LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 8/15 p. 3
  • Fi Tfittxija Għal Tbassir taʼ Min Jorbot Fuqu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Fi Tfittxija Għal Tbassir taʼ Min Jorbot Fuqu
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Materjal Simili
  • It-Tbassir tal-Bibbja Kemm Hu taʼ Min Jorbot Fuqu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Ktieb taʼ Profeziji
    Ktieb Għan-Nies Kollha
  • Se Tispiċċa Dalwaqt id-Dinja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
  • Fi Tfittxija Għal Tbassiriet taʼ Min Jafdahom
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 8/15 p. 3

Fi Tfittxija Għal Tbassir taʼ Min Jorbot Fuqu

“DAK li jistaʼ jara l-​affarijiet tlett ijiem bil-​quddiem ikun sinjur għal eluf taʼ snin.” Hekk igħid qawl Ċiniż.

In-nies iridu jkunu jafu għada x’ser iġib miegħu, u ħafna kieku bil-​qalb kollha jħallsu kemxa ġmielha għal informazzjoni taʼ min joqgħod fuqha taʼ dik ix-​xorta. Huma jfittxu għal tbassir taʼ min jorbot fuqu. Kif juru r-​rapporti tat-​temp u indikaturi ekonomiċi, aħna għandna interess dwar ġrajjiet li għad iridu jiġru. Barra minn hekk, għarfien taʼ min jorbot fuqu dwar il-​futur kieku jgħinna nippjanaw u nirranġaw ħajjitna.

Xewqa li jkunu jafu x’hemm maħżun għalihom fil-​futur tqanqal lil ħafna biex jikkonsultaw lil dawk li jaqraw ix-​xorti, gurujiet, astroloġi, u sħaħar. Ħwienet tal-​kotba u xkafef bir-​rivisti huma mimlijin b’kitbiet kemm antiki kif ukoll moderni taʼ dawk li jistqarru li jbassru l-​futur. Imma hemm xettiċiżmu jiċċirkonda lil dawn il-​forom taʼ teħbir. L-​istatista Ruman Cato ġie rrapportat li qal: ‘Nibqaʼ skantat kif wieħed li jeħber ma jaqbdux id-​daħq meta jiltaqaʼ maʼ ieħor li jeħber.’

Hemm, m’għandniex xi ngħidu, ħafna kwalitajiet taʼ teħbir. Fl-​1972 grupp internazzjonali taʼ nies akkademiċi u negozjanti magħrufin bħala l-​Klabb taʼ Ruma ppubblikaw studju fejn bassru li d-​dinja kellhom jinħlewlha r-​riżorsi li ma jistgħux jiġġeddu. Kienet se tkun mingħajr deheb sal-​1981, bla merkurju sal-​1985, bla żingu sal-​1990, bla pitrolju sal-​1992, u ħafna iktar. Issa aħna qegħdin naraw li dawn it-​tbassiriet ma seħħewx.

Ħafna mit-​tbassiriet kienu bbażati fuq ħarsiet reliġjużi. Biex nagħtu eżempju: L-​isqof Ingliż Wulfstan kien jemmen li l-​invażjoni Daniża tal-​Ingilterra kmieni fis-​seklu 11 kienet sinjal li tmiem id-​dinja kien qrib. Fl-​1525, Thomas Münzer mexxa tixwixa taʼ bdiewa Ġermaniżi minħabba li f’viżjoni ra l-​anġli jsinnu l-​imnieġel għal dak li hu ħaseb li kellu jkun ħsad kbir. Jidher ċar li dawn it-​tbassiriet kienu żballjati.

Kif x’aktarx li taf, il-​Bibbja fiha tbassiriet. Barra minn hekk, il-​kittieba tal-​Bibbja sostnew li kienu mnebbħin minn Alla. L-​appostlu Kristjan Pietru qal: “Ebda profezija tal-​Iskrittura ma toħroġ minn xi interpretazzjoni privata. Għax il-​profezija f’ebda żmien ma nġiebet bir-​rieda tal-​bniedem, imma bnedmin tkellmu minn Alla waqt li kienu mqanqlin mill-​ispirtu qaddis.”—2 Pietru 1:​20, 21.

Fost affarijiet oħrajn, il-​Bibbja bassret diversi żviluppi li jidentifikaw il-​ġenerazzjoni li kellha tara l-​preżenza taʼ Ġesù Kristu fis-​setgħa tas-​Saltna. Gwerer li qatt ma kien hawn bħalhom, ġuħ, terremoti, u t-​tifrik tas-​saħħa morali tal-​bniedem kellhom ikunu t-​timbru taʼ dak li l-​Bibbja tiddeskrivi bħala “l-​aħħar jiem.” (2 Timotew 3:​1-5; Mattew 24:​3-14, 34) Skond il-​Bibbja, it-​tneħħija tas-​sistema preżenti taʼ affarijiet kellha twitti t-​triq għall-​hena tal-​umanità f’dinja ġdida taʼ barkiet bla tmiem.—2 Pietru 3:13; Rivelazzjoni 21:​1-4.

Int kif tqisu tbassir Bibliku bħal dan? Bħal ħafna tbassiriet oħrajn, huma dawn sempliċement spekulazzjonijiet? Nistgħu nittestjaw jekk il-​profeziji Bibliċi li baqaʼ humiex taʼ min jorbot fuqhom billi niddeterminaw jekk it-​tbassiriet tal-​Bibbja dwar ġrajjiet tal-​imgħoddi kinux taʼ min jorbot fuqhom. Fl-​artiklu li jmiss, se nikkunsidraw xi wħud minn dawn.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja