LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 59
  • Għala David Ikollu Jaħrab

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala David Ikollu Jaħrab
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • David u Sawl
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • David Isir Sultan
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Punti mill-1 Samwel
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 59

STORJA 59

Għala David Ikollu Jaħrab

WARA li David joqtol lil Gulija, il-​kap tal-​armata t’Iżrael, Abner, iġibu quddiem Sawl. Sawl jieħu ħafna gost b’David. Hu jagħmlu kap fl-​armata tiegħu u jieħdu biex jgħix f’dar is-​sultan.

Iktar tard, meta l-​armata tiġi lura milli tiġġieled kontra l-​Filistin, in-​nisa jkantaw: ‘Sawl qatel l-​eluf, imma David l-​għaxriet t’eluf.’ Dan iġiegħel lil Sawl jgħir, għax David qed jiġi mfaħħar iktar minn Sawl. Imma t-​tifel taʼ Sawl, Ġonatan, ma jgħirx. Hu jħobb lil David ħafna, u anki David iħobb lil Ġonatan. Għalhekk, jagħmlu wegħda lil xulxin li dejjem se jibqgħu ħbieb.

David jaf idoqq l-​arpa tajjeb ħafna, u Sawl jieħu pjaċir bil-​mużika li jdoqq. Iżda ġurnata waħda l-​għira taʼ Sawl iġġiegħlu jagħmel xi ħaġa mill-​agħar. Waqt li David qed idoqq l-​arpa, Sawl jaqbad b’idejh il-​lanza tiegħu u jwaddabha u jgħid: ‘Ħa nsammar lil David mal-​ħajt!’ Imma David jersaq, u l-​lanza ma tolqtux. Iktar tard Sawl jerġaʼ jwaddab il-​lanza lejn David imma ma jolqtux. Allura David issa jaf li jrid joqgħod attent ħafna.

Tiftakar il-​wegħda li għamel Sawl? Hu qal li kien se jagħti lit-​tifla tiegħu biex tkun il-​mara taʼ dak li joqtol lil Gulija. Fl-​aħħar, Sawl jgħid lil David li hu jistaʼ jieħu lil bintu Mikal, iżda l-​ewwel irid joqtol 100 mill-​għedewwa Filistin. Immaġina naqra! Sawl fir-​realtà qed jittama li l-​Filistin joqtlu lil David. Imma ma joqtluhx, u għalhekk Sawl jagħti lil bintu bħala l-​mara taʼ David.

Darba waħda Sawl jgħid lil Ġonatan u lill-​qaddejja kollha tiegħu li hu jrid joqtol lil David. Iżda Ġonatan jgħid lil missieru: ‘Tweġġax lil David. Hu qatt m’għamillek xi ħaġa ħażina. Anzi, kulma għamel kien t’għajnuna kbira għalik. Hu ssogra ħajtu meta qatel lil Gulija, u int rajtu dan u fraħt.’

Sawl jismaʼ minn ibnu, u jwiegħed li ma jweġġax lil David. David jinġieb lura, u jerġaʼ jaqdi lil Sawl f’daru bħalma kien għamel qabel. Imma ġurnata minnhom, waqt li David ikun qed idoqq il-​mużika, Sawl jerġaʼ jwaddab il-​lanza lil David. David jersaq, u l-​lanza tolqot il-​ħajt. Din hi t-​tielet darba! David issa jaf li jkollu jaħrab!

Dak il-​lejl David imur id-​dar. Iżda Sawl jibgħat lil xi rġiel biex joqtluh. Mikal taf x’bi ħsiebu jagħmel missierha. Għalhekk tgħid lir-​raġel tagħha: ‘Jekk ma taħrabx il-​lejla, għada tkun mejjet.’ Dak il-​lejl Mikal tgħin lil David biex jaħrab minn ġo tieqa. Għal xi seba’ snin David ikollu jistaħba f’post wara l-​ieħor ħalli Sawl ma jsibux.

1 Samwel 18:1-30; 19:1-18.

Mistoqsijiet għall-Istudju

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja