LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jy kap. 120 p. 276-p. 277 para. 3
  • Jagħtu l-frott bħala friegħi u jkunu ħbieb taʼ Ġesù

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jagħtu l-frott bħala friegħi u jkunu ħbieb taʼ Ġesù
  • Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Materjal Simili
  • Iħejji lill-Appostli għat-Tluq Tiegħu
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • ‘Agħmlu Ħafna Frott’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Tinsab Int Fost Dawk Maħbubin Minn Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • “Ħu Ħsieb Din id-Dielja”!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
jy kap. 120 p. 276-p. 277 para. 3
Ġesù jitkellem mal-appostli tiegħu hekk kif jitilqu mill-kamra taʼ fuq

KAPITLU 120

Jagħtu l-​frott bħala friegħi u jkunu ħbieb taʼ Ġesù

ĠWANNI 15:1-​27

  • ID-​DIELJA VERA U L-​FRIEGĦI

  • KIF TIBQAʼ FL-​IMĦABBA TAʼ ĠESÙ

Ġesù qed jinkuraġġixxi lill-​appostli leali tiegħu b’dak li qed jgħidilhom. Issa sar il-​ħin, forsi qabeż nofsillejl u Ġesù jirrakkontalhom tixbiha li timmotivahom:

“Jien id-​dielja vera, u Missieri l-​bidwi,” jibda hu. (Ġwanni 15:1) It-​tixbiha tiegħu hi simili għal dak li ntqal sekli qabel dwar il-​ġens t’Iżrael, li kien imsejjaħ id-​dielja taʼ Ġeħova. (Ġeremija 2:21; Ħosea 10:1, 2) Madankollu, Ġeħova qed iwarrab lil dan il-​ġens. (Mattew 23:37, 38) Allura Ġesù qed jintroduċi ħsieb ġdid. Hu d-​dielja li Missieru ilu jikkultiva minn mindu dilek lil Ġesù bl-​ispirtu qaddis fis-​sena 29 WK. Imma Ġesù juri li d-​dielja ma tissimbolizzax lilu biss billi jgħid:

“Kull fergħa fija li ma tagħtix frott ineħħiha [Missieri], u kull waħda li tagħti l-​frott inaddafha, biex tagħti iktar frott. . . . Bħalma l-​fergħa ma tistax tagħti frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-​dielja, bl-​istess mod lanqas intom ma tagħtu frott jekk ma tibqgħux f’unjoni miegħi. Jien id-​dielja u intom il-​friegħi.”—Ġwanni 15:2-​5.

Ġesù wiegħed lid-​dixxipli leali tiegħu li wara li jitlaq, hu se jibgħat ajjutant, l-​ispirtu qaddis. Wieħed u ħamsin jum wara, meta l-​appostli u oħrajn jirċievu dan l-​ispirtu, huma se jsiru friegħi tad-​dielja. U l-​“friegħi” kollha se jkollhom jibqgħu f’unjoni maʼ Ġesù. Dawn x’se jwettqu?

Hu jispjega: “Min jibqaʼ f’unjoni miegħi, u jien f’unjoni miegħu, jagħti ħafna frott; għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn.” Dawn il-​“friegħi”—is-​segwaċi leali tiegħu—kellhom jagħtu ħafna frott, billi jimitaw il-​kwalitajiet taʼ Ġesù, jitkellmu m’oħrajn dwar is-​Saltna t’Alla, u jagħmlu iktar dixxipli. Xi ngħidu jekk xi ħadd minnhom ma jibqax f’unjoni maʼ Ġesù u ma jagħtix frott? Ġesù jispjega: “Jekk xi ħadd ma jibqax f’unjoni miegħi, jintrema.” Mill-​banda l-​oħra, Ġesù jgħid: “Jekk tibqgħu f’unjoni miegħi u kliemi jibqaʼ fikom, itolbu kulma tixtiequ u jsirilkom.”—Ġwanni 15:5-​7.

Ġesù issa jirripeti xi ħaġa li diġà semma darbtejn oħra—il-​fatt li għandhom josservaw il-​kmandamenti tiegħu. (Ġwanni 14:15, 21) Hu jiddeskrivi mod prinċipali kif id-​dixxipli jistgħu juru li qed jagħmlu dan: “Jekk tosservaw il-​kmandamenti tiegħi, tibqgħu fi mħabbti, bħalma jien osservajt il-​kmandamenti tal-​Missier u nibqaʼ fi mħabbtu.” Madankollu, hemm iktar involut milli sempliċement iħobbu lil Alla Ġeħova u lil Ibnu. Ġesù jgħid: “Dan hu l-​kmandament tiegħi, li tħobbu lil xulxin bħalma ħabbejtkom jien. Ħadd m’għandu mħabba akbar minn din, li xi ħadd jagħti ruħu għal ħbiebu. Intom ħbiebi jekk tagħmlu dak li qed nordnalkom.”—Ġwanni 15:10-​14.

Ftit sigħat oħra, Ġesù se juri mħabbtu billi jagħti ħajtu għal dawk kollha li jeżerċitaw fidi fih. L-​eżempju tiegħu għandu jqanqal lis-​segwaċi tiegħu juru mħabba mhix egoistika simili lejn xulxin. Din l-​imħabba se tidentifikahom, kif Ġesù qal iktar qabel: “B’dan ikun jaf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jekk ikollkom l-​imħabba bejnietkom.”—Ġwanni 13:35.

Il-​fatt li Ġesù jsejjaħ lill-​appostli ‘ħbieb’ għandu jkun taʼ interess għalihom. Hu jispjega għala jqishom bħala ħbiebu: “Sejjaħtilkom ħbieb, għax kulma smajt mingħand Missieri għarrafthulkom.” X’relazzjoni prezzjuża għandhom—huma ħbieb tal-​qalb taʼ Ġesù u jafu x’qallu l-​Missier! Imma biex ikunu jistgħu jgawdu din ir-​relazzjoni, għandhom ‘jibqgħu jagħtu l-​frott.’ Jekk jagħmlu hekk, Ġesù jgħid, “kulma titolbu lill-​Missier f’ismi jagħtihulkom.”—Ġwanni 15:15, 16.

L-​imħabba fost dawn il-​“friegħi,” id-​dixxipli tiegħu, se tgħinhom jissaportu dak li ġej. Hu jwissihom li d-​dinja se tobgħodhom, iżda jagħtihom ukoll dan il-​faraġ: “Jekk id-​dinja tobgħodkom, tafu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom. Kieku kontu parti mid-​dinja, id-​dinja kienet tkun ferħana b’dak li hu tagħha. Issa għax m’intomx parti mid-​dinja, . . . minħabba f’hekk tobgħodkom id-​dinja.”—Ġwanni 15:18, 19.

Billi jkompli jispjega għala d-​dinja se tobgħodhom, Ġesù jgħid: “Jagħmlu dan kollu kontrikom minħabba ismi, għax ma jafux lil dak li bagħatni.” Ġesù jgħid li l-​għemejjel mirakolużi tiegħu, f’ċertu sens, jikkundannaw lil dawk li jobogħduh: “Kieku m’għamiltx fosthom l-​għemejjel li ħadd qatt m’għamel, ma kien ikollhom ebda dnub; imma issa raw u bagħdu kemm lili kif ukoll lil Missieri.” Infatti, il-​mibegħda tagħhom twettaq profezija.—Ġwanni 15:21, 24, 25; Salm 35:19; 69:4.

Ġesù għal darb’oħra jwiegħed li se jibgħat ajjutant, l-​ispirtu qaddis. Din il-​forza qawwija hi disponibbli għas-​segwaċi kollha tiegħu u tgħinhom jagħtu l-​frott, jiġifieri ‘jagħtu xhieda.’—Ġwanni 15:27.

  • Min hu l-​bidwi, min hu d-​dielja, u min huma l-​friegħi fit-​tixbiha taʼ Ġesù?

  • Alla liema frott jixtieqhom jagħtu l-​friegħi?

  • Id-​dixxipli taʼ Ġesù kif jistgħu jkunu ħbiebu, u x’se jgħinhom jiffaċċjaw il-​mibegħda tad-​dinja?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja