Traduzzjonijiet Afrikani tal-Bibbja
L-iktar traduzzionijiet bikrin tal-Bibbja sħiħa fil-lingwa Afrikana saru fl-Eġittu. Magħrufin bħala l-verżjonijiet Koptiċi, jintqal li jmorru lura sat-tielet jew ir-rabaʼ seklu E.K. Madwar tliet sekli wara, il-Bibbja ġiet tradotta fl-Etiopiku.
Il-mijiet taʼ lingwi mhux miktubin li jiġu mitkellma fin-naħa t’isfel tal-Etjopja u s-Saħara kellhom jistennew għall-wasla tal-missjunari fis-seklu 19. Fl-1857 ġie milħuq plier meta Robert Moffat lesta traduzzjoni tal-Bibbja biz-Zwana, lingwa tal-Afrika t’isfel. Huwa stampaha wkoll f’partijiet fuq magna tal-istampar bl-idejn. Din kienet l-ewwel Bibbja kompluta li ġiet stampata fl-Afrika u kienet ukoll l-ewwel traduzzjoni kompluta f’lingwa Afrikana li qatt qabel ma kienet inkitbet. Interessanti, Moffat uża l-isem divin Yehova fit-traduzzjoni tiegħu. Fil-verżjoni tal-1872 ippubblikata mill-British and Foreign Bible Society, l-isem Yehova huwa wżat fi stqarrijiet ewlenin magħmulin minn Ġesù kif imniżżlin f’Mattew 4:10 u Mark 12:29, 30.
Sal-1990 il-Bibbja kollha kemm hi kienet ġiet tradotta f’119-il lingwa Afrikana, b’partijiet minnha li jistgħu jinkisbu f’434 oħra.