LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jl lezzjoni 10
  • X’Inhi l-Qima tal-Familja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Inhi l-Qima tal-Familja?
  • Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
  • Materjal Simili
  • Għajnuna għall-Familji
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Kif Jistgħu l-Ġenituri u t-Tfal Ikunu Ferħanin?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Qimu lil Ġeħova bħala familja
    Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
  • Il-qima tal-familja—Tistaʼ tagħmilha iktar pjaċevoli?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
Ara Iżjed
Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
jl lezzjoni 10

LEZZJONI 10

X’Inhi l-​Qima tal-​Familja?

Familja qed tieħu pjaċir tagħmel il-qima bħala familja

Il-Korea t’Isfel

Koppja qed jistudjaw il-Bibbja flimkien

Il-Brażil

Wieħed mix-Xhieda taʼ Ġeħova qed jistudja l-Bibbja

L-Awstralja

Familja tiddiskuti suġġett Bibliku

Il-Ginea

Minn żmien il-​qedem, Ġeħova ried li kull familja tqattaʼ ħin flimkien biex jibnu relazzjoni b’saħħitha miegħu u biex isaħħu lil xulxin. (Dewteronomju 6:6, 7) Huwa għalhekk li x-​Xhieda taʼ Ġeħova kull ġimgħa jwarrbu xi ħin biex il-​familja tqim flimkien—jiddiskutu f’atmosfera rilassanti l-​affarijiet spiritwali li jkunu adattati għall-​bżonnijiet tagħhom. Anki jekk tgħix waħdek, ħin bħal dan jistaʼ jkun opportunità imprezzabbli biex tqattaʼ xi ħin m’Alla, forsi billi tikkunsidra proġett taʼ studju tal-​Bibbja li tkun għażilt int stess.

Ħin biex tersaq eqreb lejn Ġeħova. “Ersqu qrib lejn Alla, u hu jersaq qrib lejkom.” (Ġakbu 4:8) Insiru nafu lil Ġeħova aħjar meta nitgħallmu dettalji dwar il-​personalità u l-​azzjonijiet tiegħu permezz tal-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja. Mod faċli kif tistaʼ tibda l-​qima tal-​familja tiegħek huwa billi flimkien tqattgħu xi ħin taqraw il-​Bibbja b’leħen għoli, forsi billi ssegwu l-​iskeda taʼ kull ġimgħa tal-​Laqgħa tal-​Ħajja u l-​Ministeru Tagħna. Kull membru tal-​familja jistaʼ jaqra silta, imbagħad ilkoll tistgħu tiddiskutu x’tgħallimtu mill-​Iskrittura.

Ħin biex tersaq eqreb lejn il-​membri tal-​familja. Irġiel u nisa miżżewġin, kif ukoll ġenituri u wliedhom, isaħħu r-​relazzjoni tagħhom meta jistudjaw il-​Bibbja bħala familja. Għandu jkun ħin pjaċevoli u taʼ paċi u xi ħaġa li kull membru fil-​familja jkun qed iħares ’il quddiem għaliha kull ġimgħa. Skont l-​età tat-​tfal tagħhom, il-​ġenituri jistgħu jagħżlu suġġetti prattiċi x’jiddiskutu forsi billi jużaw artikli mit-​Torri tal-​Għassa u Stenbaħ! jew mill-​websajt tagħna, jw.org. Tistgħu titkellmu dwar problema li wliedkom iffaċċjaw fl-​iskola u kif jistgħu jittrattaw magħha. Għala ma tarawx xi ħaġa minn fuq JW Broadcasting (tv.jw.org) u wara tiddiskutuha flimkien? Għandkom mnejn tieħdu pjaċir tipprattikaw l-​għanjiet li se jitkantaw fil-​laqgħat u tieħdu xi ħaġa żgħira tal-​ikel wara l-​qima tal-​familja.

Dan il-​ħin speċjali li tqattgħu kull ġimgħa tqimu lil Ġeħova flimkien se jgħin lill-​membri tal-​familja kollha jieħdu pjaċir jistudjaw il-​Kelma t’Alla, u hu se jbierek l-​isforzi tagħkom bil-​kbir.—Salm 1:1-​3.

  • Għala nwarrbu ħin għall-​qima tal-​familja?

  • Il-​ġenituri kif jistgħu jagħmlu dan l-​istudju pjaċevoli għall-​familja kollha?

SIR AF IKTAR

Ħu xi ideat minn oħrajn fil-​kongregazzjoni dwar x’jagħmlu fil-​qima tal-​familja. Barra minn hekk, staqsi liema pubblikazzjonijiet huma disponibbli fis-​Sala tas-​Saltna sabiex tgħallem lil uliedek dwar Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja