LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 12 p. 34
  • Il-wirt ħadu Ġakobb

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-wirt ħadu Ġakobb
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Tewmin li Kienu Differenti
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Ħares il-Wirt Tiegħek Billi Tagħmel Għażliet Għaqlin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Ġakobb u Għesaw jagħmlu paċi
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 12 p. 34
Għesaw jagħti d-dritt tal-wirt tiegħu lil Ġakobb għal platt soppa

LEZZJONI 12

Il-wirt ħadu Ġakobb

Iżakk u Rebekka mas-subien tewmin tagħhom, Ġakobb u Għesaw

Iżakk kellu 40 sena meta żżewweġ lil Rebekka. Hu kien iħobbha ħafna. Maż-​żmien, huma kellhom żewġ subien li kienu tewmin.

Il-​kbir mit-​tewmin kien jismu Għesaw, u ż-​żgħir, Ġakobb. Għesaw ma kienx iħobb joqgħod ġewwa, u kien kapaċi jikkaċċja l-​annimali. Imma Ġakobb kien iħobb joqgħod ġewwa.

F’dak iż-​żmien, meta jmut il-​missier, l-​iben il-​kbir kien jingħata kważi l-​art u l-​flus kollha. Dan kien jissejjaħ wirt. Fil-​familja taʼ Iżakk, il-​wirt kien jinkludi wkoll il-​wegħdi li Ġeħova kien għamel lil Abraham. Għesaw ma tantx kien jimpurtah minn dawn il-​wegħdi, imma Ġakobb kien jaf li dawn kienu importanti ħafna.

Ġakobb u Għesaw

Darba waħda, Għesaw ġie lura d-​dar għajjien mejjet wara ġurnata twila jikkaċċja. Hu xamm ir-​riħa tfuħ tal-​ikel li Ġakobb kien qed isajjar, u qallu: ‘Għandi l-​ġuħ! Agħtini naqra minn dik is-​soppa l-​ħamra!’ Ġakobb qallu: ‘Mela le, imma l-​ewwel wegħedni li nistaʼ nieħu l-​wirt tiegħek.’ Għesaw qallu: ‘Jien ma jimpurtanix mill-​wirt! Tistaʼ tieħdu. L-​aqwa li niekol.’ Taħseb li d-​deċiżjoni li ħa Għesaw kienet tajba? Le, ma kinitx. Għesaw bidel xi ħaġa prezzjuża ħafna maʼ naqra soppa.

Meta Iżakk xjaħ ħafna, kien wasal iż-​żmien biex ibierek lill-​iben il-​kbir. Imma Rebekka għenet lil Ġakobb, l-​iben iż-​żgħir, biex jiħodha hu l-​barka. Meta Għesaw sar jaf b’dan, irrabja ħafna u ppjana biex joqtol lil ħuh. Iżakk u Rebekka riedu jipproteġu lil Ġakobb, u allura qalulu: ‘Mur u oqgħod għand zijuk, Laban, sakemm Għesaw jikkalma.’ Ġakobb semaʼ mill-​parir tal-​ġenituri tiegħu u telaq ħalli jsalva ħajtu.

“X’jiswielu bniedem jekk jikseb id-​dinja kollha u jitlef ruħu? Tassew, x’se jagħti bniedem flok ruħu?”—Marku 8:36, 37

Mistoqsijiet: X’tip taʼ persuna kien Għesaw? X’tip taʼ persuna kien Ġakobb? Għala l-​barka ħadha Ġakobb u mhux Għesaw?

Ġenesi 25:20-34; 27:1-46; 28:1-5; Ebrej 12:16, 17

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja