LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 13 p. 36-p. 37 para. 1
  • Ġakobb u Għesaw jagħmlu paċi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġakobb u Għesaw jagħmlu paċi
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Tewmin li Kienu Differenti
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Il-wirt ħadu Ġakobb
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Ġakobb Apprezza l-Valuri Spiritwali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 13 p. 36-p. 37 para. 1
Ġakobb imil u Għesaw jiġri lejh

LEZZJONI 13

Ġakobb u Għesaw jagħmlu paċi

Ġeħova wiegħed lil Ġakobb li kien se jipproteġih bħalma kien ipproteġa lil Abraham u Iżakk. Ġakobb issetilja f’post jismu Ħaran. Hemmhekk hu żżewweġ, kellu familja kbira, u sar sinjur ħafna.

Maż-​żmien, Ġeħova qal lil Ġakobb: ‘Erġaʼ lura f’art twelidek.’ Allura, Ġakobb u l-​familja tiegħu bdew il-​vjaġġ twil tagħhom lura. Fi triqithom, il-​qaddejja taʼ Ġakobb ġew fuqu u qalulu: ‘Ġej ħuk Għesaw, u miegħu għandu 400 raġel!’ Ġakobb beda jibżaʼ li Għesaw ried iweġġaʼ lilu u lil familtu. Għalhekk hu talab lil Ġeħova: ‘Jekk jogħġbok, ipproteġini minn ħija.’ L-​għada, Ġakobb bagħat bħala rigal lil Għesaw ħafna nagħaġ, mogħoż, baqar, iġmla, u ħmir.

Dak il-​lejl, meta Ġakobb kien waħdu, ra anġlu! L-​anġlu beda jissara miegħu. Huma ssaraw flimkien sa filgħodu. Għalkemm Ġakobb kien imweġġaʼ, hu ma riedx iċedi. L-​anġlu qallu: ‘Itlaqni.’ Imma biex ikun ċert li Ġeħova kien se jgħinu, Ġakobb qallu: ‘Le, mhux qabel ma tberikni.’

L-​anġlu fl-​aħħar bierek lil Ġakobb. Issa Ġakobb kien jaf li Ġeħova ma kienx se jħalli lil Għesaw iweġġgħu.

Dakinhar filgħodu, Ġakobb ħares fil-​bogħod u ra lil Għesaw u l-​400 raġel. Ġakobb mar fuq in-​naħa taʼ quddiem tal-​familja u miel quddiem ħuh sebaʼ darbiet. Għesaw ġera lejn Ġakobb u għannqu. Iż-​żewġ aħwa nfaqgħu jibku u għamlu paċi. Kif taħseb li ħassu Ġeħova għal mod kif Ġakobb aġixxa f’din is-​sitwazzjoni?

Iktar tard, Għesaw mar lura lejn daru, u Ġakobb kompla bil-​vjaġġ tiegħu. Ġakobb kellu b’kollox 12-​il tifel. L-​ismijiet tagħhom kienu Ruben, Simegħon, Levi, Ġuda, Dan, Naftali, Gad, Aser, Issakar, Żebulun, Ġużeppi, u Benjamin. Wieħed minnhom—Ġużeppi—Ġeħova użah biex isalva lill-​poplu Tiegħu. Taf kif? Ejja naraw.

“Komplu ħobbu lill-​għedewwa tagħkom u itolbu għal dawk li qed jippersegwitawkom sabiex turu li intom ulied Missierkom li hu fis-​smewwiet.”—Mattew 5:44, 45

Mistoqsijiet: Ġakobb għala rċieva barka? Ġakobb kif għamel paċi maʼ ħuh?

Ġenesi 28:13-15; 31:3, 17, 18; 32:1-29; 33:1-18; 35:23-26

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja