LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 45 p. 110-p. 111 para. 2
  • It-tmexxija tal-pajjiż tinqasam

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-tmexxija tal-pajjiż tinqasam
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Is-Saltna Tinqasam
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Ġeħova Ma Jitlaqhomx lil-Leali Tiegħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Setaʼ kellu l-approvazzjoni t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ l-Ewwel Slaten
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 45 p. 110-p. 111 para. 2
Aħija jċarrat il-libsa tiegħu fi 12-il biċċa quddiem Ġerobogħam

LEZZJONI 45

It-tmexxija tal-pajjiż tinqasam

Sakemm Salamun baqaʼ jqim lil Ġeħova, kien hemm il-​paċi f’Iżrael. Imma Salamun iżżewweġ ħafna nisa minn pajjiżi oħra li kienu jqimu l-​idoli. Bil-​mod il-​mod, Salamun inbidel, u hu beda jqim l-​idoli wkoll. Ġeħova rrabja, u qallu: ‘Jien se nieħu t-​tmexxija mingħandek u mingħand il-​familja tiegħek, u naqsamha fi tnejn. Il-​parti l-​kbira se nagħtiha lil wieħed mill-​qaddejja tiegħek, u l-​familja tiegħek se tmexxi biss il-​parti ż-​żgħira.’

Imbagħad, Ġeħova wera ċar b’mod ieħor id-​deċiżjoni tiegħu. Wieħed mill-​qaddejja tiegħu, Ġerobogħam, kien qed jivvjaġġa meta ltaqaʼ mal-​profeta Aħija. Aħija ċarrat il-​libsa tiegħu fi 12-​il biċċa u qal lil Ġerobogħam: ‘Ġeħova se jieħu t-​tmexxija t’Iżrael mingħand il-​familja taʼ Salamun u jaqsamha fi tnejn. Ħu għaxar biċċiet minn dawn għax int se tkun sultan fuq għaxar tribujiet.’ Is-​Sultan Salamun sema’ b’dan u ried joqtol lil Ġerobogħam! Għalhekk Ġerobogħam ħarab lejn l-​Eġittu. Maż-​żmien, Salamun miet u t-​tifel tiegħu, Reħobogħam, sar sultan. Imbagħad, Ġerobogħam mar lura Iżrael peress li ra li ma kienx għad hemm periklu għalih.

Ħafna Iżraelin joffru sagrifiċċji lil għoġol tad-deheb li għamel Ġerobogħam

Irġiel t’awtorità f’Iżrael qalu lil Reħobogħam: ‘Jekk tittratta lin-​nies sew, huma jkunu leali lejk.’ Imma minflok, Reħobogħam ħa l-​parir taʼ sħabu li kien trabba magħhom li qalulu: ‘Trid tkun kattiv man-​nies! Ġegħelhom jaħdmu iktar!’ Għalhekk, hu ttrattahom ħażin ħafna lin-​nies, u l-​10 tribujiet taʼ Iżrael irribellaw. Huma għamlu lil Ġerobogħam sultan tal-​għaxar tribujiet, li saru magħrufin bħala s-​saltna taʼ Iżrael. Iż-​żewġ tribujiet l-​oħra saru magħrufin bħala s-​saltna taʼ Ġuda, u dawn baqgħu leali lejn Reħobogħam. It-​12-​il tribù taʼ Iżrael issa ġew maqsumin.

Ġerobogħam ma riedx li n-​nies tiegħu jmorru jqimu f’Ġerusalemm, fis-​saltna taʼ Reħobogħam. Taf għala? Għax beda jibżaʼ li huma jitilquh u jmorru maʼ Reħobogħam. Għalhekk hu għamel żewġ għoġiela tad-​deheb u qal lin-​nies tiegħu: ‘Ġerusalemm hi ’l bogħod wisq. Intom tistgħu tqimu hawn.’ In-​nies bdew iqimu l-​għoġiela tad-​deheb u dawn reġgħu nsew lil Ġeħova.

“Tintrabtux taħt madmad li mhux indaqs maʼ dawk li ma jemmnux. Għax xi sħubija hemm bejn il-​ġustizzja u l-​ksur tal-​liġi? . . . Jew x’sehem għandu min hu leali maʼ min ma jemminx?”—2 Korintin 6:14, 15

Mistoqsijiet: It-​tmexxija taʼ Iżrael għala ġiet maqsuma? Is-​Sultan Reħobogħam u s-​Sultan Ġerobogħam x’affarijiet ħżiena għamlu?

1 Slaten 11:1-13, 26-43; 12:1-33

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja