LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • hf sezzjoni 9 pp. 29-31
  • Qimu lil Ġeħova bħala familja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qimu lil Ġeħova bħala familja
  • Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • 1 SAĦĦAĦ IR-RELAZZJONI TIEGĦEK MAʼ ĠEĦOVA
  • 2 ĦU PJAĊIR FIL-QIMA TAL-FAMILJA TIEGĦEK
  • Għajnuna għall-Familji
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • X’Inhi l-Qima tal-Familja?
    Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
  • Il-qima tal-familja—Tistaʼ tagħmilha iktar pjaċevoli?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • “Ersqu lejn Alla, u hu jersaq lejkom”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
Ara Iżjed
Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
hf sezzjoni 9 pp. 29-31
Koppja jistudjaw il-Bibbja flimkien

Id-9 Taqsima

Qimu lil Ġeħova bħala familja

“Qimu lil Dak li għamel is-​sema u l-​art.”—Rivelazzjoni 14:7

Bħalma tgħallimt minn dan il-​browxer, il-​Bibbja fiha ħafna prinċipji li se jgħinu lilek u lill-​familja tiegħek. Ġeħova jridek tkun ferħan. Hu jwiegħed li jekk tpoġġi l-​qima tiegħu l-​ewwel, hu se jagħtik dak kollu li għandek bżonn. (Mattew 6:33) Hu tassew jixtieq li int tkun il-​ħabib tiegħu. Uża kull opportunità biex issaħħaħ il-​ħbiberija tiegħek m’Alla. Dan hu l-​akbar privileġġ li bniedem jistaʼ jkollu.—Mattew 22:37, 38.

1 SAĦĦAĦ IR-RELAZZJONI TIEGĦEK MAʼ ĠEĦOVA

Raġel u martu jaħdmu flimkien fis-servizz tal-għalqa

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA: “‘Inkun missier għalikom, u intom tkunu għalija wlied subien u bniet,’ jgħid Ġeħova.” (2 Korintin 6:18) Alla jridek issir il-​ħabib tal-​qalb tiegħu. It-​talb hu mod wieħed kif tagħmel dan. Ġeħova jistiednek biex ‘titlob bla waqfien.’ (1 Tessalonikin 5:17) Hu jridek tiftaħ qalbek miegħu u tgħidlu dak li qed jinkwetak. (Filippin 4:6) Meta titlob mal-​familja tiegħek, huma se jaraw kemm Alla hu reali għalik.

Minbarra li titkellem m’Alla, jeħtieġ ukoll li tagħtih widen. Tistaʼ tagħmel dan billi tistudja l-​Kelma tiegħu u pubblikazzjonijiet ibbażati fuq il-​Bibbja. (Salm 1:1, 2) Immedita fuq dak li taqra. (Salm 77:11, 12) Li tismaʼ lil Alla jinvolvi wkoll li tattendi regolarment laqgħat Kristjani.—Salm 122:1-4.

Mod importanti ieħor kif issaħħaħ ir-​relazzjoni tiegħek maʼ Ġeħova hu billi titkellem dwaru m’oħrajn. Iktar ma tagħmel hekk, iktar se tħossok qrib tiegħu.—Mattew 28:19, 20.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL:

  • Warrab ħin kuljum biex taqra l-​Bibbja u biex titlob

  • Kun ċert li fil-​familja tiegħek l-​attivitajiet spiritwali jiġu qabel id-​divertiment u l-​ħin taʼ mistrieħ

2 ĦU PJAĊIR FIL-QIMA TAL-FAMILJA TIEGĦEK

Missier jipprepara għall-istudju mal-familja tiegħu u iktar tard jieħdu pjaċir fil-qima tal-familja

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA: “Ersqu qrib lejn Alla, u hu jersaq qrib lejkom.” (Ġakbu 4:8) Jeħtieġ li jkollok skeda biex tagħmel il-​qima tal-​familja regolarment. Imbagħad kun ċert li żżomm magħha. (Ġenesi 18:19) Imma hemm bżonn iktar minn hekk. Alla għandu jkun parti mill-​ħajja tiegħek taʼ kuljum. Saħħaħ ir-​relazzjoni tal-​familja tiegħek m’Alla billi titkellem dwaru “meta toqgħod bil-​qiegħda f’darek u meta timxi fit-​triq u meta timtedd u meta tqum.” (Dewteronomju 6:6, 7) Agħmilha l-​mira tiegħek li tkun bħal Ġożwè, li qal: “Ngħid għalija u għan-​nies taʼ dari, aħna se naqdu lil Ġeħova.”—Ġożwè 24:15.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL:

  • Agħmel pjanijiet biex tikkunsidra l-​bżonnijiet taʼ kull membru tal-​familja tiegħek regolarment

Omm taqra lil binha ż-żgħir; familja tirreċta rakkont tal-Bibbja; missier jistudja maʼ bintu

QADDEJJA FERĦANIN TAʼ ĠEĦOVA

M’hemm xejn aħjar milli tqim lil Alla Ġeħova. Hu jieħu pjaċir jara lilek u lill-​familja tiegħek tqimuh minn qalbkom. Hekk kif tagħmlu dan, se ssiru tħobbu u timitaw lil Ġeħova dejjem iktar u iktar. (Marku 12:30; Efesin 5:1) Ir-​rabta tiegħek maʼ żewġek jew maʼ martek se tkun iktar b’saħħitha jekk Alla jkun fiż-​żwieġ tagħkom. (Ekkleżjasti 4:12; Isaija 48:17) Int u l-​familja tiegħek tistgħu tkunu ferħanin għal dejjem, għax tkunu tafu li ‘Ġeħova Alla tagħkom berikkom.’—Dewteronomju 12:7.

SAQSI LILEK INNIFSEK . . .

  • Meta kienet l-​aħħar darba li tlabna flimkien bħala koppja?

  • X’nistaʼ nistudja mal-​familja tiegħi li se jsaħħaħ il-​fidi tagħna f’Ġeħova?

NOTA GĦALL-KAPIJIET TAL-FAMILJA

  • Tħalli xejn itellfek milli tagħmel il-​qima tal-​familja

  • Minn qabel, għid lill-​familja tiegħek x’se tiddiskutu ħalli jkunu jistgħu jippreparaw

  • Ara li jkun hemm kull membru tal-​familja

  • Kun ċert li kulħadd iħossu komdu u rilassat ħalli tieħdu pjaċir

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja