LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 2/15 pp. 3-4
  • Għala Għandna Nkunu Grati?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala Għandna Nkunu Grati?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għasses Kontra l-​Ingratitudni
  • “Roddu Ħajr”
  • Ikkultiva l-Ispirtu tal-Gratitudni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • “Uru li intom grati”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Se taħtaf l-opportunità?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Il-​gratitudni
    Stenbaħ!—2016
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 2/15 pp. 3-4

Għala Għandna Nkunu Grati?

OPERAZZJONI fis-​sinsla taʼ dahru ġagħlet lil Harley jbiddel il-​karriera tiegħu minn xogħol fejn iħaddem il-​magni għal skrivan f’uffiċċju. Meta ġie mistoqsi kif kien iħossu dwar din il-​bidla, Harley qal: “Inħossu n-​nuqqas taʼ li naħdem fuq il-​magni. Imma, biex inkun onest, ninsab iktar ferħan fix-​xogħol preżenti tiegħi milli fejn kont qabel.”

Billi jagħti raġuni għall-​kuntentizza tiegħu, Harley jirrakkonta: “Hija l-​attitudni tan-​nies li naħdem magħhom. Kuntrarju għal dawk fejn kont naħdem qabel, l-​imgħallem u sħabi tax-​xogħol li għandi bħalissa japprezzaw dak li nagħmel, u ma jżommux lura milli jagħtuni l-​prosit. Dan għamel differenza kbira.” Billi jħossu utli u bżonnjuż, Harley issa hu ħaddiem ferħan.

Kliem taʼ tifħir jew gratitudni, meta mistħoqq, verament iqawwi l-​qalb. L-​effett taʼ l-​ingratitudni, min-​naħa l-​oħra, jistaʼ jkun biered daqs kif osserva Shakespeare: “Onfoħ, onfoħ, riħ tax-​xitwa, qalbek m’hix daqshekk ħażina daqs il-​qalb li ma tafx tara.” B’sogħba, ħafna huma dawk li sofrew nuqqas taʼ qalb tajba bħal din.

Għasses Kontra l-​Ingratitudni

Fid-​dinja tal-​lum, espressjonijiet sinċieri taʼ gratitudni qed jgħosfru. Wieħed kittieb, per eżempju, qajjem mistoqsija: “Jekk l-​għarusa sabet il-​ħin biex timposta 200 stedina għat-​tieġ, għala ma tistax issib il-​ħin biex tikteb messaġġi taʼ ringrazzjament għall-​163 rigal li rċeviet?” Taʼ spiss, lanqas saħansitra l-​kelma “grazzi” ma tintqal. Il-​gratitudni qiegħda iktar ma jgħaddi ż-​żmien iċċedi postha lill-​attitudni taʼ l-​ewwel jien. Din is-​sitwazzjoni hija waħda mis-​sinjali li jidentifikaw l-​aħħar jiem. L-​appostlu Pawlu wissa: “Tridu tirrealizzaw li fl-​aħħar jiem iż-​żminijiet se jkunu kollha periklu. In-​nies se jsiru għalkollox moħħhom fihom infushom . . . Se jkunu neqsin għalkollox mill-​gratitudni.”—2 Timotju 3:1, 2, Phillips.

F’każijiet oħrajn, it-​tifħir żejjed jieħu post il-​gratitudni. Espressjonijiet taʼ gratitudni jsiru mill-​qalb mingħajr il-​ħsieb taʼ x’wieħed jistaʼ jikseb personalment. Madankollu, it-​tifħir żejjed, li taʼ spiss ikun mhux sinċier u esaġerat, jistaʼ joriġina mill-​motiv ulterjuri li jkollu xi ħadd biex jimxi ’l quddiem jew li jikseb ċerti vantaġġi persunali. (Ġuda 16) Minbarra li jqarraq b’dak li jkun, kliem melliesi bħal dan x’aktarx li jkun ir-​riżultat tal-​kburija u s-​suppervja. Min, allura, jixtieq ikun vittma taʼ tifħir żejjed li m’huwiex sinċier? Imma l-​gratitudni ġenwina hija verament rifreskanti.

L-individwu li jesprimi l-​gratitudni jibbenefika milli jagħmel hekk. Is-​sens taʼ kordjalità li jesperjenza talli jkun grat mill-​qalb jikkontribwixxi għall-​hena u l-​paċi tiegħu. (Qabbel Proverbji 15:13, 15.) U billi hi kwalità pożittiva, il-​gratitudni tipproteġih minn sentimenti negattivi bħalma huma r-​rabja, l-​għira, u r-​risentiment.

“Roddu Ħajr”

Il-​Bibbja tħeġġiġna biex nikkultivaw spirtu taʼ gratitudni, jew ħajr. Pawlu kiteb: “Iżżu ħajr lil Alla f’kollox. Dan hu li jrid Alla mingħandkom fi Kristu Ġesù.” (1 Tessalonikin 5:18) U Pawlu widdeb lill-​Kolossin: “Ħalli s-​sliem taʼ Kristu jsaltan fi qlubkom. . . . Roddu ħajr.” (Kolossin 3:15) Ħafna mis-​salmi fihom espressjonijiet taʼ ħajr, u jindikaw li l-​gratitudni mill-​qalb hija virtù divina. (Salm 27:4; Salm 75:2 [Salm 75:1, New World Translation]) Biċ-​ċar, Alla Jehovah jieħu pjaċir meta nuru gratitudni f’affarijiet tal-​ħajja taʼ kuljum.

Imma liema fatturi f’din id-​dinja ingrata jagħmluhielna diffiċli biex nikkultivaw l-​ispirtu taʼ gratitudni? Kif nistgħu nuru attitudni taʼ gratitudni fil-​ħajja taʼ kuljum? Dawn il-​mistoqsijiet se jiġu diskussi fl-​artiklu li jmiss.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja