LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 41 p. 100-p. 101 para. 2
  • David u Sawl

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • David u Sawl
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Għala David Ikollu Jaħrab
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • David Isir Sultan
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • “Li Tobdi Hu Aħjar Minn Xi Sagrifiċċju”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Punti mill-1 Samwel
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 41 p. 100-p. 101 para. 2
David jgħajjat ’l isfel lejn il-kamp taʼ Sawl

LEZZJONI 41

David u Sawl

Wara li David qatel lil Gulija, is-​Sultan Sawl qabbad lilu jieħu ħsieb l-​armata tiegħu. David rebaħ ħafna battalji, u għalhekk sar popolari. Kull meta kien jiġi lura mill-​gwerra, in-​nisa kienu joħorġu jiżfnu u jkantaw: ‘Sawl qatel l-​eluf, imma David qatel l-​għaxriet t’eluf!’ Minħabba f’hekk, Sawl beda jgħir għal David u ried joqtlu.

David kien jaf idoqq l-​arpa sew. Darba waħda, waqt li kien qed idoqqlu l-​arpa, Sawl waddablu l-​lanza. David irnexxielu jersaq bl-​eżatt, u għalhekk il-​lanza baqgħet dieħla ġol-​ħajt. Kemm-​il darba Sawl ipprova joqtol lil David. Fl-​aħħar, David ħarab u mar jistaħba fid-​deżert.

David jieħu l-lanza taʼ Sawl waqt li kien rieqed

Sawl, flimkien m’armata taʼ 3,000 raġel, mar ifittex lil David biex joqtlu. Hu, bla ma kien jaf, daħal ġol-​għar fejn kienu qed jistaħbew David u l-​irġiel tiegħu. L-​irġiel qalu lil David b’leħen baxx: ‘Issa ċ-​ċans biex toqtol lil Sawl.’ Imma minflok, David resaq bil-​mod lejn Sawl u qatagħlu biċċa mit-​tarf tal-​libsa. Sawl lanqas biss induna. Imma wara, David beda jħoss li kien għamel xi ħaġa ħażina, li ma kienx wera rispett lejn il-​wieħed li Ġeħova kien għażel bħala sultan. Għalhekk, ma ħalliex lill-​irġiel tiegħu jattakkaw lil Sawl. Wara li Sawl ħareġ mill-​għar, David għajjatlu u qallu li hu setaʼ qatlu. Kien Sawl ħa jbiddel fehmtu u ma joqtolx lil David? Le.

Lejl minnhom, David u n-​neputi tiegħu Abisaj daħlu nkiss inkiss fil-​kamp taʼ Sawl. Anki Abner, il-​bodyguard taʼ Sawl kien rieqed. Allura, Abisaj qal lil David: ‘Issa ċ-​ċans! Ħallini noqtlu.’ David qallu: ‘Ġeħova qiegħed jara x’qed jagħmel Sawl. Ejja niħdulu l-​lanza u l-​buqar tal-​ilma u nitilqu.’

David telaʼ fuq muntanja li kienet fil-​viċin biex ikun jistaʼ jara l-​kamp taʼ Sawl. Hu għajjat: ‘Abner, għala ma pproteġejtux lis-​sultan? Il-​buqar u l-​lanza taʼ Sawl fejnhom?’ Sawl għaraf leħen David u qal: ‘Kieku ridt stajt qtiltni. Naf li int se tkun is-​sultan li jmiss taʼ Iżrael.’ Imbagħad, Sawl mar lura fil-​palazz tiegħu. Mhux kull membru tal-​familja taʼ Sawl kien jobgħod lil David.

“Jekk inhu possibbli, sakemm jiddependi minnkom, żommu l-​paċi mal-​bnedmin kollha. Maħbubin, tivvendikawx ruħkom.”—Rumani 12:18, 19

Mistoqsijiet: Sawl għala ried joqtlu lil David? David għala ma riedx joqtol lil Sawl?

1 Samwel 16:14-23; 18:5-16; 19:9-12; 23:19-29; 24:1-15; 26:1-25

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja