LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w95 10/1 p. 7
  • Il-Bniedem Invidjuż

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Bniedem Invidjuż
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Materjal Simili
  • Aħdem għall-Paċi billi Tiġġieled l-Għira
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Karatteristika li Tistaʼ Tivvelena lil Moħħna—L-Għira
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Dak Li Għandek Tkun Taf Dwar L-Għira
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Tqabbel Int Lilek Innifsek m’Oħrajn?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
w95 10/1 p. 7

Il-​Bniedem Invidjuż

IL-​lingwa Ebrajka għandha biss kelma taʼ l-​għerq waħda għal “għira.” Meta tirreferi għal bnedmin midinbin, l-​Ebrajk jistaʼ jiġi tradott “invidja” jew “rivalità.” (Ġenesi 26:14; Koħelet 4:4) Il-​lingwa Griega, madankollu, għandha iktar minn kelma waħda għal “għira.” Il-​kelma zeʹlos, bħal dik ekwivalenti għaliha bl-​Ebrajk, tistaʼ tirreferi għal għira kemm taʼ tjieba kif ukoll midinba. Kelma Griega oħra, phthoʹnos, għandha sens purament negattiv. Fin-​New World Translation, din hija dejjem tradotta “invidja.”

Il-kelma phthoʹnos kif kienet użata fil-​Grieg tal-​qedem? The Anchor Bible Dictionary jistqarr: “Kuntrarju għall-​bniedem rgħib, il-​bniedem milqut minn phthonos mhux neċessarjament irid l-​affarijiet li jiddispjaċih li ħaddieħor għandu; hu sempliċement ma jridx lil dik il-​persuna tippossjedihom. Hu differenti mill-​bniedem kompetittiv għax il-​mira tiegħu, kuntrarju għall-​bniedem kompetittiv, m’hijiex li jirbaħ hu imma li jtellef lil oħrajn milli jirbħu.”

Il-bniedem invidjuż taʼ spiss mhux konxju li l-​attitudni tiegħu stess hija l-​kaġun prinċipali tal-​problemi tiegħu. “Waħda mill-​karatteristiċi strambi taʼ phthonos,” jispjega l-​istess dizzjunarju, “hi n-​nuqqas t’għarfien dwar il-​persuna nfisha. Il-​bniedem phthoneros, jekk jiġi mitlub jiġġustifika l-​kondotta tiegħu, dejjem se jgħid lilu nnifsu u lil oħrajn li dawk li lilhom jattakka jistħoqqilhom dan u li hija l-​inġustizzja tas-​sitwazzjoni li tqanqlu biex jikkritika. Jekk jiġi mistoqsi kif jistaʼ jitkellem dwar ħabib b’dak il-​mod, hu se jgħid li l-​kritika tiegħu hija fl-​aħjar interess taʼ sieħbu.”

Il-kittieba taʼ l-​Evanġelju Mattew u Mark jużaw il-​kelma Griega phthoʹnos biex jiddeskrivu l-​motiv taʼ dawk responsabbli għall-​qtil taʼ Ġesù. (Mattew 27:18; Mark 15:10) Iva, huma kienu mqanqlin mill-​invidja. Dik l-​istess emozzjoni taʼ ħsara ttrasformat lil apostati f’uħud li jobogħdu bi ħdura lil dawk li darba kienu ħuthom. (1 Timotju 6:3-5) Mhux taʼ b’xejn li bnedmin invidjużi huma miżmumin milli jidħlu fis-​Saltna t’Alla! Alla Jehovah iddetermina li dawk kollha li jkomplu jkunu “mimlijin invidja. . .jixirqilhom il-​mewt.”—Rumani 1:29, 32 [NW]; Galatin 5:21. (w95 9/15)

[Stampi f’paġna 7]

Tħallix l-​invidja tirrovinalek ħajtek

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja