LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wcg kap. 21 p. 98-p. 101
  • Tifel li Tkellem għal Ġeħova

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tifel li Tkellem għal Ġeħova
  • B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Fittex Iktar
  • Aħseb Fuq Dak li Tistaʼ Titgħallem
  • Ħu l-Ħin Biex Taħseb Dwar Dawn il-Mistoqsijiet
  • Tgħallem Iktar
  • Hu “Kompla Jikber Quddiem Ġeħova”
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Samwel Kompla Jagħmel Dak li Hu Sewwa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Samwel baqaʼ jagħmel dak li hu tajjeb
    Għallem lil Uliedek
  • Ġeħova jkellem lil Samwel
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
Ara Iżjed
B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla
wcg kap. 21 p. 98-p. 101

21 SAMWEL

Tifel li Tkellem għal Ġeħova

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

SAMWEL, it-tifla taʼ Ġefta, u Sansun kellhom xi ħaġa komuni bejniethom. Dak li għamlu l-ġenituri tagħhom effettwa ħafna l-ħajja tagħhom. Bħat-tifla taʼ Ġefta, Samwel qeda lil Ġeħova b’mod speċjali għal ħajtu kollha. (1 Sam. 2:11) Bħal Sansun, Samwel għex ħajtu bħala Nażirit. (Imħ. 13:7) U bħat-tnejn li huma, Samwel kellu bżonn il-kuraġġ.

Meta Samwel kellu forsi tliet snin jew ftit iktar, ommu Ħanna għamlet bħalma kienet wiegħdet lil Ġeħova u ħaditu fit-tabernaklu f’Silo, biex jibda jaqdi lil Ġeħova hemm. Kull sena, hi kienet tmur tarah u kienet tiħodlu libsa bla kmiem ġdida. Samwel kiber fit-tabernaklu mal-Qassis il-Kbir Għeli, li kien kbir fl-età. Jistaʼ jkun li xi nisa li kienu jaqdu fit-tabernaklu għenu biex irabbu lil Samwel.

Imma n-nies kienu qed jagħmlu affarijiet ħżiena ħafna fit-tabernaklu, u Għeli ma kienx qed jipprova jwaqqafhom. Iż-żewġt itfal tiegħu, Ħofni u Fineħas, kienu rġiel mill-agħar. Huma kienu qed jagħmlu l-immoralità maʼ xi nisa li kienu jaqdu fit-tabernaklu u ma kinux qed juru rispett lejn is-sagrifiċċji taʼ Ġeħova. Milli jidher, huma kienu qed jgħidu lill-qaddejja tat-tempju biex meta jiġu n-nies bl-offerta, jisirqu l-aħjar biċċa tas-sagrifiċċju qabel joffruh lil Ġeħova. Għeli kien jaf x’kienu qed jagħmlu t-tfal tiegħu, imma ma kkoreġihomx kif suppost, u huma ma tawx kasu. Avolja kien hemm ħafna ħażen, waqt li kien qed jikber, Samwel baqaʼ jħobb lil Ġeħova u n-nies kienu jieħdu pjaċir bih. Meta wasal iż-żmien biex Ġeħova jirranġa l-problemi f’Silo, hu għażel lit-tfajjel Samwel biex jgħid il-messaġġ tiegħu.

Lejl minnhom, Samwel stenbaħ għax semaʼ lil xi ħadd ikellmu. Kien qed jgħajjatlu Ġeħova! Imma Samwel ħaseb li kien Għeli, li kien kbir fl-età u ma jarax, allura mar jiġri ħdejn il-qassis il-kbir biex jara x’kellu bżonn. Imma Għeli reġaʼ bagħtu lura fis-sodda għax ma kienx hu li għajjatlu. Dan ġara darbtejn oħra. Fl-aħħar, Għeli nduna x’kien qed jiġri, allura reġaʼ qal lil Samwel biex imur jorqod. Imma din id-darba qallu wkoll biex jekk Ġeħova jerġaʼ jgħajjatlu, jgħidlu: “Jekk jogħġbok kellimni Ġeħova, għax jien, il-qaddej tiegħek, qed nismaʼ.” U Samwel hekk għamel.

Għar-rabaʼ darba, Ġeħova reġaʼ għajjatlu: “Samwel, Samwel!” U t-tifel wieġbu: “Jekk jogħġbok kellimni, għax jien, il-qaddej tiegħek, qed nismaʼ.” Imbagħad Ġeħova kellmu. Hu qallu li se jirranġa l-problemi li kien hemm f’Silo u se jikkastiga lil Għeli talli ma ddixxiplinax lit-tfal tiegħu għall-ħażen li kienu qed jagħmlu. Ġeħova kien iġġudika lid-dar t’Għeli, inkluż it-tfal tiegħu. Imbagħad qal lil Samwel li kellu jgħid lil Għeli b’dan kollu!

Samwel baqaʼ fis-sodda sa filgħodu. Xħin beda jisbaħ, mar jiftaħ il-bibien tal-bitħa tat-tabernaklu. Il-Bibbja tgħid li Samwel “kien qed jibżaʼ jgħid lil Għeli dwar il-viżjoni,” u nistgħu nifhmu għala. Għeli għajjatlu u saqsieh x’kien qallu Alla. Jistaʼ jkun li nduna li Samwel kien qed jibżaʼ jgħidlu, allura qallu: “X’qallek? Jekk jogħġbok, taħbihx minni.”

Allavolja kien għadu żgħir, Samwel kellu jgħid lill-Qassis il-Kbir Għeli l-kastig li kien se jtih Ġeħova

Din żgur li kienet xi ħaġa diffiċli għal Samwel. Forsi lil Għeli kien jirrispettah qisu nannuh. Imma wisq probabbli, Samwel żgur li kien jirrispettah għax Għeli kien il-qassis il-kbir t’Iżrael! Imma t-tifel xorta qallu dak kollu li qal Ġeħova. B’hekk, Għeli sar jaf li l-kastig taʼ Ġeħova dalwaqt kien ġej fuqu. Jistaʼ jkun li fl-aħħar Għeli ddixxiplina t-tfal mill-agħar tiegħu? M’hemm l-ebda evidenza li turi li hu għamel hekk.

It-tfajjel Samwel ħdejn il-bibien tal-bitħa tat-tabernaklu, jitkellem mal-Qassis il-Kbir Għeli.

Ġeħova bierku ħafna lil Samwel talli wera kuraġġ. Il-Bibbja tgħid: “Ġeħova kien miegħu u għamel dak kollu li qal.” Samwel sar il-profeta taʼ Ġeħova, u kulma pprofetizza ġara, inkluż dak li qal dwar Għeli u t-tfal tiegħu. Għal ħafna snin wara, Ġeħova uża lil Samwel biex jiggwida lin-nies t’Iżrael. Samwel baqaʼ leali lejn Ġeħova għal ħafna snin u qeda bħala profeta u mħallef. Meta kien tifel, tgħallem juri kuraġġ bl-għajnuna taʼ Ġeħova, u din il-kwalità, flimkien mal-lealtà, baqaʼ juriha tul ħajtu kollha.

Aqra l-istorja mill-Bibbja:

  • 1 Samwel 1:9-11, 24-28; 2:12-36; kapitlu 3; 25:1

  • Lhud 11:32

Biex tiddiskuti:

Samwel kif wera kuraġġ?

Fittex Iktar

  1. 1. Iddeskrivi Silo, il-post fejn kien hemm it-tabernaklu taʼ Ġeħova. (brw921101 8-9) A

    Todd Bolen/BiblePlaces.com

    Stampa A: Fejn kienet il-belt taʼ Silo

  2. 2. Kif kienet il-ħajja taʼ Samwel fit-tabernaklu? (ia 60-62 ¶9-13) B

    It-tfajjel Samwel qed jiftaħ il-bibien tal-bitħa tat-tabernaklu.

    Stampa B

  3. 3. F’liema sens it-tfajjel Samwel “kien għadu ma sarx jaf lil Ġeħova”? (1 Sam. 3:7; w02 12/15 8 ¶5-6)

  4. 4. Il-profezija dwar il-familja taʼ Għeli kif twettqet? (it “Għeli, I” ¶5-7-wcgr)

Aħseb Fuq Dak li Tistaʼ Titgħallem

  • Persuna żagħżugħa x’tistaʼ titgħallem mill-eżempju taʼ Samwel dwar l-importanza li . . .

    • tkun lesta li tobdi? (1 Sam. 3:5)

    • turi manjieri tajbin u rispett? (1 Sam. 3:6-10)

    • tkun taʼ min joqgħod fuqha? (1 Sam. 3:15) Ċ

      Ħu teenager qed jieħu nota taʼ x’hemm u x’m’hemmx fil-kamra fejn iżommu l-affarijiet tat-tindif fis-Sala tas-Saltna. Fil-kuritur, ħu qed joħroġ il-letteratura mill-kaxxi u jpoġġihom f’posthom u oħt qed tnaddaf l-art.

      Stampa Ċ

  • Xi ħadd li jkun għadu żgħir meta jaf ikollu bżonn il-kuraġġ biex jitkellem, u l-eżempju taʼ Samwel kif jistaʼ jgħinu?

  • B’liema modi oħra tistaʼ timita l-kuraġġ li wera Samwel?

Ħu l-Ħin Biex Taħseb Dwar Dawn il-Mistoqsijiet

  • Din l-istorja x’tgħallimni dwar Ġeħova?

  • Din l-istorja kif inhi marbuta mal-iskop taʼ Ġeħova?

  • Meta Ġeħova jirxoxta lil Samwel x’nixtieq nistaqsih?

Tgħallem Iktar

Iż-żgħażagħ u l-adulti meta jaf ikollhom bżonn il-kuraġġ biex jagħmlu dak li hu tajjeb?

Tgħallem Minnhom​—Samwel (4:53)

Anki meta n-nies taʼ madwaru m’obdewx lil Alla, it-tfajjel Samwel għamel dak li hu tajjeb.

“Samwel jagħżel li jaqdi lil Ġeħova” (ijwis artiklu 15)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja