LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jy kap. 33 p. 80-p. 81 para. 7
  • Iwettaq il-profezija taʼ Isaija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Iwettaq il-profezija taʼ Isaija
  • Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Materjal Simili
  • Iwettaq il-Profezija taʼ Isaija
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • “Il-Maħtur Tiegħi li Fih Qalbi Strieħet!”
    Il-Profezija ta’ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha II
  • Jehovah—Is-Sors tal-Ġustizzja Vera u tat-Tjieba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Ġesù ‘jwaqqaf il-ġustizzja fuq l-art’
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
Ara Iżjed
Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
jy kap. 33 p. 80-p. 81 para. 7

KAPITLU 33

Iwettaq il-​profezija taʼ Isaija

MATTEW 12:15-​21 MARKU 3:7-​12

  • FOLOL IROSSU FUQ ĠESÙ

  • IWETTAQ IL-​PROFEZIJA TAʼ ISAIJA

Xħin isiru jafu li l-​Fariżej u l-​partitarji taʼ Erodi qed jippjanaw biex joqtlu lil Ġesù, hu u d-​dixxipli tiegħu jerħulha lejn il-​Baħar tal-​Galilija. Hawn jinġabru madwaru folol kbar minn kullimkien—mill-​Galilija, il-​bliet taʼ Tir u Sidon li qegħdin mal-​baħar, in-​naħa tal-​Lvant tax-​Xmara Ġordan, Ġerusalemm, u l-​Idumija li qiegħda iktar lejn in-​Nofsinhar. Ġesù jfejjaq lil ħafna. Minħabba f’hekk, dawk li għandhom mard serju jrossu biex jersqu lejh. Huma ma jistennewx sakemm imisshom hu, imma mimlijin ħeġġa jipprovaw imissuh huma.—Marku 3:9, 10.

Il-​folol tant huma kbar li Ġesù jgħid lid-​dixxipli tiegħu biex ilestulu dgħajsa żgħira, ħalli jkun jistaʼ jaqlaʼ ftit ’il barra minn max-​xatt u jżomm lill-​folol milli jrossu fuqu. Ukoll, jistaʼ jgħallimhom mid-​dgħajsa jew jersaq lejn post ieħor tul ix-​xatt biex jgħin lil iktar nies.

Id-​dixxiplu Mattew jgħid li l-​attività taʼ Ġesù twettaq “dak li ntqal permezz tal-​profeta Isaija.” (Mattew 12:17) Ġesù liema profezija qed iwettaq hawnhekk?

“Ara! Il-​qaddej tiegħi li jien għażilt, il-​maħbub tiegħi, li ruħi approvat! Inqiegħed l-​ispirtu tiegħi fuqu, u lill-​ġnus jurihom ċar x’inhi l-​ġustizzja. Ma jargumenta bl-​aħrax maʼ ħadd, ma jgħajjatx, u ħadd ma jismaʼ leħnu fit-​toroq prinċipali. Qasba mxaqqa ma jiksirhiex, u ftila tal-​kittien tnemnem ma jitfihiex, sakemm jirnexxilu jġib il-​ġustizzja. Tabilħaqq, f’ismu se jittamaw il-​ġnus.”—Mattew 12:18-​21; Isaija 42:1-​4.

M’għandniex xi ngħidu, Ġesù hu l-​qaddej maħbub li Alla japprova. Ġesù jagħmilha ċara x’inhi l-​ġustizzja vera, li qed tiġi mċajpra minħabba tradizzjonijiet reliġjużi foloz. Il-​Fariżej japplikaw b’inġustizzja l-​Liġi t’Alla kif jidhrilhom huma, tant li lanqas huma lesti li jgħinu lil xi ħadd marid fis-​Sabat! Ġesù juri b’mod ċar x’inhi l-​ġustizzja t’Alla u juri li fuqu hemm l-​ispirtu t’Alla hekk kif iserraħ lin-​nies mit-​toqol taʼ tradizzjonijiet inġusti. Għal din ir-​raġuni l-​mexxejja reliġjużi jridu joqtluh. Kemm hi ħaġa tal-​mistħija!

Xi jfisser li “ma jargumenta bl-​aħrax maʼ ħadd, ma jgħajjatx, u ħadd ma jismaʼ leħnu fit-​toroq prinċipali”? Meta jfejjaq lin-​nies, Ġesù ma jħallix lil dawn l-​uħud—jew lid-​demonji—‘juru min hu.’ (Marku 3:12) Hu ma jridx li n-​nies isiru jafu bih permezz taʼ storbju sħiħ fit-​toroq jew għax jinxterdu bil-​fomm rapporti mgħawġin sforz l-​eċċitament.

Ukoll, Ġesù jwassal il-​messaġġ tiegħu taʼ faraġ lil dawk li b’mod figurattiv huma bħal qasba mxaqqa, li hi milwija u mgħaffġa. Huma bħal ftila tnemnem, li waslet biex tintefa. Ġesù ma jgħaffiġx il-​qasba mxaqqa jew jitfi x-​xemgħa tnemnem. Minflok, b’tenerezza u bi mħabba, hu jerfaʼ lill-​ġwejdin bis-​sengħa. Ġesù verament hu l-​wieħed li fih jistgħu jittamaw il-​ġnus!

  • Ġesù kif juri ċar x’inhi l-​ġustizzja mingħajr ma jargumenta u jgħajjat fit-​toroq prinċipali?

  • Min huma dawk bħal qasab imxaqqaq u xemgħat inemnmu, u Ġesù kif jittrattahom?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja