Dalwaqt Se Tispiċċa!
  • It-Tbatija Kollha Dalwaqt se Tispiċċa!
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għala Bdiet it-​Tbatija?
  • Il-​Kwistjoni Prinċipali—Is-​Sovranità
  • It-​Tbatija Dalwaqt Se Tispiċċa
  • Iż-Żmien Meta Alla Mhux Se Jippermetti Iktar is-Sofferenza Qed Joqrob
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Nistgħu Nibbenefikaw Billi Nissaportu t-Tbatija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Is-Saltna t’Alla—Il-Ħakma l-Ġdida fuq id-Dinja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Faraġ għal Dawk li Jsofru
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
It-Tbatija Kollha Dalwaqt se Tispiċċa!
T-27 pp. 1-6

It-​Tbatija Kollha Dalwaqt Se Tispiċċa!

Xi darba jew oħra f’ħajtek x’aktarx li staqsejt, ‘Għala hawn daqstant tbatija?’ Għal eluf taʼ snin, il-​familja umana batiet ħafna minħabba gwerer, faqar, diżastri, kriminalità, inġustizzja, mard, u mewt. F’dawn l-​aħħar mitt sena, il-​bnedmin ġarrbu iżjed tbatija minn qatt qabel. Qatt se tispiċċa din it-​tbatija kollha?

It-tweġiba hija iva, u dalwaqt! Dan hu taʼ faraġ għalina. Il-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja, tgħid: “Il-​ħażin ma jkunx aktar . . . Imma l-​ġwejdin għad jirtu l-​art, u bi sliem kotran jitgħaxxqu.” Kemm se jdumu f’dan l-​istat? “Il-​ġusti jirtu l-​art, u jgħammru fiha għal dejjem.”—Salm 37:10, 11, 29.

Wara li Alla jneħħi l-​ħażen u t-​tbatija, l-​art se tinbidel f’ġenna. Imbagħad in-​nies se jkunu jistgħu jgħixu għal dejjem henjin u f’saħħa perfetta. Il-​Kelma t’Alla tipprofetizza: “[Alla] jixxottalhom kull demgħa minn għajnejhom, u ma jkunx hemm iżjed mewt, u la niket u la għajat u lanqas uġigħ.”—Rivelazzjoni 21:4.

F’din id-​dinja l-​ġdida, anki l-​mejtin se jerġgħu jingħataw il-​ħajja sabiex igawdu minn dawn il-​barkiet: “Se jkun hemm irxoxt kemm tan-​nies sewwa u kemm taʼ dawk li m’humiex sewwa.” (Atti 24:15) Kien għalhekk li Ġesù Kristu setaʼ jgħid lir-​raġel ħażin li nidem u esprima fidi fih: “Int tkun fil-​Ġenna miegħi.”—Luqa 23:43.

Għala Bdiet it-​Tbatija?

Ladarba Alla kellu l-​iskop li l-​bnedmin ikollhom futur tant taʼ l-​għaġeb, għala ppermetta li tibda t-​tbatija? U għala ħallieha dan iż-​żmien kollu?

Meta Alla ħalaq lil Adam u Eva, Hu għamlilhom ġisem u moħħ perfett. Qegħedhom fi ġnien sabiħ u tahom xogħol sodisfaċenti x’jagħmlu. Il-​Bibbja tgħid: “Ħares Alla lejn kull ma kien għamel, u, ara, kollox kien tajjeb ħafna.” (Ġenesi 1:31) Kieku obdew lil Alla kienu jnisslu tfal perfetti, u l-​art kienet issir ġenna globali fejn in-​nies kienu jgħixu għal dejjem fil-​paċi u l-​hena.

Alla ta lil Adam u Eva r-​rigal meraviljuż tal-​libertà taʼ l-​għażla bħala parti min-​natura umana tagħhom. Ma kellhomx ikunu bħal xi robot mingħajr l-​abbiltà li jużaw moħħhom. Madankollu, huma kienu se jibqgħu henjin biss jekk jużaw din il-​libertà taʼ l-​għażla kif jixraq—billi jobdu l-​liġijiet t’Alla. Bħalma jgħid Alla: “Jien hu l-​Mulej, Alla tiegħek; jien ngħallmek għall-​ġid tiegħek, u nqabbdek it-​triq fejn għandek timxi.” (Isaija 48:17) Jekk jużaw ħażin il-​libertà taʼ l-​għażla, ir-​riżultat kien se jkun diżastruż. Dan għaliex il-​bnedmin ma nħolqux biex jirnexxu jekk ikunu indipendenti minn Alla. Il-​Bibbja tgħid: “Triq il-​bniedem m’hijiex f’idejh, anqas min jimxi ma jistaʼ jiddirieġi l-​passi tiegħu.”—Ġeremija 10:23.

B’sogħba, l-​ewwel ġenituri tagħna ħassew li setgħu jkunu indipendenti minn Alla u xorta jirnexxu. Imma meta rrifjutaw li jibqgħu jitmexxew minn Alla, huma tilfu l-​appoġġ tiegħu, u b’hekk il-​perfezzjoni wkoll. Għalhekk, bdew sejrin lura ftit ftit sakemm fl-​aħħar xjaħu u mietu. Minħabba li aħna wliedhom uritna din l-​imperfezzjoni u l-​mewt.—Rumani 5:12.

Il-​Kwistjoni Prinċipali—Is-​Sovranità

Alla għala ma qeridx lil Adam u Eva u beda mill-​ġdid b’żewġ bnedmin oħra? Għax kienet ġiet sfidata s-​sovranità universali t’Alla, jiġifieri, id-​dritt tiegħu li jmexxi. Il-​kwistjoni kienet, Min għandu d-​dritt imexxi, u t-​tmexxija t-​tajba f’idejn min qiegħda? Barra minn hekk, Se jkunu aħjar il-​bnedmin jekk ma jkunux immexxijin minn Alla? Billi tahom żmien biżżejjed biex jesperimentaw b’libertà totali, Alla kien se jistabbilixxi darba għal dejjem jekk kienx jaqblilhom ikunu mmexxijin minnu jew inkella minnhom infushom. Iż-​żmien li ħalla kellu jkun twil biżżejjed biex il-​bnedmin jipprovaw kull tip taʼ sistema politika, soċjali, ekonomika, u reliġjuża minflok il-​gwida t’Alla.

X’kien ir-​riżultat? L-​istorja tal-​bniedem, li issa ilha eluf taʼ snin, turina li t-​tbatija baqgħet dejjem tiżdied. Fis-​seklu li għadda, il-​familja umana ġarrbet tbatija kiefra iktar minn qatt qabel. Miljuni taʼ nies inqatlu fl-​Olokawst. Iktar minn 100 miljun ruħ ġew massakrati fil-​gwerer. Il-​kriminalità u l-​vjolenza jkomplu dejjem jiżdiedu. L-​abbuż tad-​droga hu mifrux mad-​dinja kollha bħal epidemija. Iktar u iktar nies qed jintlaqtu minn mard trasmess sesswalment. Bosta miljuni jmutu kull sena minħabba l-​ġuħ u l-​mard. Kullimkien, il-​ħajja tal-​familja u l-​valuri morali sejrin lura bħal granċ. L-​ebda gvern uman m’għandu s-​soluzzjonijiet għal dawn il-​problemi. Ebda wieħed minnhom ma rnexxielu jneħħi x-​xjuħija, il-​mard, u l-​mewt.

Il-​kundizzjoni tal-​bnedmin hija eżatt bħalma bassret il-​Bibbja dwar żminijietna. Il-​Kelma t’Alla tidentifika ż-​żmien tagħna bħala “l-​aħħar jiem” taʼ din is-​sistema meta kellu “jkun hawn żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom.” U preċiż bħalma qalet il-​Bibbja, ‘in-​nies mill-​agħar u l-​impusturi marru mill-​ħażin għall-​agħar.’—2 Timotju 3:1-5, 13.

It-​Tbatija Dalwaqt Se Tispiċċa

L-​evidenza kollha turi li qed noqorbu lejn it-​tmiem taʼ l-​esperiment traġiku tal-​bniedem biex ikun indipendenti minn Alla. Intwera biċ-​ċar li t-​tmexxija mill-​bnedmin indipendenti minn Alla qatt ma tistaʼ tirnexxi. It-​tmexxija t’Alla biss tistaʼ ġġib paċi, hena, saħħa perfetta, u ħajja taʼ dejjem. Għalhekk, Ġeħova dalwaqt mhux se jibqaʼ jittollera l-​ħażen u t-​tbatija. Ftit ieħor, Alla se jintervieni fl-​affarijiet tal-​bnedmin billi jeqred din is-​sistema kollha li m’hi sodisfaċenti xejn.

Il-profezija tal-​Bibbja tgħid: “Fi żmien dawn is-​slaten [il-ħakmiet umani li jeżistu bħalissa], Alla tas-​sema jqajjem saltna [fis-sema] li ma tinqered qatt. . . . Hija tfarrak u ttemm is-​saltniet [il-ħakmiet taʼ issa] l-​oħra kollha, waqt li hi tibqaʼ wieqfa għal dejjem.” (Danjel 2:44) L-​ivvindikar tas-​sovranità taʼ Ġeħova—id-​dritt tiegħu li jmexxi—permezz tas-​Saltna tiegħu tas-​sema huwa t-​tagħlim ċentrali tal-​Bibbja. Meta bassar karatteristika importanti tas-​sinjal taʼ “l-​aħħar jiem,” Ġesù qal: “Din l-​aħbar tajba tas-​saltna tiġi pridkata fl-​art abitata kollha bħala xiehda lill-​ġnus kollha; u mbagħad jiġi t-​tmiem.”—Mattew 24:14.

Meta jiġi t-​tmiem, min se jibqaʼ ħaj? Il-​Bibbja tgħid: “It-​tajbin jgħammru fl-​art, u n-​nies sewwa joqogħdu fiha; imma l-​ħżiena mill-​art jitqaċċtu, u l-​qarrieqa jinqalgħu minnha.” (Proverbji 2:21, 22) It-​tajbin huma dawk li jitgħallmu x’inhi r-​rieda taʼ Ġeħova u jagħmluha. Ġesù Kristu qal: “Il-​ħajja taʼ dejjem tfisser dan: li jieħdu għarfien dwarek, l-​uniku Alla veru, u dwar Ġesù Kristu li int bgħatt.” (Ġwanni 17:3) Iva, “id-​dinja tgħaddi . . . , imma min jagħmel ir-​rieda t’Alla jibqaʼ għal dejjem.”—1 Ġwanni 2:17.

Jekk mhux indikat mod ieħor, il-​kwotazzjonijiet mill-​Iskrittura Ebrajka huma meħudin mill-​Bibbja taʼ l-​Għaqda Biblika Maltija, It-​Tieni Edizzjoni (1996), u dawk mill-​Iskrittura Griega huma meħudin mit-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida taʼ l-​Iskrittura Griega Kristjana li għandha lingwa moderna.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja