LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 4/15 p. 3
  • Nidentifikaw l-Ispirtu Qaddis

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nidentifikaw l-Ispirtu Qaddis
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Iskrittura u l-​Ispirtu Qaddis
  • ‘Fl-Isem tal-Ispirtu Qaddis’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Gwidati bl-Ispirtu t’Alla fl-Ewwel Seklu u Llum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Kif l-Ispirtu t’Alla Jistaʼ Jeffettwa Lilek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • L-Ispirtu Qaddis—il-Forza Attiva t’Alla
    Għandek Int Temmen fit-Trinità?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 4/15 p. 3

Nidentifikaw l-Ispirtu Qaddis

KONT taf int li l-​ispirtu qaddis jeffettwa l-​ħajja taʼ kull wieħed minna? U rrealizzajt int li jistaʼ jagħmel titjib enormi f’ħajtek? Dan forsi jissorprendik. Fil-​fatt, forsi tistaqsi: ‘Min hu jew x’inhu l-​ispirtu qaddis?’

Jekk int membru taʼ xi waħda mill-​knejjes tal-​Kristjaneżmu, x’aktarx li smajt lil xi qassis igħammed lil xi tarbija “fl-​isem tal-​Missier u tal-​Iben u tal-​Ispirtu s-​Santu.” (Mattew 28:19, The New English Bible) Meta jiġu mitlubin jidentifikaw l-​ispirtu s-​santu, jew spirtu qaddis, il-​biċċa l-​kbira tal-​qassisin iwieġbu malajr:‘L-​ispirtu qaddis hu t-​tielet persuna tat-​Trinità, billi hu ugwali f’kollox maʼ Alla l-​Missier u mal-​Mulej Ġesù Kristu.’

Madankollu, din il-​ħarsa ma kinetx imħaddna matul l-​ewwel ftit sekli tal-​Era Komuni tagħna. Biex nagħtu eżempju: Xi tliet sekli wara l-​mewt tal-​appostli taʼ Ġesù Kristu, Gregorju taʼ Nazianzus kiteb: “Xi wħud jassumu li [l-ispirtu qaddis] huwa qawwa (energeia), xi wħud ħlejqa, xi wħud li hu Alla, xi wħud ma jistgħux jiddeċiedu liema minn dawn.”

Illum, il-​biċċa l-​kbira tal-​knejjes tal-​Kristjaneżmu jaċċettaw il-​ħarsa Trinitarjana tal-​ispirtu qaddis. Imma hija dik li l-​Bibbja tappoġġja? Jew hija biss opinjoni bbażata fuq it-​tradizzjoni? Attwalment, il-​Bibbja qatt ma titkellem dwar l-​ispirtu qaddis bl-​istess mod li titkellem dwar Alla jew dwar Ġesù. Per eżempju, fil-​Bibbja, l-​ispirtu qaddis ma għandux isem persunali.

Huwa dak xi sempliċi dettal insinjifikanti? Le, l-​ismijiet huma importanti fil-​Bibbja. Alla saħaq dwar l-​importanza taʼ ismu stess meta qal: “Jiena Jehovah. Dak hu ismi; u lil ħadd ieħor ma se nagħti l-​glorja tiegħi stess, lanqas it-​tifħir tiegħi lil immaġnijiet skolpiti.” (Isaija 42:8) L-​importanza taʼ isem Ġesù Kristu kienet enfasizzata qabel it-​twelid tiegħu meta anġlu qal lil Marija: “Trid issemmih Ġesù.” (Luqa 1:31) Jekk l-​ismijiet tal-​Missier u tal-​Iben huma daqshekk importanti, l-​ispirtu qaddis għala m’għandux isem persunali? Żgur li dan id-​dettal waħdu għandu jġiegħel lil persuna titħasseb dwar jekk l-​ispirtu hux tabilħaqq ugwali mal-​Missier u mal-​Iben.

L-​Iskrittura u l-​Ispirtu Qaddis

Fl-​Iskrittura Ebrajka, jew it-​“Testment il-​Qadim,” hemm referenzi għall-​“ispirtu qaddis” u għall-​“ispirtu [t’Alla] tiegħi.” (Salm 51:11; Ġojeli 2:28, 29) Naqraw li l-​ispirtu qaddis jistaʼ jimla persuna, jiġi fuqha, u jħaddanha. (Eżodu 31:3. Imħallfin 3:10; 6:34) Ammont taʼ spirtu qaddis jistaʼ jittieħed minn persuna waħda u jingħata lil persuna oħra. (Numri 11:17, 25) L-​ispirtu qaddis jistaʼ jaħdem fuq xi ħadd, billi jagħmlu kapaċi jwettaq egħġubijiet superumani.—Imħallfin 14:6; 1 Samwel 10:6.

X’jistaʼ wieħed jikkonkludi b’mod raġonevoli minn stqarrijiet bħal dawn? Żgur li mhux li l-​ispirtu qaddis huwa persuna. Kif jistaʼ ammont minn persuna jittieħed minn individwu wieħed u jingħata lil ieħor? Iktar minn hekk, ma hemm ebda evidenza li meta Ġesù kien fuq l-​art, Lhud leali qiesu lill-​ispirtu qaddis bħala persuna ugwali mal-​Missier. Ċertament li ma qimux lill-​ispirtu qaddis. Minflok, il-​qima tagħhom kienet iddireġuta biss lejn Jehovah, Dak li lilu Ġesù nnifsu sejjaħlu “Missieri” u “Alla tiegħi.”—Ġwann 20:17.

Bħall-hekk imsejjaħ Testment il-​Qadim, il-​parti tal-​Bibbja msejħa l-​Iskrittura Kristjana Griega, jew it-​“Testment il-​Ġdid,” tgħid li l-​ispirtu qaddis jistaʼ ‘jimla’ persuna jew ikun ‘fuqha.’ (Atti 2:4; Luqa 2:25-27) Spirtu qaddis kien ‘mogħti,’ ‘imferraʼ,’ u ‘mqassam.’ (Luqa 11:13; Atti 10:45; Ebrej 2:4) F’Pentekoste tat-​33 E.K., id-​dixxipli rċevew “xi ftit mill-​ispirtu” t’Alla. (Atti 2:17) L-​Iskrittura titkellem ukoll dwar magħmudija bl-​ispirtu qaddis u dwar li wieħed ikun midluk bih.—Mattew 3:11; Atti 1:5; 10:38.

Stqarrijiet bħal dawn fil-​Bibbja jagħtu prova li l-​ispirtu qaddis mhux persuna. Din il-​konklużjoni hija kkonfermata meta naraw li l-​ispirtu qaddis jinsab imniżżel maʼ affarijiet impersunali oħra. Per eżempju, il-​Bibbja tistqarr li Stiefnu kien “mimli bil-​fidi u spirtu qaddis.” (Atti 6:5) U l-​appostlu Pawlu rrakkomanda lilu nnifsu bħala l-​ministru t’Alla “bis-​safa, bil-​għarfien, bis-​sabar fit-​tul, bil-​qalb tajba, bl-​ispirtu qaddis, bl-​imħabba ħielsa mill-​ipokrezija.”—2 Korintin 6:4-6.

Veru, xi drabi l-​Bibbja tippersonalizza lill-​ispirtu qaddis. Per eżempju, Isaija qal li xi ribelli ‘ġagħlu lill-​ispirtu qaddis t’Alla jħossu mweġġaʼ.’ (Isaija 63:10) Pawlu qal li jistaʼ jiġi ‘mnikket.’ (Efesin 4:30) U għadd taʼ skritturi jgħidu li l-​ispirtu qaddis igħallem, jiggwida, jitkellem, u jagħti xiehda. (Ġwann 14:26; 16:13, 14; 1 Ġwann 5:7, 8) Imma l-​Bibbja tippersonalizza wkoll lil affarijiet oħra bla ħajja, bħalma huma l-​għerf, il-​mewt, u d-​dnub. (Proverbji 1:20; Rumani 5:17, 21) Dan hu attwalment mod vividu li bih l-​Iskrittura xi drabi tesprimi l-​affarijiet.

Illum, nitkellmu dwar il-​Bibbja b’mod simili meta ngħidu li din tgħid xi ħaġa jew tgħallem xi duttrina. Billi nużaw espressjonijiet bħal dawn, ma rridux ingħidu li l-​Bibbja hija xi persuna, hux tassew? Lanqas il-​Bibbja ma trid tgħid li l-​ispirtu qaddis huwa xi persuna meta tuża espressjonijiet simili.

X’inhu, mela, l-​ispirtu qaddis? Ma hux persuna. Minflok, huwa l-​forza attiva t’Alla nnifsu, li hu juża biex iwettaq ir-​rieda tiegħu. (Ġenesi 1:2) Imma l-​ħajjiet tagħna kif inhuma effettwati mill-​ispirtu qaddis? U kif nistgħu aħna personalment nibbenefikaw iktar mill-​attività tiegħu?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja