LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 6/15 pp. 25-26
  • ‘Ikebbes Kurżità fil-Qalb u fil-Moħħ’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Ikebbes Kurżità fil-Qalb u fil-Moħħ’
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Xjenza li Tiftiehem
  • Insiru Nafu lill-​Ħallieq Aħjar
  • Il-Ħallieq Grandjuż Tagħna Jimpurtah Minna!
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Il-Ħallieq Tiegħek—Tgħallem Dwar x’Tip taʼ Persuna Hu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Nistgħu Noffru l-Ktieb Creator?
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Il-Ħallieq Jistaʼ Jagħti Iktar Sinjifikat lil Ħajtek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 6/15 pp. 25-26

‘Ikebbes Kurżità fil-​Qalb u fil-​Moħħ’

“Ebda kliem ma jistaʼ jfisser il-​ferħ u l-​eċċitament li jkomplu jiżdiedu hekk kif nitpaxxa naqra Is There a Creator Who Cares About You? Dan sempliċement joħloq f’dak li jkun xewqa​—le, ħtieġa—​li jsir jaf iżjed. Grazzi talli kebbistuli l-​kurżità f’qalbi u f’moħħi.”

DAN hu kif ħassitha waħda mix-​Xhieda taʼ Jehovah minn North Carolina, fl-​Istati Uniti, dwar il-​ktieb maħruġ mill-​Watch Tower Society fil-​Konvenzjonijiet Distrettwali “Il-​Mod taʼ Ħajja t’Alla” li saru matul l-​1998/99. Anki jekk m’għandekx kopja tal-​ktieb, innota xi reazzjonijiet oħrajn.

Xi ftit tal-​ġranet wara li rċieva l-​kopja tiegħu fil-​konvenzjoni li nżammet f’San Diego, California, fl-​Istati Uniti, wieħed raġel kiteb: “Qed insib li dan il-​ktieb huwa ferm edifikanti għall-​fidi. Qed jimlieli qalbi b’apprezzament profond għax-​xogħlijiet kreattivi taʼ Jehovah. Wasalt f’paġna 98, u ma nixtiqhiex tasal il-​ġurnata meta nispiċċah! Tant qed jagħtini ferħ u sodisfazzjon.”

Waħda mara mill-​Orjent kitbet: “Il-​kelliemi tal-​konvenzjoni uża l-​espressjoni ‘ktieb uniku,’ u dik l-​espressjoni tassew taqbel mal-​kontenut. Fattur li jispikka huwa l-​fatt li l-​ktieb ma jisforzax l-​eżistenza t’Alla fuq il-​qarrej, u madankollu jippreżenta l-​fatti.”

Il-fatti jinkludu skoperti xjentifiċi affaxxinanti dwar l-​univers tagħna, dwar il-​ħajja, u dwarna. Dan impressjona lil ħafna. “Verament m’għandix kliem biex nesprimi kemm effettwani dan id-​daqsxejn taʼ ktieb,” kitbet waħda mara minn California. “Ma stajtx nitilqu minn idejja hekk kif kull paġna ddeskriviet iżjed skoperti li qed jiżviluppaw dwar l-​univers tagħna u dwar il-​ħajja nfisha. Tassew tgħallimt ħafna affarijiet! Jien se ngħożżu dan il-​ktieb żgħir u ngħaddih lil kemm nies nistaʼ.”

Ħaġa li għoġbot ferm lil ħafna nies hija kif il-​ktieb jagħti sommarju tal-​Bibbja, waqt li jenfasizza l-​personalità tal-​Ħallieq. “Il-​ħarsa ġenerali dwar il-​Bibbja, ippreżentata lejn tmiem il-​ktieb, hija waħda mill-​aħjar li qatt qrajt,” huwa kumment tipiku. Ftit wara waħda mill-​konvenzjonijiet tal-​bidu li saret fi New York, l-​Istati Uniti, persuna oħra kitbet: “Il-​ktieb il-​ġdid żgur li hu l-​iktar pubblikazzjoni interessanti li qatt stampajtu. Issaħħart bil-​provi xjentifiċi dwar l-​eżistenza taʼ Ħallieq. Is-​sommarju konċiż tal-​Bibbja nfisha huwa biżżejjed biex jispjega l-​punti li jkunu qed jitwasslu u jħajru lil dak li jkun biex ikompli jaqra.”

Xjenza li Tiftiehem

L-​informazzjoni xjentifika fil-​kapitli tal-​bidu għandha mnejn tidher diffiċli ferm biex wieħed jifhimha, iżda hawn għandna xi reazzjonijiet tipiċi.

Wieħed raġel mill-​Kanada kiteb: “X’kuntrast mal-​kotba tekniċi li l-​awturi tagħhom jipprovaw jimpressjonawna bil-​kliem tqil li jużaw. L-​għarfien akkademiku tagħkom jispikka ħafna fil-​mod kif tagħmlu suġġetti bħalma huma l-​fiżika, il-​kimika, id-​DNA, il-​kromożoni, eċċ., tant faċli biex nifhmuhom. Mank ktibtuhom intom il-​kotba taʼ l-​università li studjajt fuqhom jien snin ilu!”

Wieħed professur tal-​fiżika f’università kiteb: “[Dan] jippreżenta b’mod ċar il-​kwistjonijiet involuti mingħajr ma jidħol f’ħafna dettalji tekniċi. Il-​ktieb jirraġuna mal-​qarrej u jikkwota minn ħafna xjenzati ewlenin. Dan hu ktieb li għandu jinqara minn kulmin huwa interessat fl-​oriġini taʼ l-​univers u l-​ħajja, kemm bħala xjenzat u kemm bħala sekular.”

Waħda mara żagħżugħa li qed tieħu kors fin-​nursing ikkummentat: “Ma stajtx nemmen lil għajnejja meta ftaħt kapitlu 4 u qrajt kwotazzjoni mill-​ktieb li qed nużaw fil-​klassi! Tajt il-​ktieb lill-​professur tagħna u għedtlu li kont naf li se jsib l-​informazzjoni rifreskanti. Urejtu paġna 54 dwar il-​moħħ. Qraha u qal, ‘Kemm hi interessanti din! Issa niċċekkja dwarha.’”

Wieħed membru tal-​parlament fil-​Belġju kiteb: “Dak li laqatni u affaxxinani kien il-​qafas xjentifiku li jenfasizza li x-​xjenza moderna ma tmurx kontra s-​suġġerimenti monoteistiċi tal-​Bibbja, iżda, pjuttost taqbel magħhom. Din hija ħarsa impressjonanti ħafna.”

Insiru Nafu lill-​Ħallieq Aħjar

Il-​ktieb għen lil nies f’ħafna pajjiżi jsiru jafu lil Alla aħjar u jħossuhom eqreb lejh. Waħda qarrejja fil-​belt taʼ Fukuoka, fil-​Ġappun, osservat: “Huwa bħallikieku l-​lenti ġiet iffokata preċiżament fuq Jehovah għall-​ewwel darba. Il-​ktieb jikkonvinċik b’mod taʼ l-​għaġeb. Stajt insir naf lil Jehovah minn aspett li qatt ma ħsibt dwaru qabel.” Wieħed raġel minn El Salvador kiteb: “Tispjegaw b’mod ċarissimu kemm Alla hu mimli ħniena, jagħder, qajla jagħdab, u abbundanti fil-​qalb tajba bl-​imħabba. Verament, dan hu preċiż dak li għandna bżonn biex nersqu eqreb lejh u lejn Ibnu. Dan huwa l-​ewwel ktieb li jispjega s-​sentimenti taʼ Jehovah u s-​sentimenti umani taʼ Ibnu, Ġesù.” U wieħed qarrej minn Żambja wieġeb: “Jehovah issa għandu tifsira għalkollox ġdida għalija.”

Mela nistgħu nifhmu għala x-​Xhieda taʼ Jehovah huma ansjużi biex jaqsmu m’oħrajn Is There a Creator Who Cares About You? Waħda nnotat: “Hekk kif spiċċajt naqra kapitlu 10 [“If the Creator Cares, Why So Much Suffering?” (Jekk il-​Ħallieq Jimpurtah Minna, Għala Hawn Daqstant Tbatija?)], ma stajtx ma ngħidx, ‘Dan hu eżatt il-​ktieb li għandna bżonn fil-​Ġappun!’ Nixtieq li l-​materjal f’dan il-​kapitlu ndaħħlu sewwa f’moħħi u nużah fis-​servizz taʼ l-​għalqa iżjed u iżjed.” Mara oħra qed tistudja l-​Bibbja maʼ tifla li trabbiet f’tempju fejn missierha jaqdi bħala qassis. “Qed issibha diffiċli taċċetta l-​konċett tal-​Ħallieq. M’hemm xejn dommatiku fl-​ispjegazzjoni taʼ dan il-​ktieb, imma l-​fatti qegħdin hemm, u għalhekk naħseb li anki l-​Buddisti jistgħu jaqrawh bla ma joqogħdu jaħsbuha. Iġagħalna nħossu wkoll l-​imħabba taʼ Jehovah iżjed.”

Mill-Ingilterra ġiet l-​espressjoni taʼ stima: “Għadni kif spiċċajt naqra l-​ktieb Creator u se nerġaʼ nibdieh mill-​ġdid. Xi ktieb meraviljuż! Meta taqrah ma tistax ma ssirx tħobbu lil Jehovah. Tajt wieħed lill-​ġara tiegħi, li wara li qrat biss żewġ kapitli minnu qaltli, ‘Ma nistax nitilqu minn idejja daqs kemm hu eċċitanti.’ Jiena ninsab ċerta li dan se jgħin lin-​nies isiru jafu u jħobbu lill-​Ħallieq Grandjuż tagħna.”

Wieħed raġel f’Maryland, l-​Istati Uniti, qal: “Verament li laqatni fil-​laħam il-​ħaj! Għandi f’moħħi li nagħti kopja lin-​nies kollha li naħdem magħhom. Xi drabi nsibha diffiċli biex nibda nagħti xiehda lil dawn in-​nies taʼ skola li jkunu mħabbtin ħafna. B’dan il-​ktieb issa se nsib kif navviċinahom b’mod effettiv li jappella.”

Jidher ċar li l-​ktieb Is There a Creator Who Cares About You? se jkollu impatt pożittiv fuq in-​nies mad-​dinja kollha.

[Sors taʼ l-​Istampa f’paġna 25]

Fuq: Ir-​ritratt taʼ fuq il-​qoxra, In-​Nebula taʼ l-​Ajkla: J. Hester and P. Scowen (AZ State Univ.), NASA

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja