LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 6/15 pp. 11-16
  • Żomm il-Pass mal-Karru Ċelestjali taʼ Jehovah

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żomm il-Pass mal-Karru Ċelestjali taʼ Jehovah
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Inkarigu Aċċettat u Mwettaq
  • Il-​Kliem t’Alla Mdaħħal Fil-​Qalb
  • L-​Indifferenza ma Żżommhomx Lura
  • Immotivati biex Inżommu l-​Pass
  • Komplu Żommu l-​Pass
  • Il-Karru Ċelestjali taʼ Jehovah Għaddej Imħarrek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Ġeħova Kif Jgħinna fix-Xogħol tal-Ippritkar?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb t’Eżekjel—I
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb t’Eżekjel—II
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 6/15 pp. 11-16

Żomm il-Pass mal-Karru Ċelestjali taʼ Jehovah

“Int trid tgħidilhom il-​kelmiet tiegħi, kemm jekk jisimgħu u kemm jekk ma jisimgħux.”—EŻEKJEL 2:7.

1, 2. Liema karozzella rjali lemaħ Eżekjel, u x’intqallu?

IL-​KARRU ċelestjali taʼ Jehovah issa wieqaf quddiem il-​qaddejja tiegħu. Bil-​għajnejn tal-​fidi, huma jilmħu dak il-​mezz taʼ trasport irjali tal-​Mulej Sovran tagħhom. Huwa glorjuż, tal-​biżaʼ, majestuż.

2 L-​istess karozzella rjali waqfet quddiem Eżekjel il-​profeta t’Alla f’viżjoni madwar 2,600 sena ilu. Minn dan il-​karru li jġorr it-​tron—l-​organizzazzjoni tas-​sema t’Alla magħmula minn ħlejjaq spirti—Jehovah ħareġ dan il-​kmand drammatiku lil Eżekjel: “L-​ulied li huma wiċċhom insolenti u qalbhom iebsa—qed nibagħtek għandhom, u trid tgħidilhom, ‘Dan hu dak li l-​Mulej Sovran Jehovah qal.’ U nkwantu għalihom, kemm jekk jisimgħu u kemm jekk ma jisimgħux—għax huma dar ribelluża—ċertament li se jkunu jafu wkoll li profeta nnifsu ġara li kien hemm f’nofshom.”—Eżekjel 2:4, 5.

3. Liema pariġġ modern għandu Eżekjel?

3 Eżekjel wettaq dik il-​ħatra b’determinazzjoni, billi qeda bħala strument wieħed fl-​id divina. Bl-​istess mod, Alla l-​lum għandu strument organizzazzjonali wieħed fil-​kontroll tiegħu. Il-​klassi taʼ Eżekjel, il-​fdal midlukin, qiegħda fuq quddiem fix-​xogħol tal-​għoti taʼ xiehda finali, bil-​“folla kbira” taʼ “ngħaġ oħra” mseħbin magħhom bħala appoġġ. (Rivelazzjoni 7:9, 10; Ġwann 10:16) Flimkien huma “merħla waħda,” mar-​Ragħaj mill-​Aħjar, Ġesù Kristu, li jmexxihom taħt is-​sovranità tar-​Rikkieb grandjuż tal-​karru, Alla Jehovah.

4, 5. L-​organizzazzjoni viżibbli t’Alla kif ġiet fl-​eżistenza, u x’ġarrbet fi qbil maʼ Isaija 60:22?

4 Taħt id-​direzzjoni taʼ Jehovah, din l-​organizzazzjoni mad-​dinja kollha kibret minn bidu żgħir biex saret aġenzija setgħana għall-​ipproklamar tad-​digriet biex ‘nibżgħu minn Alla u nagħtuh glorja, għaliex is-​siegħa tal-​ġudizzju minnu waslet.’ (Rivelazzjoni 14:7) Bħalma Eżekjel ma qajjimx jew ħatar lilu nnifsu bħala profeta, hekk l-​organizzazzjoni viżibbli t’Alla ma ħolqitx jew ħatret lilha nfisha. Ma ġietx minn xi rieda jew sforz uman. Ir-​Rikkieb divin tal-​karru ġġiegħel li din l-​organizzazzjoni tibda teżisti. Bil-​qawwa tal-​ispirtu t’Alla u bl-​appoġġ tal-​anġli qaddisa, in-​nies taʼ Jehovah tant ġarrbu espansjoni drammatiku li ‘l-​wieħed żgħir sar ġens setgħani.’—Isaija 60:22.

5 ’Il fuq minn 4,000,000 Xhieda taʼ Jehovah qed jipproklamaw il-​messaġġ tas-​Saltna f’212-il art. Huma ggruppjati f’iktar minn 63,000 kongregazzjoni li huma organizzati f’circuits u distretti. Uffiċċji taʼ fergħat estensivi u faċilitajiet għall-​istampar qed joperaw taħt id-​direzzjoni tal-​Ġemgħa li Tiggverna bħala ċ-​ċentru tal-​organizzazzjoni fil-​kwartieri ġenerali. Bħal qishom persuna waħda, ilkoll mexjin ’il quddiem, jippridkaw l-​aħbar tajba, jedukaw lil dawk li jwieġbu, jibnu postijiet għal-​laqgħat. Iva, l-​organizzazzjoni viżibbli taʼ Jehovah qed iżżomm il-​pass mal-​karru ċelestjali u r-​Rikkieb tiegħu.

6. X’inhu involut f’li żżomm il-​pass mal-​organizzazzoni viżibbli taʼ Jehovah?

6 Jekk int wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah, qiegħed int iżżomm il-​pass mal-​organizzazzjoni viżibbli t’Alla? Li tagħmel hekk ma hix sempliċi kwistjoni taʼ li tattendi għal-​laqgħat Kristjani u tqattaʼ ħin fil-​ministeru. L-​ewwelnett, il-​pass għandu x’jaqsam maʼ progress u tkabbir spiritwali. Jinvolvi li jkollok ħarsa pożittiva, li tqiegħed prioritajiet xierqa, u li tkun aġġornat. Jekk qegħdin inżommu l-​pass mal-​karru ċelestjali taʼ Jehovah, il-​ħajjiet tagħna huma fi qbil mal-​messaġġ li nipprokalamaw.

7. Għala nikkunsidraw il-​kondotta taʼ Eżekjel bħala l-​profeta t’Alla?

7 Fil-​kwistjoni taʼ li nżommu l-​pass, il-​qaddejja taʼ Jehovah fiż-​żmien modern jistgħu jitgħallmu ferm mill-​eżempju taʼ Eżekjel. Għalkemm maħtur b’mod speċjali bħala profeta minn Jehovah, Eżekjel xorta kellu sentimenti, tħassib, u ħtiġijiet. Per eżempju, bħala raġel miżżewweġ komparattivament żagħżugħ, hu sofra n-​niket taʼ li tilef lil martu fil-​mewt. Iżda, hu qatt ma neħħa ħarstu mill-​ħatra tiegħu bħala l-​profeta taʼ Jehovah. Billi nikkunsidraw kif ġab ruħu Eżekjel f’aspetti oħra wkoll, aħna nistgħu nsaħħu lilna nfusna biex inżommu l-​pass mal-​organizzazzjoni viżibbli t’Alla. Dan se jgħinna nżommu l-​pass mal-​organizzazzoni inviżibbli tiegħu.

Inkarigu Aċċettat u Mwettaq

8. Rigward il-​kariga tiegħu, liema eżempju ta Eżekjel?

8 Eżekjel ta eżempju mill-​aħjar billi aċċetta l-​inkarigu tiegħu u wettqu. Madankollu, kienu meħtieġa l-​ubbidjenza u l-​kuraġġ, għax naqraw: “O bin il-​bniedem, tibżax minnhom; u mill-​kliem tagħhom la tibżax, għaliex hemm uħud rashom iebsa u affarijiet li jniggżuk u huwa fost l-​iskorpjuni li qed tgħammar. Mill-​kliem tagħhom la tkunx int beżgħan, u wiċċ imb’wiċċ magħhom la tintlaqatx int minn terrur, għax huma dar ribelluża. U trid tgħid il-​kliem tiegħi lilhom, kemm jekk jisimgħu u kemm jekk ma jisimgħux, għax huma każ taʼ rvell. U int, O bin il-​bniedem, ismaʼ x’qiegħed ingħidlek. Issirx ribelluż bħad-​dar ribelluża.”—Eżekjel 2:6-8.

9. Biss billi jagħmel liema ħaġa setaʼ Eżekjel ikun ħieles mill-​ħtija tad-​demm?

9 Eżekjel ma kellux juri apatija jew ikun beżgħan, billi jkollu bżonn min joqgħod jimbuttah biex iwettaq il-​kariga tiegħu. Kien ikun bla ħtija tad-​demm biss jekk minn jeddu u bil-​qlubija tkellem il-​kliem taʼ Jehovah. Intqal lil Eżekjel: “Fil-​każ li tkun wissejt lil xi ħadd mill-​agħar u fil-​fatt ma jdurx lura mill-​ħażen tiegħu u mill-​mogħdija mill-​agħar tiegħu, hu nnifsu għall-​iżball tiegħu se jmut; imma nkwantu għalik, int tkun ħlist lil ruħek stess.”—Eżekjel 3:19.

10. Il-​klassi taʼ Eżekjel kif urew li huma bħal profeta?

10 Bħal fil-​każ taʼ Eżekjel, il-​klassi taʼ Eżekjel taʼ wħud midlukin aċċettaw il-​kariga mogħtija minn Alla u qegħdin iwettquha. Jekk aħna Xhieda taʼ Jehovah, għandna niftakru li ħajjitna u l-​ħajjiet taʼ oħrajn jiddependu fuq l-​ubbidjenza tagħna. (1 Timotew 4:15, 16) Kull Xhud jinħtieġ li jżomm il-​pass mal-​organizzazzjoni taʼ Jehovah. Alla ma rabatniex mal-​karru tiegħu u jkaxkarna miegħu. L-​apatija u qalb mhix sħiħa jdejquh lir-​Rikkieb tal-​Karru. Mela l-​organizzazzjoni viżibbli taʼ Jehovah tħeġġiġna biex inżommu l-​interessi divini fiċ-​ċentru tal-​ħajjiet tagħna. Tweġiba konsistenti għal tħeġġiġ bħal dan iżżommnu fil-​pass mal-​organizzazzjoni t’Alla u tgħolli lill-​ministeru sagru tagħna ’l fuq mir-​rutina, minn ħaġa mekkanika. Ċertament, in-​nies taʼ Jehovah bħala grupp juru devozzjoni li tispikka. Is-​sehem individwali tagħna hu li nżommu l-​pass.

Il-​Kliem t’Alla Mdaħħal Fil-​Qalb

11. Liema eżempju ta Eżekjel rigward kliem Alla?

11 Eżekjel ukoll ta eżempju mill-​aħjar billi daħħal f’qalbu l-​kliem t’Alla. Għax ikkmandat, hu kiel roblu, jew skroll, li tah Alla. “Ġie li jkun f’ħalqi bħal għasel fil-​ħlewwa,” qal Eżekjel. Għalkemm ir-​romblu kien mimli “innijiet tal-​mejtin u krib u twaħwiħ,” kien ħelu għal Eżekjel għaliex apprezza l-​unur taʼ li jirrappreżenta lil Jehovah. Kienet esperjenza ħelwa għall-​profeta li jwettaq il-​ħatra tiegħu mogħtija minn Alla. Qallu Alla: “Bin il-​bniedem, il-​kliem tiegħi kollu li se ngħidlek, daħħlu f’qalbek u isimgħu b’widnejk stess.” (Eżekjel 2:9-3:3, 10) Dawk il-​viżjonijiet fetħu għajnejn Eżekjel sewwa għal dak li Alla kien ħallieh jieħu sehem fih u saħħew ir-​relazzjoni tiegħu maʼ Jehovah.

12. X’għamel Eżekjel f’iktar minn għoxrin sena taʼ servizz profetiku?

12 Eżekjel ingħata viżjonijiet u messaġġi għal diversi għanijiet u udjenzi. Kellu jismaʼ bir-​reqqa u mbagħad jitkellem u jaġixxi skond ma ntqallu. Tagħrif ġdid u proċeduri ġodda ġew żvelati lilu progressivament matul xi 22 sena taʼ servizz profetiku. Xi drabi Eżekjel tkellem messaġġ bi kliem imqiegħed b’mod speċjali. Xi drabi oħra, kellu jagħmel pantomina, bħal meta mtedd quddiem ċangun li kien jirrappreżenta lil Ġerusalemm. (Eżekjel 4:1-8) L-​eżempji tiegħu f’materji persunali, bħar-​reazzjoni tiegħu għall-​mewt taʼ martu, ukoll ġarrew messaġġ. (Eżekjel 24:15-19) Kellu jkun aġġornat, dejjem jippreżenta l-​messaġġ xieraq u jieħu l-​azzjoni li tixraq fil-​ħin xieraq. Eżekjel kien marbut f’relazzjoni taʼ xogħol progressiva u mill-​qrib maʼ Jehovah.

13. Kif nistgħu aħna nibnu relazzjoni mill-​qrib maʼ Jehovah?

13 Bl-​istess mod, biex nibnu u nżommu relazzjoni mill-​qrib maʼ Jehovah bħala ħaddiema bi sħab miegħu, irridu ndaħħlu l-​Kelma t’Alla f’qalbna. (1 Korintin 3:9) Li nżommu l-​pass mal-​organizzazzjoni viżibbli t’Alla f’din il-​ħaġa jinħtieġ li nżommu aġġornati mal-​provista taʼ ikel spiritwali hekk kif dan jingħata fiż-​żmien xieraq. (Mattew 24:45-47) Il-​“lingwa pura” qed tespandi l-​ħin kollu. (Sofonija 3:9) Huwa biss jekk aħna aġġornati li tassew se nkunu nistgħu nwieġbu b’ubbidjenza għad-​direzzjoni tar-​Rikkieb tal-​Karru.

14, 15. Liema rutina hija meħtieġa biex inżommu mal-​pass li miexja bih l-​organizzazzjoni t’Alla?

14 Għal dak il-​għan, ninħtieġu rutina tajba taʼ talb persunali, studju privat, u parteċipazzjoni fil-​ministeru qaddis tal-​aħbar tajba. (Rumani 15:16) Ftakar fl-​eżempju taʼ Eżekjel f’li kiel ir-​romblu li kien fih il-​messaġġ t’Alla. Eżekjel belaʼ r-​romblu kollu kemm hu, mhux parti minnu. Ma qagħadx inittef u jagħżel il-​loqom li kienu l-​iktar li jtogħmu tajjeb għalih. Bl-​istess mod, l-​istudju persunali tagħna tal-​Bibbja u taʼ pubblikazzjonijiet Kristjani għandu jkun irregolat b’mod li nżommu l-​pass mal-​provista taʼ ikel spiritwali, u għandna nieklu minn dak kollu li jiġi mqiegħed fuq il-​mejda spiritwali, inklużi veritajiet iktar profondi.

15 Nagħmlu aħna sforz bit-​talb biex nieħdu s-​sens taʼ ikel solidu? Li nżommu l-​pass jinħtieġ li l-​għarfien u l-​fehma tagħna jipprogressaw iktar ’il quddiem minn affarijiet elementari, għax naqraw: “Kulmin jieħu mill-​ħalib mhux midħla tal-​kelma taʼ tjieba, għax hu tarbija. Imma ikel solidu jappartjeni lil nies maturi, lil dawk li permezz tal-​użu għandhom is-​setgħat tal-​fehma tagħhom imħarrġin biex jiddistingwu sew it-​tajjeb u sew il-​ħażin.” (Ebrej 5:13, 14) Iva, li nagħmlu progress spiritwali hu parti vitali taʼ li nżommu mal-​pass li miexja bih l-​organizzazzjoni t’Alla.

L-​Indifferenza ma Żżommhomx Lura

16, 17. Eżekjel kif aġixxa mal-​indifferenza, it-​twaqqigħ għaċ-​ċajt, u n-​nuqqas taʼ rispons?

16 Eżekjel ukoll ta eżempju mill-​aħjar billi kien ubbidjenti u ma ħalliex lilu nnifsu jiġi mtellef minn indifferenza jew twaqqigħ għaċ-​ċajt. Bl-​istess mod, billi nżommu ras imb’ras mal-​iżvilupp tal-​lingwa pura, aħna nkunu moħħna hemm għad-​direzzjoni li tittieħed mir-​Rikkieb irjali tal-​karru. B’hekk aħna mgħammrin biex inwieġbu għall-​kmandi tiegħu, imsaħħin biex ma niġux imtellfin mill-​indifferenza u t-​twaqqigħ għaċ-​ċajt taʼ dawk li lilhom ngħidu l-​messaġġ taʼ ġudizzju taʼ Jehovah. Bħal fil-​każ taʼ Eżekjel, Alla wissiena minn qabel li xi nies kellhom jopponu b’mod attiv, billi jkunu rashom iebsa u qalbhom xierfa. Oħrajn ma kellhomx jisimgħu għaliex ma jridux jisimgħu minn Jehovah. (Eżekjel 3:7-9) Jerġaʼ oħrajn kellhom ikunu ipokriti, bħalma jistqarr Eżekjel 33:31, 32: “Huma se jidħlu għandek, bħad-​dħul ġewwa tan-​nies, u joqogħdu bil-​qiegħda quddiemek bħala n-​nies tiegħi; u huma ċertament li se jisimgħu l-​kelmiet tiegħek imma m’humiex se jagħmluhom, għax b’ħalqhom huma qed jesprimu xewqat sesswali u wara l-​qligħ inġust tagħhom huwa fejn qalbhom hi sejra. U, ħares! inti għalihom bħal għanja taʼ mħabbiet senswali, bħal wieħed li għandu leħen sabiħ u li qed idoqq strument bil-​kordi sewwa. U huma ċertament li se jisimgħu l-​kelmiet tiegħek, imma ma hemm ħadd li qed jagħmilhom.”

17 X’kellu jkun ir-​riżultat? Vers 33 iżid: “U meta jseħħ—ħares! bil-​fors li jseħħ— huma wkoll se jkunu jafu li profeta nnifsu kien wera li kien f’nofshom.” Dawn il-​kelmiet jiżżvelaw li Eżekjel ma qatax qalbu minħabba n-​nuqqas taʼ rispons. L-​apatija taʼ oħrajn ma għamlitx lilu kollu apatija. Semgħu jew ma semgħux in-​nies, hu obda ’l Alla u wettaq il-​kariga tiegħu.

18. Liema mistoqsijiet tistaʼ int tistaqsi lilek innifsek?

18 L-​organizzazzjoni viżibbli taʼ Jehovah qiegħda issa tintensifika l-​proklamazzjoni li kulħadd għandu jibżaʼ minn Alla u jagħtih glorja. Tippersevera int meta tiġi kkritikat talli tieħu waqfa soda f’li tagħti xiehda għas-​Saltna, talli tkun morali fl-​istil taʼ ħajtek? Qiegħed int tieqaf sod meta tkun il-​mira taʼ pressjoni għaliex ma taċċettax id-​demm, ma tqimx l-​emblemi nazzjonali, ma tiċċelebrax btajjel tad-​dinja?—Mattew 5:11, 12; 1 Pietru 4:4, 5.

19. Inkawntu għal direzzjoni, x’se nagħmlu jekk qegħdin inżommu l-​pass mal-​karru ċelestjali taʼ Jehovah?

19 Din il-​korsa mhix waħda faċli, imma dawk li jissaportu sal-​aħħar se jkunu salvati. (Mattew 24:13) Bil-​għajnuna taʼ Jehovah, m’aħniex se nħallu lin-​nies tad-​dinja jġagħluna nsiru bħalhom u b’hekk itellfulna l-​pass mal-​karru ċelestjali taʼ Jehovah. (Eżekjel 2:8; Rumani 12:21) Jekk qegħdin inżommu l-​pass mal-​organizzazzjoni anġelika bħal karru, sejrin minnufih naqblu mad-​direzzjoni u l-​istruzzjonijiet li nirċievu permezz tal-​organizzazzjoni viżibbli t’Alla. Jehovah jipprovdilna dak li neħtieġu biex niffaċċjaw l-​attakki fuq il-​fidi tagħna, u nżommu qabda soda mal-​Kelma tal-​ħajja, u nżommu għajnejna ffissati fuq ir-​realtajiet spiritwali ċċentrati fuq ir-​Rikkieb Irjali tal-​karru ċelestjali.

Immotivati biex Inżommu l-​Pass

20. X’inhuma xi affarijiet imniżżlin bil-​miktub minn Eżekjel li għandhom iqanqluna biex inżommu l-​pass?

20 Il-​viżjonijiet taʼ Eżekjel għandhom iqanqluna biex inżommu l-​pass. Hu mhux biss iddikjara l-​gudizzji t’Alla fuq Iżrael imma niżżel bil-​miktub ukoll profeziji taʼ restawrazzjoni. Eżekjel ipponta lejn il-​Wieħed li kellu jkollu d-​dritt legali biex jaħkem fuq it-​tron taʼ Jehovah fiż-​żmien maħtur. (Eżekjel 21:27) Dak il-​Qaddej Irjali, “David,” kellu jiġbor mill-​ġdid lin-​nies t’Alla u jirgħahom. (Eżekjel 34:23, 24) Għalkemm ikunu attakkati minn Gog taʼ Magog, Alla kellu jeħlishom, u l-​egħdewwa Tiegħu jkollhom ikunu ‘jafu lil Jehovah’ saħansitra waqt li jmorru lejn il-​qerda. (Eżekjel 38:8-12; 39:4, 7) Imbagħad il-​qaddejja t’Alla kellhom igawdu ħajja bla tmiem f’sistema taʼ qima pura li tinvolvi tempju spiritwali. Ilmijiet tal-​ħajja li jgelglu mis-​santwarju kellhom ikunu sors taʼ nutriment u fejqan, u art bħala wirt se tiġi mqassma għall-​barka tagħhom.—Eżekjel 40:2; 47:9, 12, 21.

21. Ir-​rwol tax-​Xhieda taż-​zmien modern taʼ Jehovah għala hu akbar minn dak taʼ Eżekjel?

21 Kemm żgur li kien eċċitat Eżekjel f’li jniżzel bil-​miktub dawn il-​profeziji! Iżda, ir-​rwol tax-​Xhieda taż-​żmien modern taʼ Jehovah huwa akbar. Qegħdin ingħixu meta xi wħud minn dawn il-​profeziji qegħdin jitwettqu. Fil-​fatt, aħna qed nipparteċipaw b’mod attiv f’ċerti twettiqiet. Bil-​mod taʼ kif ingħixu, nuru aħna individwalment il-​konvinzjoni tagħna li Ġesù qiegħed issa jaħkem bħala l-​Wieħed li għandu d-​dritt legali? Konvinti aħna personalment li Jehovah dalwaqt se jqaddes lilu nnifsu u jeħles għal ġod-​dinja l-​ġdida tiegħu lil dawk li jżommu l-​pass mal-​organizzazzjoni tiegħu? (2 Pietru 3:13) Konvinzjoni bħal din, flimkien maʼ xogħlijiet taʼ fidi, juru li aħna tabilħaqq qegħdin inżommu l-​pass mal-​karru ċelestjali taʼ Jehovah.

Komplu Żommu l-​Pass

22. X’jistaʼ jsir biex nevitaw distrazzjonijiet ħalli nżommu ħarsa spiritwali ċara?

22 Ladarba ‘poġġejna idna fuq il-​moħriet,’ ma rridux inħarsu lura b’xenqa għal xi ħaġa li d-​dinja għandha x’toffri. (Luqa 9:62; 17:32; Titus 2:11-13) Mela ejjew negħlbu kwalunkwe inklinazzjoni li naħżnu teżori fuq l-​art, u ejjew inżommu lill-​għajn tagħna sempliċi, billi niffokaw fuq is-​Saltna. (Mattew 6:19-22, 33) Li nissimplifikaw lill-​ħajjiet tagħna, inneħħu sa fejn huwa possibbli l-​affarijiet taʼ kuljum li jtaqqluna, se jgħinna nżommu l-​pass mal-​organizzazzjoni taʼ Jehovah. (Ebrej 12:1-3) Distrazzjonijiet jistgħu jċajpru l-​vista tagħna tal-​karru ċelestjali u r-​Rikkieb tiegħu. Imma bil-​għajnuna tiegħu, nistgħu nżommu ħarsa spiritwali ċara, bħalma għamel Eżekjel.

23. Xhieda leali x’jeħtieġu li jagħmlu għal uħud ġodda?

23 Parti mir-​responsabbiltà tagħna bħala Xhieda taʼ Jehovah tinvolvi li ngħinu lill-​ħafna wħud ġodda jżommu l-​pass mal-​karru ċelestjali t’Alla. Fl-​1990 kważi 10,000,000 attendew għall-​Mafkar tal-​mewt taʼ Ġesù Kristu. Waqt li ħafna minn dawn l-​individwi forsi qegħdin jattendi xi ftit mil-​laqgħat Kristjani, huma għandhom bżonn jaraw l-​importanza taʼ li jagħmlu progress mal-​organizzazzjoni viżibbli taʼ Jehovah. Bħala Xhieda leali, nistgħu ngħinuhom bl-​ispirtu li nuru u bl-​inkuraġġiment li nagħtu.

24. X’għandna nagħmlu f’dawn iż-​żminijiet li se jilħqu quċċata?

24 Dawn huma żminijiet li se jilħqu quċċata. B’għajnejn tal-​fidi, aħna rajnieh lill-​karru ċelestjali jidher quddiemna. Ir-​Rikkieb irjali tal-​karru ta kariga lill-​organizzazzjoni viżibbli tiegħu biex tippriedka lill-​ġnus kollha sabiex, fil-​finali, ikunu jafu min hu Jehovah. (Eżekjel 39:7) Agħmel l-​aħjar li tista minn din l-​opportunità grandjuża li tieħu sehem fl-​ivvindikar tas-​sovranità t’Alla u t-​tqaddis tal-​isem qaddis tiegħu billi żżomm il-​pass mal-​karru ċelestjali taʼ Jehovah.

Kif Kont Twieġeb?

◻ Eżekjel ta liema eżempju sa fejn kellha x’taqsam il-​kariga tiegħu?

◻ Xi jfisser li żżomm, il-​pass mal-​organizzazzjoni t’Alla?

◻ Eżekjel kif ħares lejn il-​kliem taʼ Jehovah?

◻ Kif nistgħu aħna nsegwu l-​eżempju taʼ Eżekjel f’li niffaċċjaw l-​indifferenza?

◻ X’għandu jqanqal lill-​qaddejja taʼ Jehovah biex iżommu l-​pass mal-​karru ċelestjali tiegħu?

[Stampi f’paġna 13]

X’inhu meħtieġ biex inżommu l-​pass mal-​karru ċelestjali taʼ Jehovah?

[Stampa f’paġna 14]

Eżekjel apprezza l-​privileġġi tiegħu mogħtijin minn Alla. Inti tapprezzahom?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja