Introduzzjoni għal sezzjoni 12
Ġesù għallem lin-nies dwar is-Saltna tas-smewwiet. Hu għallimhom ukoll jitolbu biex l-isem t’Alla jiġi mqaddes, biex tiġi s-Saltna taʼ Ġeħova, u biex issir ir-rieda Tiegħu fuq l-art. Jekk int ġenitur, spjega lil bintek jew lil ibnek xi tfisser din it-talba u kemm din hi importanti f’ħajjitna. Ġesù ma ħalliex lil Satana jkissirlu l-lealtà tiegħu. Ġesù għażel l-appostli tiegħu, u huma saru l-ewwel membri tas-Saltna li fiha għandhom irwol importanti. Innota ż-żelu taʼ Ġesù għall-qima vera. Minħabba li ried jgħin lin-nies, Ġesù fejjaq lill-morda, temaʼ lil min kien bil-ġuħ, u anki qajjem lil mejtin. B’dawn il-mirakli kollha, hu wera x’se tagħmel is-Saltna għan-nies kollha.