LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bm taqsima 12 p. 15
  • L-Għerf Minn Alla Jipprovdi Gwida għall-Ħajja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Għerf Minn Alla Jipprovdi Gwida għall-Ħajja
  • Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
  • Materjal Simili
  • Ikseb l-Għerf u Aċċetta d-Dixxiplina
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Salamun Jaħkem bl-Għerf
    Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb tal-Proverbji
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Nikkultivaw il-Biżaʼ t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
Ara Iżjed
Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
bm taqsima 12 p. 15
Nies fi żminijiet Bibliċi jiġbru l-qmuħ

IT-​12-​IL TAQSIMA

L-​Għerf Minn Alla Jipprovdi Gwida għall-​Ħajja

Il-​ktieb tal-​Proverbji hu ġabra taʼ pariri mnebbħin—il-​biċċa l-​kbira miktubin minn Salamun—li jipprovdu gwida għall-​ħajja taʼ kuljum

HUWA Ġeħova Ħakkiem għaref? Mod importanti kif inwieġbu din il-​mistoqsija hu billi nikkunsidraw il-​pariri tiegħu. Jaħdmu dawn? Veru li l-​ħajja tkun aħjar u jkollha iktar skop jekk jiġu applikati? L-​għaref Sultan Salamun kiteb mijiet taʼ proverbji. Dawn jolqtu kważi kull aspett tal-​ħajja. Ikkunsidra xi eżempji.

Fiduċja f’Alla. Il-​fiduċja hija vitali sabiex ikollna relazzjoni tajba maʼ Ġeħova. Salamun kiteb: “Afda f’Ġeħova b’qalbek kollha u tistrieħx fuq fehmtek stess. Agħti kasu fil-​mogħdijiet tiegħek kollha, u hu jiddrittalek triqatek.” (Proverbji 3:5, 6) Meta nafdaw f’Alla billi nfittxu l-​gwida tiegħu u nobduh, ħajjitna jkollha skop veru. Jekk bniedem jagħmel dan, ikun jistaʼ jferraħ qalb Alla u jagħti lil Ġeħova tweġiba għall-​kwistjonijiet li qajjem l-​għadu Tiegħu, Satana.—Proverbji 27:11.

Nużaw l-​għerf meta nittrattaw m’oħrajn. Il-​pariri t’Alla għall-​irġiel u n-​nisa miżżewġin u t-​tfal huma f’waqthom illum iktar minn qatt qabel. “Ifraħ b’mart żgħożitek,” jgħid Alla lir-​raġel, u b’hekk iħeġġu biex jibqaʼ leali lejn martu. (Proverbji 5:18-​20) Fil-​ktieb tal-​Proverbji n-​nisa miżżewġin isibu deskrizzjoni sabiħa taʼ mara kapaċi li tirbaħ l-​ammirazzjoni taʼ żewġha u wliedha. (Proverbji, kapitlu 31) U t-​tfal jintqalilhom biex jobdu lill-​ġenituri tagħhom. (Proverbji 6:20) Dan il-​ktieb juri wkoll kemm huma importanti l-​ħbiberiji, għaliex jekk wieħed jinqataʼ għalih isir egoist. (Proverbji 18:1) Il-​ħbieb jistgħu jinfluwenzawna għat-​tajjeb jew għall-​ħażin, u għalhekk jeħtieġ li nagħżluhom bil-​għaqal.—Proverbji 13:20; 17:17.

Ħu ħsieb tiegħek innifsek bl-​għerf. Il-​ktieb tal-​Proverbji fih pariri prezzjużi dwar li nevitaw l-​abbuż tal-​alkoħol, li niżviluppaw sentimenti li għandhom effett tajjeb fuq saħħitna u niġġieldu dawk li jeqirduha, u li nkunu ħaddiema beżlin. (Proverbji 6:6; 14:30; 20:1) Iwissi li jekk nafdaw fil-​ġudizzju uman mingħajr ma nqisu l-​pariri t’Alla se jkun taʼ diżastru għalina. (Proverbji 14:12) Iħeġġiġna biex inħarsu lil qalbna, il-​persuna li aħna minn ġewwa, biex ma tiġix influwenzata minn affarijiet li jħassruha, u jfakkarna li mill-​qalb “ġejjin is-​sorsi tal-​ħajja.”—Proverbji 4:23.

Miljuni taʼ nies madwar id-​dinja kollha sabu li billi jsegwu dawn il-​pariri jkollhom ħajja aħjar. Għaldaqstant, għandhom mitt elf raġun biex jaċċettaw lil Ġeħova bħala l-​Ħakkiem tagħhom.

—Ibbażat fuq il-​​ktieb tal-​Proverbji.

  • X’nistgħu nitgħallmu billi nistudjaw il-​ktieb tal-​Proverbji?

  • Il-​ktieb tal-​Proverbji liema gwida jagħti dwar li jkollna fiduċja f’Alla, dwar kif nittrattaw m’oħrajn bl-​għerf, u dwar kif nieħdu ħsieb tagħna nfusna bl-​għerf?

EKKLEŻJASTI

Fejn nistgħu nsibu sodisfazzjon u skop fil-​ħajja? Salamun kien f’pożizzjoni unika biex ifittex it-​tweġiba. Bl-​għana, l-​għerf, u l-​awtorità kollha li kellu, hu setaʼ jistħarreġ jekk dawn l-​affarijiet iġibux ferħ veru. Ġera wara l-​pjaċiri t’affarijiet materjali, iżżewweġ ħafna nisa sbieħ, u gawda l-​aqwa tipi taʼ rikreazzjoni. Ħa sehem f’għadd taʼ proġetti kbar taʼ bini. Hu eżamina kitbiet tal-​istudjużi. U x’sab? “Kollox frugħa.” Madankollu, wasal għal din il-​verità: “Il-​konklużjoni taʼ dan, wara li nstemaʼ kollox, hi: Ibżaʼ mill-​Alla l-​veru u ħares il-​kmandamenti tiegħu. Għax dan hu l-​obbligu kollu tal-​bniedem.”—Ekkleżjasti 12:8, 13.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja