LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • yc lezzjoni 10 pp. 22-23
  • Ġesù dejjem obda

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġesù dejjem obda
  • Għallem lil Uliedek
  • Materjal Simili
  • Ġesù Tgħallem Ikun Ubbidjenti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Dak li Nistgħu Nitgħallmu mill-Eżempju taʼ Marija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Waslet “Għal Konklużjonijiet f’Qalbha”
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • “Dan Hu Ibni”
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
Ara Iżjed
Għallem lil Uliedek
yc lezzjoni 10 pp. 22-23
Ġużeppi u Marija jsibu lit-tfajjel Ġesù fit-tempju

LEZZJONI 10

Ġesù dejjem obda

Dejjem faċli tobdi lill-​ġenituri tiegħek?— Kultant ikun diffiċli. Kont taf li Ġesù obda kemm lil Ġeħova kif ukoll lill-​ġenituri tiegħu?— L-​eżempju tiegħu jistaʼ jgħinek tobdi lill-​ġenituri tiegħek anki meta ma jkunx faċli. Ejja nsiru nafu iktar dwar dan.

Qabel ma Ġesù ġie fid-​dinja, kien maʼ Missieru, Ġeħova, fis-​sema. Imma Ġesù anki hawnhekk fid-​dinja kellu ġenituri. Kien jisimhom Ġużeppi u Marija. Taf kif saru l-​ġenituri tiegħu?—

Ġeħova ħa l-​ħajja taʼ Ġesù fis-​sema u poġġieha f’Marija biex Ġesù jkun jistaʼ jitwieled u jgħix fid-​dinja. Dan kien miraklu! Ġesù kiber f’Marija bħalma trabi oħrajn jikbru fil-​mamà tagħhom. Xi disaʼ xhur wara twieled Ġesù. B’dan il-​mod, Marija u r-​raġel tagħha Ġużeppi saru l-​ġenituri taʼ Ġesù hawnhekk fid-​dinja.

Meta Ġesù kellu biss 12-​il sena, għamel xi ħaġa li biha wera kemm kien iħobb lil Missieru, Ġeħova. Dan ġara meta Ġesù u l-​familja tiegħu għamlu vjaġġ twil lejn Ġerusalemm għal laqgħa speċjali li kienet tissejjaħ il-​festa tal-​Qbiż. Huma u sejrin lura d-​dar, Ġużeppi u Marija mkien ma setgħu jsibuh lil Ġesù. Taf fejn kien?—

Ġesù għala kien fit-tempju?

Ġużeppi u Marija marru jiġru lura Ġerusalemm u fittxew lil Ġesù kullimkien. Kienu inkwetati ħafna għax ma setgħux isibuh. Imma wara tlett ijiem, sabuh fit-​tempju! Taf għala Ġesù kien fit-​tempju?— Għax hemmhekk setaʼ jitgħallem dwar Missieru, Ġeħova. Hu kien iħobb lil Ġeħova u ried isir jaf kif jistaʼ jogħġbu. Anki meta kiber u sar raġel, Ġesù dejjem obda lil Ġeħova. Meta l-​ubbidjenza kienet diffiċli għal Ġesù u minħabba fiha kien se jbati, hu xorta obda. Obda Ġesù lil Ġużeppi u Marija wkoll?— Iva, il-​Bibbja tgħidilna li obdiehom.

X’tistaʼ titgħallem mill-​eżempju taʼ Ġesù?— Għandek tobdi lill-​ġenituri tiegħek, anki meta jkun diffiċli. Inti se tagħmel hekk?—

AQRA MILL-​BIBBJA TIEGĦEK

  • Luqa 1:30-35; 2:45-52

  • Efesin 6:1

  • Ebrej 5:8

MISTOQSIJIET:

  • Ġużeppi u Marija kif saru l-​ġenituri taʼ Ġesù hawnhekk fid-​dinja?

  • Meta l-​ġenituri taʼ Ġesù fittxewh f’Ġerusalemm, fejn sabuh?

  • X’tistaʼ titgħallem mill-​eżempju taʼ Ġesù?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja