LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 3/1 p. 25
  • Alla Qed Iġagħalha Tikber fl-Alaska

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Alla Qed Iġagħalha Tikber fl-Alaska
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Materjal Simili
  • Nużaw Stenbaħ! b’Mod Effettiv
    Stenbaħ!—2002
  • Sagrifiċċji Żgħar Ġabulna Barkiet Kbar
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Imberkin bil-Kbir għax Żammejna l-Ispirtu Missjunarju
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Aċċettajt bil-Ferħa d-Direzzjoni taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 3/1 p. 25

Proklamaturi tas-​Saltna Jirrapportaw

Alla Qed Iġagħalha Tikber fl-​Alaska

TAĦT kisja taʼ borra u silġ, żerriegħa żgħira qed tistenna l-​opportunità biex tiżviluppa għall-​maturità. Fil-​perijodu qasir tas-​sajf taʼ l-​Alaska, li fih biss tliet xhur, żerriegħa taʼ kaboċċa li għandha dijametru taʼ 3mm tistaʼ tikber sa kważi 40 kilo! Iva, dan il-​pajjiż li darba kien meqjus minn ħafna bħala art moxa u xagħri ffriżat, jistaʼ jipproduċi frott bl-​abbundanza.

Dan japplika speċjalment għall-​għalqa spiritwali fl-​Alaska. Hemmhekk, fl-​art taʼ xtiewi twal, ix-​Xhieda taʼ Jehovah jkomplu jiżirgħu ż-​żerriegħa tas-​Saltna. Bħal f’partijiet oħrajn tad-​dinja, Alla jkabbar iż-​żerriegħa fi qlub fertili.—1 Korintin 3:6, 7.

● Waqt li kienet fuq il-​private taʼ l-​iskola, Xhud żagħżugħa jisimha Vanessa osservat studenta taʼ mparha, jisimha Ann, li dejjem kienet toqgħod bil-​qiegħda waħedha. Ann dehret imdejqa, għalhekk Vanessa stiednet lil Ann biex tpoġġi ħdejha. Mhux taʼ b’xejn li Ann kienet imdejqa! Ommha kienet mietet b’attakk tal-​qalb, u ftit żmien wara, missierha miet bil-​kanċer. Kien għalhekk li Ann kienet qed tgħix maʼ qrabatha fl-​Alaska.

Darba s-​Sibt waqt li kienet fis-​servizz taʼ l-​għalqa, Vanessa marret s’għand il-​ħabiba ġdida tagħha u ħallitilha l-​brochure Veru Li Alla Jimpurtah Minna? It-​Tnejn taʼ wara fl-​iskola, Ann marret tfittex lix-​Xhud żagħżugħa. Ann kellha ħafna mistoqsijiet mill-​Bibbja u Vanessa kienet kapaċi tweġibhomlha. “Fejn tiltaqgħu intom?” staqsietha. Dik il-​lejla stess Ann attendiet l-​ewwel laqgħa tagħha fis-​Sala tas-​Saltna.

M’għaddiex ħafna żmien għal din l-​orfni taʼ 17-il sena biex issib ħafna ‘missirijiet’ u ‘ommijiet,’ sewwa sew bħalma wiegħed Ġesù. (Mattew 19:29) U x’okkażjoni taʼ ferħ kienet dik, li tara lil Ann ferħana u titbissem waqt li ssimbolizzat id-​dedikazzjoni tagħha lil Jehovah bil-​magħmudija fl-​ilma fil-​Konvenzjoni Distrettwali “Messaġġiera tal-​Paċi Divina”!

● Fl-​inħawi remoti tar-​reġjun Artiku vast taʼ l-​Alaska​—fejn bejn raħal u ieħor hemm mijiet taʼ kilometri taʼ xagħri—​l-ajruplan b’żewġ magni tal-​Watch Tower Society ġie wżat biex tinżeraʼ ż-​żerriegħa tas-​Saltna f’iktar minn 150 komunità. Imma t-​tkabbir spiritwali permezz taʼ studju regulari tal-​Bibbja jiddependi fuq il-​korrispondenza. Ladarba ħafna jsibuha diffiċli biex jiktbu l-​ittri, għalliem tal-​Bibbja għandu bżonn ikun kreattiv sabiex ikun jistaʼ jżomm ħaj l-​interess taʼ l-​istudent. Dan kif jistaʼ jiġi mwettaq?

Kathy kkonduċiet studju tal-​Bibbja progressiv maʼ Edna, għalkemm kienu jgħixu iktar minn 600 kilometru ’l bogħod minn xulxin! Minflok ma sempliċement ikkopjat il-​mistoqsijiet tal-​ktieb li kienu qed jistudjaw, Kathy għamlet karta oħra bil-​mistoqsijiet u ħalliet spazju għat-​tweġibiet. Wara li Edna kitbet it-​tweġibiet, Kathy wieġbet lura u daħlet kummenti fejn kien hemm bżonn biex tiċċara xi punt. Kathy tistqarr: “Warrabt fil-​ġenb l-​Erbgħa fil-​għaxija għal dan l-​‘istudju,’ u pprovajt inżommu bħal kwalunkwe appuntament ieħor taʼ studju tal-​Bibbja. Kont nibgħatilha wkoll envelop bl-​isem u bl-​indirizz tiegħi u bil-​bolla fuqu. Minħabba li kien jieħu ġimgħatejn biex nirċievu l-​posta, studju permezz tal-​korrispondenza deher li miexi daqsxejn bil-​mod.”

Immaġina kemm kienu eċċitati Kathy u Edna meta ltaqgħu wiċċ imbwiċċ fil-​konvenzjoni distrettwali f’Anchorage wara għaxar xhur taʼ studju permezz taʼ l-​ittri! Ix-​Xhieda wkoll kienu ferħanin li fl-​attendenza kien hemm studenti tal-​Bibbja u wħud interessati oħrajn minn diversi rħula iżolati fl-​Alaska.

Għalkemm it-​tkabbir xi drabi għandu mnejn jidher li miexi bil-​mod, xi “pjanti żgħar” jinbtu malajr meta jiġu esposti għad-​dawl tal-​verità. Bejn wieħed u ieħor, iktar minn mitt individwu ġdid li jfaħħar lil Jehovah qed jitgħammed kull sena fl-​Alaska! Aħna ngħidu, “Grazzi, Jehovah,” talli qed iġġagħalha tikber!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja