LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w94 3/1 pp. 20-24
  • Il-Ġudizzju taʼ Jehovah Kontra l-Għalliema Foloz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Ġudizzju taʼ Jehovah Kontra l-Għalliema Foloz
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “Jimxu Bil-​Qerq”
  • Nesponu Kemm Għandhom Ħtija
  • Il-​Ġudizzju Taʼ L-​Għalliema Foloz
  • Niddikjaraw “It-​Tagħbija Taʼ Jehovah”
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Ġeremija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Il-Kenn Tagħhom—Gidba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • “Ġeħova Għamel li Kellu f’Moħħu”
    Il-Kelma t’Alla Għalina Permezz taʼ Ġeremija
  • “Ma Nistax Noqgħod Sieket”
    Il-Kelma t’Alla Għalina Permezz taʼ Ġeremija
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
w94 3/1 pp. 20-24

Il-Ġudizzju taʼ Jehovah Kontra l-Għalliema Foloz

“Fil-​profeti taʼ Ġerusalemm rajt affarijiet orribbli, għemil taʼ adulterju u mixi bil-​qerq . . . Għalija lkoll kemm huma saru bħal Sodom, u l-​abitanti tagħha bħal Gomorra.”—ĠEREMIJA 23:14.

1. Wieħed li jieħu sehem fit-​tagħlim divin għala jidħol għal responsabbiltà serja ferm?

KULMIN jieħu sehem fit-​tagħlim divin jerfaʼ responsabbiltà serja ferm. Ġakbu 3:1 iwissi: “Mhux ħafna minnkom għandhom isiru għalliema, ħuti, billi nafu li aħna se nirċievu ġudizzju iktar tqil.” Iva, għalliema tal-​Kelma t’Alla qegħdin taħt responsabbiltà iktar serja f’li jagħtu kont aċċettabbli milli huma l-​Kristjani inġenerali. X’se jkun ifisser dan għal dawk li jagħtu prova li huma għalliema foloz? Ejjew inħarsu lejn is-​sitwazzjoni fi żmien Ġeremija. Se naraw kif dan kien dell bil-​quddiem taʼ dak li qiegħed jiġri llum.

2, 3. Jehovah liema ġudizzju għadda permezz taʼ Ġeremija rigward l-​għalliema foloz taʼ Ġerusalemm?

2 Fis-​sena 647 Q.E.K., li kienet is-​sena 13 tar-​renju tas-​Sultan Ġosija, Ġeremija ġie nkarigat bħala l-​profeta taʼ Jehovah. Jehovah kellu lment kontra Ġuda, u għalhekk bagħat lil Ġeremija biex jiddikjarah. Il-​profeti, jew għalliema, foloz taʼ Ġerusalemm kienu qegħdin jagħmlu “affarijiet orribbli” f’għajnejn Alla. Il-​ħażen tagħhom tant kien kbir li Alla qabbel lil Ġerusalemm u lil Ġuda maʼ Sodom u Gomorra. Ġeremija kapitlu 23 igħidilna dwar dan. Vers 14 igħid:

3 “Fil-​profeti taʼ Ġerusalemm rajt affarijiet orribbli, għemil taʼ adulterju u mixi bil-​qerq; u huma saħħew idejn dawk li jagħmlu l-​ħażen sabiex ma jerġgħux lura, kull wieħed mill-​ħażen tiegħu stess. Għalija lkoll kemm huma saru bħal Sodom, u l-​abitanti tagħha bħal Gomorra.”

4. L-​eżempju morali ħażin taʼ l-​għalliema taʼ Ġerusalemm kif jixbah lil dak tal-​Kristjaneżmu llum?

4 Iva, dawn il-​profeti, jew għalliema, taw eżempji morali ħżiena ferm huma stess u, effettivament, inkuraġġew lin-​nies biex jagħmlu l-​istess. Ħares lejn il-​kundizzjonijiet fil-​Kristjaneżmu llum! M’humiex sewwa sew l-​istess bħal dawk taʼ żmien Ġeremija? Illum il-​kleru jħallu lill-​adulteri u lill-​omosesswali jibqgħu membri fil-​ġerarkija tagħhom u saħansitra jħalluhom jikkonduċu funzjonijiet fil-​knisja. Għandna għalfejn nistagħġbu li tant membri tal-​knisja huma wkoll immorali?

5. Il-​qagħda immorali tal-​Kristjaneżmu għala hija agħar minn dik taʼ Sodom u Gomorra?

5 Jehovah xebbah lill-​abitanti taʼ Ġerusalemm maʼ dawk taʼ Sodom u Gomorra. Imma l-​qagħda immorali tal-​Kristjaneżmu hija agħar minn dik taʼ Sodom u Gomorra. Iva, il-​Kristjaneżmu huwa ferm iktar taʼ ħtija f’għajnejn Jehovah. L-​għalliema tiegħu jistmerru l-​kodiċi morali Kristjana. U dan joħloq klima taʼ degradazzjoni morali li fiha hemm tħajjir insidjuż taʼ kull xorta biex wieħed jagħmel dak li hu ħażin. Tant hi prevalenti din is-​sitwazzjoni morali li l-​ħażen illum hu meqjus bħala normali.

“Jimxu Bil-​Qerq”

6. Ġeremija x’qal dwar il-​ħażen tal-​profeti taʼ Ġerusalemm?

6 Issa innota dak li jistqarr il-​vers 14 dwar il-​profeti taʼ Ġerusalemm. Kienu qegħdin “jimxu bil-​qerq.” U l-​aħħar parti taʼ vers 15 tgħid: “Mill-​profeti taʼ Ġerusalemm ħarġet l-​apostasija maʼ l-​art kollha.” Imbagħad vers 16 iżid: “Dan hu dak li Jehovah taʼ l-​armati qal: ‘Tisimgħux minn kliem il-​profeti li qegħdin jipprofetizzawlkom. Qegħdin iġagħlukom issiru vanitużi. Il-​viżjoni taʼ qalbhom stess hi dak li jitkellmu—mhux minn fomm Jehovah.’”

7, 8. Il-​kleru tal-​Kristjaneżmu għala huma bħall-​profeti foloz taʼ Ġerusalemm, u dan kif effettwa lil dawk li jmorru l-​knisja?

7 Bħall-​profeti foloz taʼ Ġerusalemm, il-​kleru tal-​Kristjaneżmu wkoll jimxi fil-​qerq, billi jxerred duttrini apostati, tagħlim li ma jinstabx fil-​Kelma t’Alla. X’inhu xi ftit minn dan it-​tagħlim falz? L-​immortalità tar-​ruħ, it-​Trinità, purgatorju, u nar taʼ l-​infern li jitturmenta lin-​nies għall-​eternità. Huma wkoll jagħrxu l-​widnejn tas-​semmiegħa tagħhom billi jippridkaw dak li n-​nies iħobbu jisimgħu. Jirrepetu bil-​kantaliena li ebda gwaj ma se jiġi fuq il-​Kristjaneżmu għaliex għandu l-​paċi t’Alla. Imma l-​kleru qegħdin jitkellmu “l-​viżjoni taʼ qalbhom stess.” Hija falza. Dawk li jemmnu gideb bħal dan qegħdin jiġu vvelenati spiritwalment. Qegħdin jiġu żvijati lejn il-​qerda tagħhom!

8 Ikkunsidra dak li Jehovah igħid dwar dawn l-​għalliema foloz fil-​vers 21: “Jien ma bgħatthomx lill-​profeti, u madankollu huma nfushom ġrew. Ma kellimthomx, u madankollu huma nfushom ipprofetizzaw.” Mela llum, il-​kleru ma ġewx mibgħutin minn Alla, u lanqas ma jgħallmu l-​veritajiet tiegħu. Ir-​riżultat? Jeżisti nuqqas taʼ għarfien tal-​Bibbja li jwaħħxek fost dawk li jmorru l-​knisja għaliex il-​ministri tagħhom jitimgħuhom filosofiji tad-​dinja.

9, 10. (a) Liema xorta taʼ ħolm kellhom l-​għalliema foloz taʼ Ġerusalemm? (b) Il-​kleru tal-​Kristjaneżmu kif għallmu bl-​istess mod “ħolm falz”?

9 Iktar minn hekk, il-​kleru llum iġibu ’l quddiem tamiet foloz. Innota vers 25: “Jien smajt dak li l-​profeti li qegħdin jipprofetizzaw il-​qerq f’ismi stess qalu, igħidu, ‘Kelli ħolma! Kelli ħolma!’” Liema xorta taʼ ħolm huma dawn? Vers 32 igħidilna: “‘Hawn jien kontra l-​profeti taʼ ħolm falz,’ hija l-​ħaġa mitkellma taʼ Jehovah, ‘li jirrakkontawhom u jġagħlu lill-​poplu tiegħi jiġġerra ’l hawn u ’l hinn minħabba l-​qerq tagħhom u minħabba l-​ftaħir tagħhom. Imma jien innifsi ma bgħatthomx jew ikkmandajthom. Mela b’ebda mod ma se jibbenefikaw lil dan il-​poplu,’ hija l-​ħaġa mitkellma taʼ Jehovah.”

10 Liema ħolm falz, jew tamiet, għallmu l-​kleru? Iva, li l-​unika tama tal-​bniedem għal paċi u sigurtà llum hija l-​Ġnus Magħquda. Fi snin riċenti sejħu lill-​ĠM “l-​aħħar tama għal qbil u paċi,” “il-​forum suprem għal paċi u ġustizzja,” “it-​tama temporali ewlenija għal paċi dinjija.” X’delużjoni! L-​unika tama għall-​bnedmin hija s-​Saltna t’Alla. Imma l-​kleru ma jippridkawx u ma jgħallmux il-​verità dwar dak il-​gvern tas-​sema, li kien it-​tema ċentrali taʼ l-​ippridkar taʼ Ġesù.

11. (a) L-​għalliema foloz taʼ Ġerusalemm kellhom liema effett ħażin fuq l-​isem divin? (b) F’kuntrast mal-​klassi taʼ Ġeremija, l-​għalliema reliġjużi foloz tal-​lum x’għamlu rigward l-​istess isem t’Alla?

11 Vers 27 igħidilna iktar. “Qegħdin jaħsbu biex iġagħlu lill-​poplu tiegħi jinsa lil ismi permezz tal-​ħolm tagħhom li huma jibqgħu jirrakkontaw kull wieħed lill-​ieħor, sewwa sew bħalma missirijiethom insew lil ismi permezz taʼ Baal.” Il-​profeti foloz taʼ Ġerusalemm ġagħlu lin-​nies jinsew lill-​isem t’Alla. Mhux l-​istess għamlu l-​għalliema reliġjużi foloz tal-​lum? Agħar minn hekk, huma jaħbu l-​isem t’Alla, Jehovah. Huma jgħallmu li m’huwiex neċessarju li tużah, u jneħħuh mit-​traduzzjonijiet tal-​Bibbja tagħhom. B’qawwa kbira jopponu lil kulmin igħallem lin-​nies li l-​isem t’Alla hu Jehovah. Imma l-​klassi taʼ Ġeremija, il-​fdal taʼ Kristjani midlukin bl-​ispirtu, flimkien maʼ sħabhom, għamlu sewwa sew bħalma għamel Ġesù. Għallmu lil miljuni dwar l-​isem t’Alla.—Ġwann 17:6.

Nesponu Kemm Għandhom Ħtija

12. (a) Għala hemm ħtija tad-​demm kbira min-​naħa taʼ l-​għalliema reliġjużi foloz? (b) X’kien l-​irwol tal-​kleru fiż-​żewġ gwerer dinjin?

12 Dawk tal-​klassi taʼ Ġeremija esponew b’mod ripetut lill-​kleru bħala li huma għalliema foloz li qegħdin imexxu lill-​merħliet tagħhom ’l isfel fit-​triq il-​wiesgħa tal-​qerda. Iva, il-​fdal għamluha ċara għala dawk l-​uħud li joħolmu ħaqqhom il-​ġudizzju taʼ Jehovah kontra tagħhom. Per eżempju, il-​qaddejja taʼ Jehovah taʼ spiss irreferew għal Rivelazzjoni 18:24, li jgħid li f’Babilonja l-​Kbira nstab id-​demm taʼ “dawk kollha li ġew imbiċċrin fuq l-​art.” Aħseb ftit dwar il-​gwerer kollha li ġew miġġildin minħabba differenzi reliġjużi. Kemm hi kbira l-​ħtija tad-​demm fuq dawk l-​għalliema reliġjużi foloz! It-​tagħlim tagħhom ikkaġuna firda u kompla żied il-​mibgħeda bejn nies taʼ twemmin differenti u gruppi nazzjonali differenti. Rigward l-​Ewwel Gwerra Dinjija, il-​ktieb Preachers Present Arms igħid: “Il-​kleriċi [membri tal-​kleru] lill-​gwerra tawha s-​sinjifikat spiritwali appassjonat u l-​motivazzjoni tagħha. . . . Il-​knisja b’hekk saret ħaġa waħda mas-​sistema tal-​gwerra.” L-​istess ġara fit-​Tieni Gwerra Dinjija. Il-​membri tal-​kleru appoġġjaw bis-​sħiħ lill-​ġnus li kienu qegħdin jiggwerraw u bierku lit-​truppi tagħhom. Żewġ gwerer dinjin bdew fil-​Kristjaneżmu li fihom membri taʼ l-​istess reliġjon biċċru lil xulxin. Fazzjonijiet sekulari u reliġjużi ġewwa l-​Kristjaneżmu qegħdin ikomplu jikkaġunaw tixrid taʼ demm sal-​ġurnata tal-​lum. X’effetti orribbli kellu t-​tagħlim falz tagħhom!

13. Ġeremija 23:22 kif jagħti prova li l-​kleru tal-​Kristjaneżmu m’għandhom ebda relazzjoni maʼ Jehovah?

13 Innota jekk jogħġbok Ġeremija kapitlu 23, vers 22: “Kieku kienu qagħdu fil-​grupp intimu tiegħi, imbagħad kieku kienu jġiegħlu lin-​nies tiegħi jisimgħu kliemi stess, u kienu jġagħluhom iduru lura mill-​mogħdija ħażina tagħhom u mill-​ħażen taʼ l-​aġir tagħhom.” Li kieku l-​profeti reliġjużi tal-​Kristjaneżmu kienu weqfin fil-​grupp intimu taʼ Jehovah, f’relazzjoni mill-​qrib miegħu bħal li kieku qaddej fidil u diskret, allura huma wkoll kienu jkunu qegħdin igħixu skond il-​livelli t’Alla. Huma wkoll kienu jkunu qegħdin iġagħlu lill-​popli tal-​Kristjaneżmu jisimgħu l-​kliem t’Alla nnifsu. Minflok, l-​għalliema foloz taż-​żmien modern għamlu lis-​segwaċi tagħhom qaddejja għomja taʼ l-​Avversarju t’Alla, Satana x-​Xitan.

14. Xi kxif qawwi tal-​kleru tal-​Kristjaneżmu ġie maħruġ fl-​1958?

14 Il-​kxif tal-​verità dwar il-​kleru mill-​klassi taʼ Ġeremija kien wieħed qawwi. Per eżempju, fl-​Assemblea Internazzjonali Divine Will (Rieda Divina) tax-​Xhieda taʼ Jehovah fil-​belt taʼ New York fl-​1958, il-​viċi president tal-​Watch Tower Society ippreżenta stqarrija li f’parti minnha kienet tgħid: “Bla ebda kliem doppju jew tlaqliq niddikjaraw li l-​kaġun ewlieni taʼ kull kriminalità, delinkwenza, mibgħeda, ġlied, preġudizzju, . . . u konfużjoni tal-​ġenn huwa r-​reliġjon żbaljata, ir-​reliġjon falza; li warajha hemm l-​għadu li ma jidhirx tal-​bniedem, Satana x-​Xitan. Il-​bnedmin l-​iktar responsabbli għall-​qagħda dinjija huma l-​għalliema u l-​mexxejja reliġjużi; u l-​iktar ħatjin minn dawn huma l-​kleru reliġjuż tal-​Kristjaneżmu. . . . Wara dawn is-​snin kollha mill-​Ewwel Gwerra Dinjija ’l hawn, il-​Kristjaneżmu jinsab f’relazzjoni lejn Alla bħal dik taʼ Iżrael fi żmien Ġeremija. Iva, il-​Kristjaneżmu jiffaċċja qerda iktar tal-​biżaʼ u devastanti minn dik li Ġeremija ra tiġri lil Ġerusalemm.”

Il-​Ġudizzju Taʼ L-​Għalliema Foloz

15. Il-​membri tal-​kleru liema profeziji taʼ paċi għamlu? Se jiġu dawn imwettqin?

15 Minkejja din it-​twissija, il-​membri tal-​kleru kif aġixxew minn dak in-​nhar ’il hawn? Sewwa sew bħalma jirrapporta l-​vers 17: “Qegħdin igħidu darba wara l-​oħra lil dawk li huma bla rispett lejja, ‘Jehovah tkellem: “Il-​paċi hija dik li se tiġu li jkollkom.”’ U lil kull min qiegħed jimxi fl-​ebusija taʼ qalbu huma qalu, ‘Ebda hemm ma se jiġi fuqkom.’” Huwa dan veru? Le! Jehovah se jesponi l-​qerq taʼ dawn il-​profeziji tal-​kleru. Mhux se jwettaq dak li qegħdin igħidu f’ismu. Madankollu, l-​assiguranza falza tal-​kleru dwar paċi m’Alla hi qarrieqa ferm!

16. (a) X’inhi l-​klima morali taʼ din id-​dinja, u min ukoll hu responsabbli għaliha? (b) Il-​klassi taʼ Ġeremija x’qiegħda tagħmel dwar l-​opinjonijiet morali baxxi taʼ din id-​dinja?

16 Qiegħed int taħseb, ‘X’inhu, jien imqarraq mit-​tagħlim falz tal-​kleru? Lanqas qatt!’ Insomma, tantx tagħmilha fatta! Ftakar li t-​tagħlim falz tal-​kleru ġab ’il quddiem klima morali insidjuża u orribbli. It-​tagħlim permissiv tagħhom jiġġustifika kważi kollox, ikun kemm ikun immorali. U din il-​klima morali baxxa tinfluwenza lill-​oqsma kollha taʼ divertiment, films, TV, rivisti, u mużika. Aħna, allura, irridu neżerċitaw attenzjoni kbira ferm, li ma mmorrux naqgħu taħt l-​influwenza taʼ din l-​atmosfera morali baxxa imma li tappella b’mod sottili. Iż-​żgħażagħ jistgħu jinqabdu f’nassa permezz tal-​videos u mużika degradanti. Ftakar li din l-​attitudni tan-​nies illum li kollox igħaddi hija riżultat dirett tat-​tagħlim falz tal-​kleru u tan-​nuqqas tagħhom li jżommu fil-​għoli l-​livelli taʼ tjieba t’Alla. Il-​klassi taʼ Ġeremija qiegħda tikkumbatti dawn l-​opinjonijiet immorali, u qiegħda tgħin lill-​qaddejja taʼ Jehovah biex jiċħdu l-​ħażen li qiegħed jiblaʼ lill-​Kristjaneżmu.

17. (a) Skond Ġeremija, liema ġudizzju kellu jiġi fuq Ġerusalemm mill-​agħar? (b) X’se jiġri dalwaqt lill-​Kristjaneżmu?

17 Liema ġudizzju sejrin jirċievu l-​għalliema foloz tal-​Kristjaneżmu mingħand Jehovah, l-​Imħallef il-​kbir? Versi 19, 20, 39, u 40 iwieġbu: “Ħares! Ir-​riefnu taʼ Jehovah, id-​dagħdigħa nfisha, ċertament li se toħroġ, saħansitra tempesta tvenven. Fuq ras dawk li huma mill-​agħar se tvenven. Ir-​rabja taʼ Jehovah se ddur lura sakemm hu se jkun wettaq u sakemm hu se jkun għamel l-​ideat taʼ qalbu jseħħu. . . . Jien se nagħtikom għat-​traskuraġni, b’finalità, u se nabbanduna lilkom u lill-​belt li tajt lilkom u lil missirijietkom tal-​qedem​—minn quddiemi. U se nqiegħed fuqkom għajb għal żmien indefinit u umiljazzjoni għal żmien indefinit, li m’humiex se jintesew.” Dak kollu ġara lil Ġerusalemm mill-​agħar u lit-​tempju tagħha! U issa hemm bħal dak dalwaqt li se jseħħ fuq il-​Kristjaneżmu mill-​agħar!

Niddikjaraw “It-​Tagħbija Taʼ Jehovah”

18, 19. Liema “tagħbija taʼ Jehovah” ħabbar Ġeremija lil Ġuda, u b’liema implikazzjonijiet?

18 Mela, x’inhi r-​responsabbiltà tal-​klassi taʼ Ġeremija u taʼ sħabhom? Vers 33 igħidilna: “Meta dan il-​poplu jew il-​profeta jew qassis jistaqsik, igħid, ‘X’inhi t-​tagħbija taʼ Jehovah?’ int trid ukoll tgħidilhom, ‘“Hija intom​—O x’tagħbija! U jien ċertament li se nabbandunakom,” hija l-​ħaġa mitkellma taʼ Jehovah.’”

19 Il-​kelma Ebrajka għal “tagħbija” għandha tifsira doppja. Tistaʼ tirreferi għal dikjarazzjoni divina peżanti jew xi ħaġa li ttaqqal lil dak li jkun u tgħajjieh. Hawn l-​espressjoni “tagħbija taʼ Jehovah” tirreferi għal profezija peżanti​—id-​dikjarazzjoni li Ġerusalemm kienet ikkundannata għall-​qerda. Ħadu pjaċir in-​nies jisimgħu kelmiet profetiċi tqal bħal dawn li Ġeremija tahom darba wara l-​oħra mingħand Jehovah? Le, in-​nies iżżufjettaw b’Ġeremija: ‘Liema profezija (tagħbija) għandek issa? Aħna ċerti li l-​profezija tiegħek se tkun tagħbija oħra li tgħajjina!’ Imma Jehovah x’qalilhom? Dan: “Hija intom​—O x’tagħbija! U jien ċertament li se nabbandunakom.” Iva, dawn in-​nies kienu tagħbija għal Jehovah, u kien se jneħħihom milli jgħabbuh iktar.

20. X’inhi t-​“tagħbija taʼ Jehovah” illum?

20 X’inhi “t-​tagħbija taʼ Jehovah” illum? Hija l-​messaġġ profetiku peżanti mill-​Kelma t’Alla. Huwa mimli kundanna, billi jħabbar il-​qerda imminenti tal-​Kristjaneżmu. Inkwantu għan-​nies taʼ Jehovah, għandna r-​responsabbiltà peżanti li niddikjaraw din “[i]t-tagħbija taʼ Jehovah.” Hekk kif joqrob it-​tmiem, irridu ngħidu lil kulħadd li n-​nies ixxellerati tal-​Kristjaneżmu huma “tagħbija,” iva, “O x’tagħbija!” għal Alla Jehovah, u li hu dalwaqt se jeħles minn din it-​“tagħbija” billi jabbanduna lill-​Kristjaneżmu għal gwaj.

21. (a) Ġerusalemm għala kienet meqruda fis-​sena 607 Q.E.K.? (b) Wara l-​qerda taʼ Ġerusalemm, xi ġralhom il-​profeti foloz u l-​profeta veru taʼ Jehovah, li jagħtina liema assiguranza llum?

21 Il-​ġudizzju taʼ Jehovah ġie esegwit fi żmien Ġeremija meta l-​Babilonjani qerdu lil Ġerusalemm fis-​sena 607 Q.E.K. Bħalma kien ipprofetizzat, dak kien ‘tmaqdir u umiljazzjoni għal dawk l-​Iżraeliti żleali u rashom iebsa. (Ġeremija 23:39, 40) Uriethom li Jehovah, li lejh kienu wrew nuqqas taʼ ġieh darba wara l-​oħra, kien sa fl-​aħħar abbandunahom għall-​konsegwenzi tal-​ħażen tagħhom. Il-​ħluq tal-​profeti foloz u prużuntużi tagħhom sa fl-​aħħar ġew imsikktin. Madankollu, fomm Ġeremija baqaʼ jipprofetizza. Jehovah m’abbandunahx. Fi qbil maʼ dan il-​mudell, Jehovah mhux se jabbanduna lill-​klassi taʼ Ġeremija meta d-​deċiżjoni peżanti tiegħu twassal biex tħalli bla ħajja lill-​kleru tal-​Kristjaneżmu u lil dawk li jemmnu l-​gideb tagħhom.

22. Il-​Kristjaneżmu f’liema kundizzjoni se jsib ruħu permezz tal-​ġudizzji taʼ Jehovah?

22 Iva, il-​qagħda deżolata u mhix abitata taʼ Ġerusalemm wara s-​sena 607 Q.E.K. hija preċiż kif se jkun jidher il-​Kristjaneżmu reliġjuż wara li hu jiġi mneżżaʼ mill-​għana tiegħu u jiġi mikxuf bla mistħija. Dan hu l-​ġudizzju mistħoqq li Jehovah iddikjara kontra l-​għalliema foloz. Dak il-​ġudizzju mhux se jfalli. Sewwa sew bħalma l-​messaġġi mnebbħin taʼ twissija kollha taʼ Ġeremija seħħew fil-​passat, hekk se jseħħu fit-​twettieq tagħhom fiż-​żmien modern. Mela jalla nkunu bħal Ġeremija. Ejjew niddikjaraw bla biżaʼ t-​tagħbija profetika taʼ Jehovah lill-​popli, sabiex ikunu jafu għala l-​piż kollu tal-​ġudizzju taʼ tjieba tiegħu ġej fuq l-​għalliema reliġjużi foloz kollha! [w94 03/01]

Mistoqsijiet Għal Reviżjoni

◻ Kemm kienet ħażina Ġerusalemm tal-​qedem fl-​opinjoni taʼ Jehovah?

◻ Il-​Kristjaneżmu b’liema modi ‘mexa fil-​qerq’?

◻ Il-​ħtija enormi tal-​kleru taż-​żmien modern kif ġiet mikxufa?

◻ Liema “tagħbija taʼ Jehovah” qiegħda issa tiġi ddikjarata?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja