LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w97 11/1 pp. 3-4
  • Il-Ferħ Tant Diffiċli Li Jinkiseb

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Ferħ Tant Diffiċli Li Jinkiseb
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Qofol Għan-​Nuqqas Taʼ Hena
  • Mira Li Diffiċli Li Tinkiseb
  • It-Tfittxija għall-Hena
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Jistaʼ l-Għana Jagħmlek Hieni?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Saħħa u Hena—Kif Tistaʼ Ssibhom?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Ferħ Veru f’li Naqdu lil Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
w97 11/1 pp. 3-4

Il-​Ferħ Tant Diffiċli Li Jinkiseb

IR-​RABJA, l-​ansjetà, u d-​dipressjoni ilhom ħafna jkunu suġġetti taʼ investigazzjoni xjentifika. F’dawn l-​aħħar snin, madankollu, l-​aqwa xjenzati kienu qed jiffokaw ir-​riċerka tagħhom fuq esperjenza umana pożittiva u taʼ min jixtieqha​—il-​ferħ.

X’jistaʼ jkun li jagħmel lin-​nies iktar ferħanin? Jekk ikunu iżgħar fl-​età, iktar sinjuri, iktar b’saħħithom, itwal, jew irqaq? X’inhu l-​qofol għall-​ferħ ġenwin? Il-​biċċa l-​kbira tan-​nies isibuha diffiċli, jekk mhux impossibbli, li jwieġbu dik il-​mistoqsija. Meta wieħed iqis kemm hemm li naqsu li jsibu l-​ferħ, forsi xi wħud isibuha iktar faċli biex iwieġbu x’m’huwiex il-​qofol tal-​ferħ.

Xi psikologi mill-​aqwa kienu ilhom jirrikmandaw filosofija egoistika bħala l-​qofol għall-​hena. Huma inkuraġġew lil nies imdejqin jiffokaw esklussivament fuq li jissodisfaw il-​bżonnijiet individwali tagħhom. Frażijiet li jħajruk bħal “kun naturali,” “identifika dak li qed tħoss,” u “skopri lilek innifsek” ġew użati fil-​psikoterapija. Madankollu, xi wħud mill-​istess esperti li kienu jippromwovu din il-​mentalità issa jaqblu li attitudni individwalistika bħal din ma ġġibx ferħ dejjiemi. L-​egoiżmu ma jistax ma jġibx uġigħ u nuqqas taʼ hena. Li wieħed jiġbed lejh m’huwiex il-​qofol għall-​hena.

Il-​Qofol Għan-​Nuqqas Taʼ Hena

Dawk li qed ifittxu biex isibu l-​hena fil-​ġiri wara l-​pjaċiri qed ifittxu fil-​post żbaljat. Ikkunsidra l-​eżempju tas-​Sultan għaref Salamun taʼ Iżrael tal-​qedem. Fil-​ktieb Bibliku taʼ Koħèlet, hu jispjega: “Kull ma riedu għajnejja maʼ ċħadtulhomx, mill-​ebda pjaċir ma ħallejt nieqsa lil qalbi. Għax qalbi kienet titgħaxxaq b’kull taħbit, u dan hu l-​ħlas għat-​taħbit tiegħi kollu.” (Koħèlet 2:10) Salamun bena djar għalih innifsu, ħawwel dwieli, u għamel ġonna, oqsma, u vaski taʼ l-​ilma għalih innifsu. (Koħèlet 2:4-6) Hu darba staqsa: “Għax min jiekol u min jixrob aħjar milli nagħmel jien?” (Ekkleżjasti 2:25, New World Translation) Hu kien jieħu pjaċir bl-​aqwa għannejja u mużiċisti, u kien jieħu gost bil-​kumpanija taʼ l-​iktar nisa sbieħ tal-​pajjiż.—Koħèlet 2:8.

Il-punt hu li Salamun ma żammx lura milli jieħu sehem f’attivitajiet taʼ pjaċir. Għal liema konklużjoni wasal wara li kellu pjaċiri abbundanti fil-​ħajja? Hu qal: “U mbagħad dort nara l-​opri li għamilt u kemm tħabatt biex għamilthom. U ara x’sibt: kollox frugħa u ġiri wara r-​riħ, imma ebda qligħ ma hemm taħt ix-​xemx.”—Koħèlet 2:11.

Is-sejbiet tas-​sultan għaref jibqgħu eżatti sal-​ġurnata tal-​lum. Ħu per eżempju pajjiż sinjur bħall-​Istati Uniti. Matul dawn l-​aħħar 30 sena, l-​Amerikani kważi rdoppjaw il-​ġid materjali li jippossiedu, bħalma huma karozzi u televisions. Madankollu, skond l-​esperti tas-​saħħa mentali, l-​Amerikani ma żdidilhomx il-​ferħ. Skond ċerta rivista, “matul l-​istess perijodu taʼ żmien, ir-​rati tad-​dipressjoni żdiedu. Is-​suwiċidju fost iż-​żgħażagħ ittrippla. Ir-​rati tad-​divorzju rdoppjaw.” Riċerkaturi riċentement waslu għal konklużjonijiet simili wara li studjaw ir-​relazzjoni li hemm bejn il-​flus u l-​ferħ fost il-​popolazzjonijiet taʼ xi 50 pajjiż differenti. Fi kliem sempliċi, il-​ferħ ma tistax tixtrih.

Għall-kuntrarju, il-​ġiri wara l-​ġid materjali jistaʼ b’mod xieraq jiġi msejjaħ il-​qofol tan-​nuqqas taʼ hena. L-​appostlu Pawlu wissa: “Imma dawk li jridu jistagħnu jaqgħu fit-​tiġrib u fix-​xibka u f’ħafna xewqat bla sens u taʼ ħsara li jitfgħu lill-​bnedmin fil-​qerda u t-​telfien. Għax ir-​rebgħa għall-​flus hi l-​għerq taʼ kull ħażen; kien ħtija taʼ din ir-​rebgħa li xi wħud ħarġu barra mit-​triq tal-​fidi u nfnew b’niket kbir.”—1 Timotju 6:9, 10.

La r-​rikkezzi, la s-​saħħa, la ż-​żgħożija, la s-​sbuħija, la l-​poter, u lanqas jekk ikollok iktar minn waħda minn dawn ma jistgħu jiggarantixxu ferħ dejjiemi. Għala le? Għaliex aħna m’għandniex il-​qawwa li nwaqqfu affarijiet ħżiena milli jiġrulna. Is-​Sultan Salamun bix-​xieraq innota: “Il-​bniedem ma jafx xħin tasal sigħetu: bħall-​ħut li jidħol f’xibka qarrieqa, bħat-​tajr li jinqabad fix-​xbiek, hekk jinqabdu l-​bnedmin minn siegħa ħażina xħin tiġi fuqhom għal għarrieda.”—Koħèlet 9:12.

Mira Li Diffiċli Li Tinkiseb

L-​ebda ammont taʼ riċerka xjentifika ma tistaʼ tipproduċi formula magħmula mill-​bniedem jew strateġija għall-​hena. Salamun qal ukoll: “Rajt ukoll taħt ix-​xemx li ma tintrebaħx mill-​ħfief it-​tiġrija, lanqas mill-​felħana t-​taqbida. M’huwiex taʼ l-​għorrief il-​ħobż jew taʼ min jifhem il-​ġid; lanqas taʼ min jinqalaʼ s-​suċċess, iżda f’kollox jidħol iż-​żmien u ċ-​ċirkustanzi.”—Koħèlet 9:11.

Ħafna li jaqblu mal-​kliem t’hawn fuq ikkonkludew li m’huwiex realistiku li wieħed jistenna ħajja verament hienja. Wieħed edukatur prominenti stqarr li “l-​ferħ huwa kundizzjoni immaġinarja.” Oħrajn jemmnu li l-​qofol għall-​hena hu sigriet misterjuż, li l-​abbiltà biex wieħed isib tarf tas-​sigriet għandha mnejn tkun ristretta għal xi ftit nies intellettwali li għandhom xi don mistiku.

Xorta waħda, fit-​tfittxija tagħhom għall-​hena, in-​nies jibqgħu jesperimentaw b’diversi stili taʼ ħajja. Minkejja l-​fallimenti taʼ dawk taʼ qabilhom, ħafna llum xorta moħħhom fir-​rikkezzi, fil-​poter, fis-​saħħa, jew fil-​pjaċiri bħala l-​kura għan-​nuqqas taʼ hena tagħhom. It-​tfittxija tibqaʼ sejra minħabba li, fil-​fond taʼ qalbhom, il-​biċċa l-​kbira tan-​nies jemmnu li l-​ferħ dejjiemi m’huwiex sempliċement xi kundizzjoni immaġinarja. Huma jittamaw li l-​ferħ m’huwiex xi ħolma li diffiċli li tinkiseb. Int imbagħad għandek mnejn tistaqsi, ‘Kif nistaʼ nsibu?’

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja