Nikkomunikaw Ġewwa l-Familja u fil-Kongregazzjoni
“Ħallu t-tlissin tagħkom ikun dejjem bil-grazzja, imħawwar bil-melħ.”—KOLOSSIN 4:6.
1. Adam x’qal meta Alla introduċielu lil Eva?
EBDA BNIEDEM m’hu gżira . . . Kull bniedem hu biċċa mill-kontinent.” Hekk kiteb raġel taʼ skola u li jinnota, ħafna sekli ilu. Meta qal dan, hu kien sempliċement qed jaqbel maʼ dak li l-Ħallieq qal dwar Adam: “Mhux tajjeb għar-raġel li jkompli waħdu.” Adam kellu l-għotja tal-kliem u l-lingwa, għax hu kien ta isem lill-annimali kollha. Iżda Adam ma kellu ebda ħlejqa umana oħra maʼ min setaʼ jikkomunika. Mhux taʼ b’xejn li meta Alla introduċielu lis-sabiħa Eva bħala martu, hu esklama: “Din hi sa fl-aħhar għadma taʼ għadmi u laħam taʼ laħmi”! B’hekk, hekk kif bdiet l-ewwel familja umana, Adam beda jikkomunika maʼ bniedma bħalu.—Ġenesi 2:18, 23.
2. Xi ħsara tistaʼ tirriżulta meta ma tikkontrollax il-ħin li tqattaʼ quddiem it-televiżjoni?
2 Il-familja hija post ideali għall-komunikazzjoni. Tabilħaqq, l-istess suċċess tal-ħajja tal-familja jiddependi minnha. Madankollu, biex tikkomunika jirrikjedi ħin u sforz. Illum, wieħed mill-ikbar ħallelin tal-ħin hu t-televiżjoni. Jistaʼ jkun strument taʼ ħsara f’minn tal-inqas żewġ modi. Minn banda, tant jistaʼ jkun bħal kalamità li membri tal-familja jsiru vvizzjati għalih, li jwassal f’li tiftaqar il-komunikazzjoni. Mill-banda l-oħra, t-televiżjoni jistaʼ jservi bħala mod kif tiskarta meta jkun hemm nuqqas taʼ ftehim jew xi sentimenti mweġġgħin. Minflok ma jsolvu l-problemi, xi mseħbin fiż-żwieġ għażlu li jidħlu f’qoxorthom u jaraw it-televiżjoni. Mela s-sett tat-T.V. jistaʼ tassew jikkontribwixxi għal nuqqas taʼ komunikazzjoni, li jintqal li hu l-iktar ħaġa li tkisser iż-żwieġ. Dawk li jsibu diffikultà f’li jżommu f’post subordinat il-ħin li jqattgħu quddiem it-televiżjoni jagħmlu tajjeb li jikkunsidraw kif jistgħu jeħilsu minnu għalkollox.—Mattew 5:29; 18:9.
3. Xi wħud kif ibbenefikaw billi llimitaw il-ħin li jqattgħu quddiem it-T.V.?
3 Fil-fatt, waslu rapporti sbieħ li jgħidu dwar barkiet li rriżultaw meta l-użu tat-T.V. ġie mnaqqas jew saħansitra twarrab għalkollox. Waħda familja kitbet: “Aħna nitkellmu flimkien iżjed . . ., nagħmlu iżjed riċerka fil-Bibbja . . . Nilagħbu logħbiet flimkien . . . L-aspetti kollha tas-servizz tagħna tal-għalqa żdiedu.” Familja oħra qalet wara li ħelset mit-T.V.: “Mhux biss qed niffrankaw il-flus [huma kienu abbonati mal-cable T.V.] iżda sirna eqreb bħala familja u sibna ħafna affarijiet taʼ siwi oħra x’nagħmlu bil-ħin tagħna. Qatt ma niddejqu.”
Inħarsu, Nitkellmu, u Nisimgħu
4. Koppja miżzewġa kif jistgħu jikkomunikaw apprezzament għal xulxin?
4 Hemm għamliet differenti taʼ komunikazzjoni ġewwa l-familja. Biċċa minnhom huma mingħajr kliem. Meta tnejn min-nies sempliċement iħarsu lejn xulxin, hija għamla taʼ komunikazzjoni. Li tkun flimkien jistaʼ jikkomunika sens taʼ li hemm min jimpurtah minnek. L-imseħbin għandhom jevitaw li jkunu ’I bogħod minn xulxin għal perijodi twal taʼ ħin sakemm ma jkunx hemm xi raġuni inevitabbli. Koppja miżżewġa jistgħu jrawmu kuntentiżza f’xulxin billi jgawdu s-sħubija mill-qrib li għandhom fir-rabta taż-żwieġ. Bil-mod taʼ affezzjoni u fl-istess ħin taʼ rispett kif jaġixxu lejn xulxin, kemm jekk fil-pubbliku jew fil-privat, billi juru dinjità xierqa fl-ilbies u fil-manjieri, huma jistgħu bla kliem jikkomunikaw apprezzament profond għal xulxin. Il-għaref Sultan Salamun esprimieha f’dan il-kliem: “Ħa juri s-sors tal-ilma tiegħek li hu mbierek, u ifraħ bil-mara taʼ żgħożitek.”−Proverbji 5:18.
5, 6. L-irġiel miżżewġin għala għandhom ikunu konxji tal-importanza f’li jikkomunikaw man-nisa tagħhom?
5 Il-komunikazzjoni titlob ukoll għal konverzazzjoni, djalogu—li tnejn ikellmu lil xulxin, mhux kulħadd irid igħid tiegħu biss. Fil-waqt li xi nisa huma aħjar mill-irġiel f’li jesprimu s-sentimenti tagħhom, dik mhix skuża għall-irġiel miżżewġin biex ikunu mseħbin siktin. Irġiel miżżewġin Kristjani għandhom joqogħdu attenti għax nuqqas taʼ komunikazzjoni hija problema kbira f’ħafna żwiġijiet, u għalhekk għandhom jaħdmu iebes f’li jżommu miftuħin il-linji taʼ komunikazzjoni. Tabilħaqq, huma se jagħmlu dan jekk, flimkien man-nisa tagħhom, jagħtu kas tal-parir mill-aħjar tal-appostlu Pawlu f’Efesin 5:25-33. Biex raġel miżżewweġ iħobb lil martu bħal ġismu stess, hu jrid ikun ikkonċernat dwar is-saħħa u l-kuntentizza tagħha, mhux biss dwar dik tiegħu nnifsu. Għal dak il-għan, il-komunikazzjoni hija indispensabbli.
6 Raġel miżżewweġ m’għandux ikollu l-attitudni li martu jmissha taf jew għandha tassumi li hu japprezzaha. Hi għandha tiġi żġurata minn imħabbtu lejha. Hu jistaʼ juri l-apprezzament tiegħu f’ħafna modi—b’espressjonijiet ħelwin u għotjiet mhux mistennijin, kif ukoll billi jżommha nfurmata bis-sħiħ rigward affarijiet li jistgħu jeffetwawha. Hemm ukoll l-isfida f’li jesprimi l-apprezzament għall-isforzi taʼ martu, kemm jekk ikunu fil-mod kif tilbes, fix-xogħol iebes tagħha għall-familja, jew fl-appoġġ tagħha mill-qalb għall-attivitajiet spiritwali. Barra minn dan, biex raġel miżżewweġ jagħti kas tal-parir tal-appostlu Pietru fl-1 Pietru 3:7, li ‘jgħammar maʼ martu skond il-għarfien,’ hu jrid ikollu l-empatija, li tintwera billi jikkomunika magħha fl-affarijiet kollha li jikkonċernawhom it-tnejn, billi jagħtiha unur bħala reċipjent iktar dgħajjef.—Proverbji 31:28, 29.
7. X’obbligu għandha l-mara miżżewġa f’li tikkomunika maʼ żewġħa?
7 Bl-istess mod, biex mara miżżewġa tagħti kas tal-parir rigward sottomissjoni f’Efesin 5:22-24, hija trid tkun ikkonċernata f’li żżomm il-linji taʼ komunikazzjoni miftuħin maʼ żewġha. Hi trid turi lil żewġha “rispett profond,” kemm bi kliemha kif ukoll bil-kondotta tagħha. Qatt m’għandha taġixxi b’mod indipendenti jew tinjora x-xewqat tiegħu. (Efesin 5:33) F’kull żmien, għandu jkun hemm kliem kunfidenzjali bejnha u bejn żewġha.—Qabbel Proverbji 15:22.
8. Biex iżommu l-linji taʼ komunikazzjoni miftuħin, in-nisa miżżewġin x’għandhom ikunu lesti li jagħmlu?
8 Barra minn dan, mara miżżewġa trid tgħasses kontra li ssofri fis-silenzju bħala turija taʼ kif titħassar lilha nfisha. Jekk hemm xi nuqqas taʼ qbil, ħa tfittex il-ħin addattat biex tqajjem is-suġġett. Iva, hu lezzjoni mir-Reġina Ester. Hi kellha suġġett li jinvolvi ħajja jew mewt xi ġġib għall-attenzjoni taʼ żewġha. Billi aġixxiet malajr bil-għerf u bit-tattika ġabet salvazzjoni għal-Lhud. Aħna obbligati kemm lejn l-imseħbin tagħna kif ukoll lejna nfusna li nikkomunikaw jekk ġejna jew qed niġu mweġġgħin. It-tattika u sens taʼ umoriżmu taʼ tjieba jistgħu jgħinu biex jagħmlu l-komunikazzjoni eħfef.—Ester 4:15-5:8.
9. Is-smigħ għandu liema rwol fil-komunikazzjoni?
9 Assolutament neċessarju f’li tuża l-kliem biex iżżomm miftuħin il-linji tal-komunikazzjoni huwa l-obbligu taʼ kull wieħed li jismaʼ dak li l-ieħor għandu xi jgħid—u li jagħmel l-isforz biex jinnota dak li tħalla bla ma ntqal. Dak jitlob li toqgħod attent għal min qed jitkellem. Mhux biss wieħed għandu jagħraf il-kontenut tal-ħsieb imma jrid ukoll joqgħod attent għall-kontenut emozzjonali, il-mod kif xi ħaġa tintqal. Taʼ spiss raġel miżżewweġ jonqos f’dan. Xi nisa jistgħu jsofru għax żwieġhom jonqsu li jisimgħu. U n-nisa miżżewġin min-naħa tagħhom għandhom jisimgħu bl-attenzjoni sabiex jevitaw li jaqbżu f’konklużjonijiet. “Wieħed għaref se jismaʼ u jieħu iktar istruzzjoni.”−Proverbji 1:5.
Komunikazzjoni Bejn Ġenituri u Tfal
10. Biex jikkomunikaw tajjeb maʼ wliedhom, il-ġenituri x’iridu jkunu lesti li jagħmlu?
10 Hemm ukoll is-sitwazzjoni fejn ġenituri u wliedhom għandhom diffikultà f’li jikkomunikaw. Biex ‘tħarreġ lil tifel skond il-mogħdija għalih’ jirrikjedi li jiġu stabbiliti linji taʼ komunikazzjoni. Billi jsir dan se jgħin biex jiġi żġurat li “saħansitra meta jixjieħ mhux se jwarrab minnha.” (Proverbji 22:6) Ir-raġuni għala xi ġenituri jitilfu lit-tfal tagħhom billi dawn jintrebħu mid-dinja hi xi drabi marbuta maʼ firda fil-komunikazzjoni li żviluppat matul l-adolexxenza. L-obbligu tal-ġenituri li jikkomunikaw kontinwament maʼ wliedhom huwa enfasizzat f’Dewteronomju 6:6, 7: “Dawn il-kelmiet li jien qiegħed nikkmandak illum iridu jkunu ġo qalbek; u trid iddaħħalhom sew f’moħħ ibnek u titkellem dwarhom meta tpoġġi f’darek u meta timxi fit-triq u meta timtedd u meta tqum.” Iva, il-ġenituri għandhom iqattgħu ħin maʼ wliedhom! Huma jridu jkunu lesti li jagħmlu sagrifiċċji għal uliedhom.
11. X’inhuma xi affarijiet li l-ġenituri għandhom jikkomunikaw lil uliedhom?
11 Ġenituri, ikkomunikaw lit-tfal tagħkom li Jehovah iħobbhom u li intom ukoll tħobbuhom. (Proverbji 4:1-4) Ħalluhom jaraw kemm intom lesti li tissagrifikaw kumditajiet u pjaċiri biex huma jkunu jistgħu jikbru mentalment, emozzjonalment, fiżikament, u spiritwalment. Importanti f’dan ir-rigward hija l-empatija, jiġifieri, l-abbiltà tal-ġenituri li jħarsu lejn l-affarijiet bil-mod kif iħarsu lejhom uliedhom. Billi turu mħabba mhix egoista, intom il-ġenituri tistgħu tibnu rabta qawwija taʼ għaqda maʼ wliedkom u tinkuraġġuhom biex jiftħu qalbhom magħkom minflok maʼ dawk taʼ mparhom.—Kolossin 3:14.
12. Iż-żgħażagħ għala għandhom jikkomunikaw liberament mal-ġenituri tagħhom?
12 Mill-banda l-oħra, żgħażagħ, intom għandkom l-obbligu li tikkomunikaw mal-ġenituri tagħkom. Li tapprezzaw x’għamlu għalikom se jgħinkom biex issiru tafdaw fihom. Intom teħtieġu l-għajnuna u l-appoġġ tagħhom, u se jkun eħfef għalihom biex jagħmlu dan jekk intom tikkomunikaw magħhom liberament. Għala tagħmlu lil dawk taʼ mparkom is-sors ewlieni għall-pariri? Dawk wisq probabbli tawk ftit li xejn meta tqabbilhom mal-ġenituri tiegħek. Huma m’għandhomx iżjed esperjenza fil-ħajja milli għandek int, u jekk m’humiex parti mill-kongregazzjoni, m’humiex verament interessati fil-ġid dejjiemi tiegħek.
Komunikazzjoni Ġewwa l-Kongregazzjoni
13, 14. Liema prinċipji Bibliċi jinvolvu komunikazzjoni bejn il-Kristjani?
13 Sfida oħra hi li nżommu l-linji tal-komunikazzjoni miftuħin maʼ ħutna fil-kongregazzjoni. Aħna mwiddbin b’mod qawwi biex ma nabbandunawx ‘il-ġbir tagħna flimkien.’ Għal liema skop niltaqgħu aħna? “Biex inqanqlu għall-imħabba u xogħlijiet mill-aħjar.” Dan jitlob għal komunikazzjoni. (Ebrej 10:24, 25) Jekk xi ħadd offendiek, dik assolutament m’hi ebda raġuni biex iżżomm ’il bogħod mil-laqgħat. Żomm il-linji tal-komunikazzjoni miftuħin billi ssegwi bħala prinċipju l-parir li tana Ġesù kif insibuh f’Mattew 18:15-17. Tkellem maʼ min tħoss li qed iġagħlek tkun imdejjaq.
14 Meta jkollok xi diffikultajiet maʼ wieħed minn ħutek, agħti kas taʼ pariri Skritturali bħal dak misjub f’Kolossin 3:13: “Komplu ssaportu lil xulxin u aħfru lil xulxin liberament jekk xi ħadd għandu x’jilmenta kontra ieħor. Saħansitra bħalma Jehovah ħafer lilkom liberament, hekk agħmlu intom ukoll.” Dak jimplika komunikazzjoni minflok li wieħed jirrifjuta li jitkellem maʼ xi ħadd. U li kellek tinnota li xi ħadd jidher biered lejk, agħti kas tal-parir misjub f’Mattew 5:23, 24. Ikkomunika, u ipprova agħmel paċi maʼ ħuk. Dan jitlob għal imħabba u umiltà min-naħa tiegħek, imma int obbligat lejk innifsek u lejn ħuk li tagħti kas tal-parir taʼ Ġesù.
Parir u Inkuraġġiment
15. Il-Kristjani għala m’għandhomx jonqsu li jikkomunikaw pariri meta kunu f’pożizzoni li jagħmlu dan?
15 L-obbligu li tikkomunika huwa wkoll involut f’li tagħti kas tal-parir taʼ Pawlu f’Galatin 6:1: “L-aħwa, saħansitra jekk raġel jieħu xi pass ħażin qabel ma jinduna bih, intom li għandkom kwalifiki spiritwali ippruvaw irranġaw lil raġel bħal dan fi spirtu taʼ ħlewwa, fil-waqt li kull wieħed minnkom iżomm għajn fuqu nnifsu, minħabba l-biżaʼ li inti wkoll tistaʼ tiġi ttantat.” Il-modestja għandha ġġagħalna naċċettaw meta xi ħadd jindikalna fejn aħna ħadna xi żball fi kliemna jew fil-kondotta tagħna. Fil-fatt, ilkoll kemm aħna għandna jkollna l-attitudni li kellu s-salmista David meta kiteb: “Jekk it-twajjeb isawwatni, tkun qalb tajba bl-imħabba; u jekk iċanfarni, ikun żejt fuq ir-ras, li rasi ma tkunx trid tirrifjutah.” (Salm 141:5) L-anzjani għandhom b’mod partikulari jkunu eżempji li jispikkaw fl-umiltà, billi ma jinsistux fuq ħarsa persunali imma billi jkunu lesti li jaċċettaw aġġustamenti ġodda, waqt li jżommu f’moħħhom li ‘l-feriti magħmulin minn wieħed li jħobb huma leali.’—Proverbji 27:6.
16. Liema xorta taʼ komunikazzjoni għandhom jaċċettaw mill-qalb kelliema żgħażagħ?
16 Hija l-korsa taʼ għerf u taʼ modestja għal żgħażagħ li jfittxu pariri u direzzjoni minn Kristjani maturi, li x’aktarx ikollhom xi ħaġa kostruttiva x’joffru. Saħansitra l-anzjani jistgħu jibbenefikaw b’dan il-mod. Per eżempju, wieħed anzjan qal f’taħdita li l-barkiet imsemmijin f’Rivelazzjoni 7:16, 17, dwar li ma jkunx hemm aktar ġuħ u għatx, kienu affarijiet li n-ngħaġ oħra setgħu jħarsu ’l quddiem lejhom fid-dinja l-ġdida. Madankollu, ġie indikat li din l-iskrittura tapplika primarjament għaż-żmien preżenti. (Ara Revelation—Its Grand Climax At Hand!, paġni 126-8.) Anzjan fl-udjenza ħass li għandu jsemmi din il-ħaġa, imma qabel kellu l-opportunità jagħmel dan, il-kelliemi nnifsu ċempillu u staqsa għal xi suġġerimenti fuq jekk jistax itejjeb it-taħdita tiegħu. Iva, ejjew nagħmluha eħfef għal dawk li jixtiequ jgħinuna billi nikkomunikaw ix-xewqa tagħna għall-pariri. Ejjew ma nkunux sensittivi żżejjed u nieħdu malajr għalina.
17. Il-komunikazzjoni kif tistaʼ sservi biex tibni lil ħutna?
17 Is-Sultan Salamun stqarr prinċipju li jistaʼ jiġi applikat sewwa għad-diskussjoni tagħna. Hu qal: “Iżżommx it-tajjeb minn dawk li lilhom jistħoqq, meta jiġri li idek tistaʼ tagħmlu.” (Proverbji 3:27) Maʼ ħutna aħna għandna d-dejn tal-imħabba. Pawlu qal: “Tkunu midjunin maʼ ħadd f’ebda ħaġa ħlief li tħobbu lil xulxin; għax dak li jħobb lli sieħbu wettaq il-liġi.” (Rumani 13:8) Mela kun ġeneruż fil-kliem tiegħek taʼ nkuraġġiment. Hemm xi qaddej ministerjali żagħżugħ li se jagħti l-ewwel taħdita pubblika tiegħu? Faħħru. Hemm xi oħt li għamlet ħilitha jew marret tajjeb fit-taħdita tagħha fl-Iskola Teokratika tal-Ministeru? Għidilha kemm ħadt pjaċir bl-isforzi li għamlet. Fil-biċċa l-kbira, ħutna qed jistinkaw biex jagħtu l-aqwa tagħhom u jiġu nkuraġġiti b’espressjonijiet taʼ mħabba u taʼ apprezzament.
18. Fejn tintwera kunfidenza żejda, liema tkun il-ħaġa ħanina li ssir?
18 F’kuntrast, kelliemi zagħżugħ jistaʼ jkollu ħafna abbiltà, imma minħabba li hu żagħżugħ, hu jistaʼ juri iżjed kunfidenza fih innifsu milli hu xieraq. Liema xorta taʼ komunikazzjoni hi meħtieġa hawn? Ma tkunx qalb tajba li kieku anzjan matur ifaħħru għal xi punti mill-aħjar fil-preżentazzjoni tiegħu imma, fl-istess ħin, bil-ħlewwa jissuġġerixxi modi li bihom hu jistaʼ jikkultiva l-modestja fil-futur? Komunikazzjoni bħal din turi mħabba tal-aħwa u tgħin uħud iżgħar biex jeħilsu minn attitudnijiet ħżiena malajr, qabel ma jidħlu ’l ġewwa wisq.
19. Anzjani u kapijiet tal-familja għala għandhom ikunu wħud li jikkomunikaw?
19 Anzjani jikkomunikaw bejniethom u mal-kongregazzjoni dwar affarijiet li huma taʼ benefiċċju—waqt li jevitaw, naturalment, li jirrivelaw affarijiet kunfidenzjali, bħalma huma dawk li għandhom x’jaqsmu maʼ problemi ġudizzjarji. Li jkunu sigrieti żżejjed, madankollu, jirriżulta f’nuqqas taʼ fiduċja u f’nuqqas taʼ nkuraġġiment li jistaʼ jagħmel ħsara lill-ispirtu taʼ affezzjoni f’kongregazzjoni—jew ġewwa familja. Per eżempju, kulħadd jieħu pjaċir jismaʼ rapport li jibni. Bħalma l-appostlu Pawlu xxennaq biex jikkomunika għotjiet spiritwali, l-istess l-anzjani għandhom ikunu ħerqana biex jagħtu informazzjoni li tibni lill-oħrajn.—Proverbji 15:30; 25:25; Rumani 1:11, 12.
20. Liema aspett tal-komunikazzjoni se jitratta l-artiklu li jmiss?
20 Iva, il-komunikazzjoni hija vital kemm fil-kongregazzjoni Kristjana u kif ukoll fil-familja Kristjana. Barra minn dan, hija in-dispensabbli f’jerġaʼ qasam ieħor. Fejn? Fil-ministeru Kristjan. Fl-artiklu li jmiss, se nikkunsidraw modi kif nistgħu ntejbu l-abbiltajiet tagħna f’li nikkomunikaw f’din l-attività wisq importanti.
Int Kif Twieġeb?
◻ Kif jistaʼ ostaklu frekwenti għall-komunikazzjoni fil-famlija jiġi megħlub?
◻ Irġiel u nisa miżżewġin kif jistgħu jilqgħu l-isfida tal-komunikazzjoni?
◻ Kif jistgħu l-ġenituri u l-ulied jevitaw il-generation gap?
◻ Il-komunikazzjoni fil-kongregazzjonijiet u fil-familji kif tistaʼ tkun ii tibni?