LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/14 p. 2
  • Se taħtaf l-opportunità?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Se taħtaf l-opportunità?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Materjal Simili
  • Nesprimu Gratitudni għall-Akbar Għotja Mingħand Alla
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Ejja Nuru l-Apprezzament Tagħna—It-Tifkira Se Tkun fis-17 t’April
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • “Ibqgħu Agħmlu Dan”—It-Tifkira Se Tkun fil-5 t’April
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • “L-Imħabba li Għandu l-Kristu Ġġegħelna”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2014
km 3/14 p. 2

Se taħtaf l-​opportunità?

It-​Tifkira li ġejja tagħtina opportunità biex nuru l-​gratitudni

1. Liema opportunità speċjali tagħtina t-​Tifkira?

1 It-​Tifkira fl-​14 t’April tagħtina opportunità unika biex inkabbru u nuru l-​gratitudni tagħna għat-​tjubija taʼ Ġeħova. Ir-​rakkont f’​Luqa 17:11-​18 jurina kif Ġeħova u Ġesù jħarsu lejn il-​gratitudni. B’sogħba, wieħed biss mill-​għaxar imġiddmin ħataf l-​opportunità biex jesprimi l-​gratitudni tiegħu. Fil-​futur, l-​għotja tal-​fidwa se tfejjaq għalkollox il-​mard kollu, u tagħmel il-​ħajja taʼ dejjem realtà! Bla dubju, f’dak iż-​żmien se nirringrazzjaw lil Ġeħova għal dawn il-​barkiet. Imma kif nistgħu nuru l-​gratitudni fil-​ġimgħat li ġejjin?

2. Kif nistgħu nkabbru l-​gratitudni tagħna għall-​fidwa?

2 Kabbar il-​gratitudni: Il-​ħsibijiet iqanqlu sentimenti taʼ gratitudni. L-​iskeda għall-​qari tal-​Bibbja speċjali li jkollna għat-​Tifkira se tgħinna nibnu l-​apprezzament tagħna għall-​fidwa. Nistgħu nsibu kopja tagħha f’diversi postijiet, bħal pereżempju fil-​kalendarju tagħna u fil-​ktejjeb Neżaminaw l-​Iskrittura Kuljum. Għala ma tagħmilx dan bħala familja? Jekk nagħmlu dan, l-​apprezzament tagħna għall-​fidwa se jikber. U dan imbagħad se jeffettwa b’mod pożittiv il-​kondotta tagħna.—2 Kor. 5:14, 15; 1 Ġw. 4:11.

3. B’liema modi nistgħu nuru li aħna grati matul iż-​żmien tat-​Tifkira?

3 Uri l-​gratitudni: Il-​gratitudni tidher bl-​azzjonijiet. (Kol. 3:15) Ir-​raġel imġiddem kien grat, u allura għamel sforz biex isib lil Ġesù u jirringrazzjah. Bla dubju, hu tkellem ukoll b’entużjażmu dwar il-​fejqan mirakoluż tiegħu maʼ ħaddieħor. (Lq. 6:45) Se tqanqalna l-​gratitudni għall-​fidwa biex b’żelu nieħdu sehem fil-​kampanja tat-​Tifkira? Mod ieħor kif nuru li aħna grati hu billi naqdu bħala pijunieri awżiljarji jew billi nżidu s-​sehem tagħna fil-​ministeru matul iż-​żmien tat-​Tifkira. Fil-​lejla tat-​Tifkira, qalb mimlija apprezzament se tqanqalna nagħtu merħba lill-​viżitaturi u nwiġbulhom il-​mistoqsijiet.

4. X’għandna nagħmlu biex ma jkollniex dispjaċiri wara li tgħaddi din it-​Tifkira?

4 Tgħid din it-​Tifkira se tkun l-​aħħar waħda li niċċelebraw? (1 Kor. 11:26) Ma nafux. Imma dak li nafu hu li ladarba tgħaddi, se tkun għaddiet opportunità unika biex nuru l-​gratitudni. Se taħtafha int din l-​opportunità? Jalla l-​kliem t’apprezzament taʼ fommna u l-​meditazzjoni taʼ qalbna jkunu pjaċevoli għal Ġeħova, Dak li bil-​ġenerożità taʼ qalbu pprovda l-​fidwa.—Salm 19:14.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja