LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jy kap. 129 p. 294-p. 295 para. 2
  • Pilatu jgħid: “Ara! Ir-raġel!”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Pilatu jgħid: “Ara! Ir-raġel!”
  • Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Materjal Simili
  • “Ħares! Ir-Raġel!”
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Min Kien Ponzju Pilatu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Kemm Pilatu kif ukoll Erodi jsibuh innoċenti
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Mingħand Pilatu għal għand Erodi u Lura għal Darb’Oħra
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
Ara Iżjed
Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
jy kap. 129 p. 294-p. 295 para. 2
Ġesù, liebes kuruna tax-xewk u mantar vjola, jittieħed barra minn Pilatu

KAPITLU 129

Pilatu jgħid: “Ara! Ir-​raġel!”

MATTEW 27:15-​17, 20-​30 MARKU 15:6-​19 LUQA 23:18-​25 ĠWANNI 18:39–19:5

  • PILATU JIPPROVA JEĦLES LIL ĠESÙ

  • IL-​LHUD JISTAQSU BIEX JINĦELES BARABBA

  • ĠESÙ JIĠI MWAQQAʼ GĦAĊ-​ĊAJT U TRATTAT ĦAŻIN

Pilatu qal lill-​folla, li trid li Ġesù jinqatel: “Jien . . . fih ma sibt ebda bażi għall-​akkużi li qed iġġibu kontrih. Fil-​fatt, lanqas Erodi.” (Luqa 23:14, 15) Issa, biex jipprova jeħles lil Ġesù, Pilatu juża metodu ieħor, billi jgħid lin-​nies: “Għandkom drawwa li fil-​Qbiż neħilsilkom lil xi ħadd. Għalhekk, triduni neħilsilkom lis-​sultan tal-​Lhud?”—Ġwanni 18:39.

Pilatu jaf bi priġunier jismu Barabba, li hu magħruf bħala ħalliel, xewwiexi, u qattiel. Allura Pilatu jistaqsi: “Lil min triduni neħilsilkom, lil Barabba jew lil Ġesù li jgħidulu l-​Kristu?” Peress li l-​qassisin ewlenin xewxu lin-​nies, huma jitolbu biex jinħeles Barabba u mhux Ġesù. Pilatu jerġaʼ jistaqsi: “Lil min triduni neħilsilkom minnhom it-​tnejn?” Il-​folla tgħajjat: “Lil Barabba”!—Mattew 27:17, 21.

Qalbu maqtugħa, Pilatu jistaqsi: “Allura, x’se nagħmel b’Ġesù li jgħidulu l-​Kristu?” In-​nies jgħajtu: “Sammru maʼ zokk!” (Mattew 27:22) B’għajb għalihom, huma qed jitolbu għall-​mewt taʼ raġel innoċenti. Pilatu jistaqsihom: “Għala, x’għamel ħażin dan ir-​raġel? Ma sibt xejn fih li jistħoqqlu l-​mewt; għalhekk, nikkastigah bis-​swat u nitilqu.”—Luqa 23:22.

Minkejja l-​isforzi ripetuti taʼ Pilatu, il-​folla rrabjata għall-​aħħar b’leħen wieħed tgħajjat: “Sammru maʼ zokk!” (Mattew 27:23) Il-​mexxejja reliġjużi tant ġennew lil dawk fil-​folla li issa mhuma jaraw xejn ħlief demm! U dan mhux id-​demm taʼ xi kriminal jew xi qattiel. Hu d-​demm taʼ raġel innoċenti li ħamest ijiem ilu ġie milqugħ ġewwa Ġerusalemm bħala Sultan. Jekk preżenti hemm id-​dixxipli taʼ Ġesù, huma jibqgħu siekta u ma jagħtux fil-​għajn.

Pilatu jinduna li jagħmel x’jagħmel kollu għalxejn. Qed tqum rewwixta, allura jieħu ftit ilma u jaħsel idejh quddiem il-​folla. Hu jgħidilhom: “Jien innoċenti mid-​demm taʼ dan ir-​raġel. Araw intom.” Lanqas dan ma jbiddel l-​attitudni tan-​nies. Minflok, huma jgħidu: “Demmu fuqna u fuq uliedna.”—Mattew 27:24, 25.

Il-​gvernatur irid jissodisfa lin-​nies iktar milli jrid jagħmel is-​sewwa. Allura fi qbil mat-​talba tagħhom, Pilatu jeħilsilhom lil Barabba. Hu jordna li Ġesù jiġi mneżżaʼ u msawwat.

Wara dawn it-​torturi bis-​swat, is-​suldati jieħdu lil Ġesù fil-​palazz tal-​gvernatur. Huma jinġabru flimkien u jkomplu jaħqruh. Huma jinsġu kuruna mix-​xewk u jpoġġuhielu fuq rasu. Is-​suldati jqegħdulu wkoll qasba f’idu l-​leminija u jlibbsulu mantar lewn l-​iskarlat, bħal dak li jilbsu nies irjali. Bi tmaqdir jgħidu: “Is-​sliem għalik, Sultan tal-​Lhud!” (Mattew 27:28, 29) Iżjed minn hekk, huma jobżqulu u jibqgħu jagħtuh daqqiet taʼ ħarta. Jieħdu l-​qasba iebsa mingħand Ġesù u jagħtuh f’rasu biha u minħabba f’hekk idaħħlu x-​xewk iniggeż tal-​“kuruna” umiljanti li libbsulu iktar ġol-​qorriegħa tiegħu.

Id-​dinjità u s-​saħħa tal-​għaġeb taʼ Ġesù matul dan kollu tant jimpressjonaw lil Pilatu li jerġaʼ jipprova jeħilsu billi jgħid: “Ara! Se nġibhulkom hawnhekk biex tkunu tafu li ma nsib ebda ħtija fih.” Jistaʼ jkun li Pilatu jaħseb li billi joħroġ lil Ġesù issa, imbenġel u kollu demm, il-​folol se jdurilhom? Hekk kif Ġesù jidher quddiem il-​marmalja bla qalb, Pilatu jgħid: “Ara! Ir-​raġel!”—Ġwanni 19:4, 5.

Minkejja s-​swat li ġarrab u l-​ġrieħi li għandu, Ġesù tant juri dinjità u jibqaʼ kalm li anki Pilatu jirrikonoxxi dan, għax kliemu donnu jirrifletti rispett u ħniena.

IS-​SWAT

Frosta għas-swat

It-​Tabib William D. Edwards f’The Journal of the American Medical Association jiddeskrivi l-​prattika Rumana tas-​swat:

“L-​istrument normali kien frosta qasira (lenza jew flaġell) b’diversi strixxi tal-​ġild minsuġin jew waħda waħda taʼ tulijiet differenti, li fihom blalen żgħar tal-​ħadid jew biċċiet li jaqtgħu taʼ għadam tan-​nagħaġ kienu marbutin bi spazju bejniethom. . . . Hekk kif is-​suldati Rumani kienu jolqtu ripetutament id-​dahar tal-​vittma bil-​forza kollha, il-​blalen tal-​ħadid kienu jikkaġunaw tbenġil profond, u l-​istrixxi tal-​ġild u l-​għadam tan-​nagħaġ kienu jidħlu fil-​ġilda u fit-​tessuti taʼ taħt il-​ġilda. Imbagħad, hekk kif is-​swat kien ikompli, it-​tiċrit kien jippenetra fil-​muskoli taʼ taħt u jipproduċi strixxi mxenglin taʼ laħam kollu dmija.”

  • Pilatu kif jipprova jeħles lil Ġesù u b’hekk jinħeles mir-​responsabbiltà?

  • X’jinvolvi s-​swat?

  • Wara li Ġesù jiġi msawwat, kif ikompli jiġi trattat ħażin?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja