LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 1/1 pp. 30-31
  • Att taʼ Maħfra Jiftaħ it-Triq għas-Salvazzjoni

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Att taʼ Maħfra Jiftaħ it-Triq għas-Salvazzjoni
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Klemenza u Ħelsien
  • Ġużeppi Akbar
  • Lezzjoni Għalina
  • “Jien qiegħed flok Alla?”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Ġeħova qatt ma nesa lil Ġużeppi
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • “Jekk jogħġobkom, isimgħu din il-ħolma”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Ħut Ġużeppi Jobogħduh
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 1/1 pp. 30-31

Dawn Għamlu r-​Rieda taʼ Jehovah

Att taʼ Maħfra Jiftaħ it-​Triq għas-​Salvazzjoni

L-​GĦAXAR ulied subjien taʼ Ġakobb li kienu bil-​wieqfa quddiem il-​prim ministru taʼ l-​Eġittu kellhom sehem f’sigriet waħxi. Snin qabel, kienu biegħu fil-​jasar lil Ġużeppi, ħuhom tar-​rispett bil-​pjan li lil missierhom jgħidulu li kien inqatel minn bhima salvaġġa.—Ġenesi 37:18-35.

Issa, xi 20 sena wara, nuqqas kbir taʼ ikel kien ġagħal lil dawn l-​għaxart irġiel jiġu l-​Eġittu biex jixtru l-​qamħ. Imma l-​affarijiet ma marrulhomx tajjeb. Il-​prim ministru, li qeda wkoll bħala amministratur taʼ l-​ikel, akkużahom li kienu spjuni. Tefaʼ l-​ħabs lil wieħed minnhom u esiġa li l-​oħrajn jirritornaw lejn darhom u jġibu lura lil ħuhom iż-​żgħir, Benjamin. Meta għamlu hekk, il-​prim ministru ra kif għamel biex jarresta lil Benjamin.—Ġenesi 42:1–44:12.

Ġuda, wieħed minn ulied Ġakobb, ipprotesta. ‘Jekk immorru lura lejn darna mingħajr Benjamin,’ hu qal, ‘missierna jmut.’ Imbagħad ġrat xi ħaġa li la Ġuda u lanqas ebda wieħed minn dawk li kienu qed jivvjaġġaw miegħu ma kienu qed jistennew. Wara li ordna lil kulħadd biex joħroġ mill-​kamra, apparti minn ulied Ġakobb, il-​prim ministru nfaqaʼ jibki biki kbir. Imbagħad, wara li kkalma u ġie f’tiegħu, qalilhom: “Jiena Ġużeppi!”—Ġenesi 44:18–45:3.

Klemenza u Ħelsien

“Għadu ħaj missieri?” Ġużeppi staqsa lil ħutu tar-​rispett. Ma kienx hemm rispons. Tabilħaqq, ħut Ġużeppi tar-​rispett ma kinux jafu x’se jaqbdu jgħidu. Kellhom jintilfu f’estasi, jew kellhom ikunu mwerwrin? Wara kollox, meta kienu 20 sena iżgħar, huma kienu biegħu lil dan ir-​raġel bħala rsir. Ġużeppi kellu l-​awtorità li jitfagħhom il-​ħabs, jibgħathom lura lejn darhom mingħajr ikel, jew​—xi ħaġa li lanqas biss ażżardaw jaħsbu fuqha—​jissentenzjahom għall-​mewt! B’kull raġun ħut Ġużeppi tar-​rispett “ma felħux iweġbuh għax baqgħu miblugħin quddiemu.”—Ġenesi 45:3.

Ġużeppi malajr ġagħal lil dawn l-​irġiel iħossuhom komdi. “Ersqu lejja [“nitlobkom,” Karm Żammit],” hu qal. Huma obdew. Imbagħad qal: “Jiena Ġużeppi, ħukom li intom begħtuni għall-​Eġittu. U issa la tagħlux u la tinkeddux għax begħtuni għal hawn, għax biex tibqgħu ħajjin intom Alla bagħatni hawn qabilkom.”—Ġenesi 45:4, 5.

Il-ħniena taʼ Ġużeppi ma ġietx estiża mingħajr bażi. Hu kien diġà osserva evidenza taʼ l-​indiema tagħhom. Per eżempju, meta Ġużeppi akkuża lil ħutu tar-​rispett li kienu spjuni, hu semagħhom jgħidu bejniethom: “Tassew aħna ħatja kontra ħuna, . . . Għalhekk ġie fuqna dan l-​għawġ.” (Ġenesi 42:21) Ukoll, Ġuda kien lest li joffri ruħu bħala rsir minflok Benjamin sabiex il-​ġuvnott ikun jistaʼ jintbagħat lura għand missieru.—Ġenesi 44:33, 34.

Għaldaqstant, Ġużeppi kien iġġustifikat f’li jestendi l-​ħniena. Tabilħaqq, hu rrealizza illi li jagħmel hekk setaʼ jirriżulta fis-​salvazzjoni tal-​familja kollha tiegħu. Għalhekk, Ġużeppi qal lil ħutu tar-​rispett biex jirritornaw għand missierhom, Ġakobb, u jgħidulu: “Dan jgħid ibnek Ġużeppi: ‘Alla għamilni sid fuq l-​Eġittu kollu. Inżel ħdejja, u la titnikkirx. U tgħammar f’art Gosen u tkun qribi, int u wliedek, u wlied uliedek bl-​imrieħel u l-​baqar tiegħek u b’kull ma għandek. U hekk jien naħsiblek għal kollox.’”—Ġenesi 45:9-11.

Ġużeppi Akbar

Ġesù Kristu jistaʼ jissejjaħ Ġużeppi Akbar, għax hemm xebh impressjonanti bejn dawn iż-​żewġt irġiel. Bħal Ġużeppi, Ġesù ġie mmaltrattat minn ħutu, id-​dixxendenti t’Abraham. (Qabbel Atti 2:14, 29, 37.) Madankollu, iż-​żewġt irġiel esperjenzaw bidla straordinarja. Maż-​żmien, l-​istatus taʼ Ġużeppi bħala rsir inbidel għal dak taʼ prim ministru, pożizzjoni sekondarja biss għal dik tal-​Fargħun. B’mod simili, Jehovah qajjem lil Ġesù mill-​imwiet u eżaltah għal pożizzjoni superjuri ‘fuq il-​leminija t’Alla.’—Atti 2:33; Filippin 2:9-11.

Bħala prim ministru, Ġużeppi setaʼ jqassam l-​ikel lil kull min kien jiġi l-​Eġittu biex jixtri l-​qamħ. Illum, Ġużeppi Akbar għandu fuq l-​art il-​klassi taʼ l-​irsir leali u diskret li permezz tagħha qed iqassam l-​ikel spiritwali “fil-​ħin.” (Mattew 24:45-47; Luqa 12:42-44) Tabilħaqq, dawk li jiġu għand Ġesù “ma jbatux aktar ġuħ, anqas għatx ma jagħmel bihom aktar; . . . ladarba l-​Ħaruf, li hemm f’nofs it-​tron, ikun ir-​ragħaj tagħhom; u hu jwassalhom ħdejn ilmijiet taʼ l-​għejun tal-​ħajja.”—Apokalissi 7:16, 17.

Lezzjoni Għalina

Ġużeppi jipprovdi eżempju li jispikka taʼ ħniena. Ġustizzja stretta kienet tesiġi li hu jikkastiga lil dawk li kienu biegħuh bħala rsir. B’kuntrast, is-​sentimenti setgħu ġagħluh sempliċement jagħlaq għajnejh għan-​nuqqas tagħhom. Ġużeppi m’għamel xejn minn dan. Minflok, hu ttestja l-​indiema taʼ ħutu tar-​rispett. Imbagħad, meta ra li n-​niket tagħhom kien ġenwin, ħafrilhom.

Aħna nistgħu nimitawh lil Ġużeppi. Meta xi ħadd li jkun dineb kontra tagħna juri bidla f’qalbu b’mod ġenwin, għandna naħfrulu. M’għandniex xi ngħidu, m’għandna qatt inħallu s-​sentimenti waħedhom jagħmuna għal għemil ħażin kbir. Mill-​banda l-​oħra, m’għandniex inħallu emozzjonijiet taʼ risentiment jagħmuna għal atti taʼ indiema ġenwina. Mela ħalli ‘nistabru b’xulxin, u, naħfru lil xulxin.’ (Kolossin 3:13) Meta nagħmlu hekk, se nkunu qegħdin nimitaw lil Alla tagħna, Jehovah, li lest li ‘jaħfer.’—Salm 86:5; Mikea 7:18, 19.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja