LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 11/1 pp. 28-29
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Materjal Simili
  • It-Tislim lill-Bandiera, il-Votazzjoni, u s-Servizz Ċivili
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova għala jżommu n-newtralità tagħhom fil-politika?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • “M’Huma Ebda Parti mid-Dinja”
    Qim lill-Uniku Alla Veru
  • “M’Huma Ebda Parti mid-Dinja”
    Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 11/1 pp. 28-29

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Ix-​Xhieda taʼ Jehovah kif iħarsu lejn il-​votazzjoni?

Fil-​Bibbja hemm imniżżlin prinċipji ċari li jagħmluha possibbli għall-​qaddejja t’Alla li jkollhom ħarsa xierqa dwar din il-​kwistjoni. Madankollu, ma jidher li hemm ebda prinċipju kontra l-​prattika nfisha tal-​votazzjoni. Per eżempju, m’hemm ebda raġuni għala d-​diretturi taʼ korporazzjoni m’għandhomx jużaw il-​votazzjoni bħala mezz biex jaslu għal deċiżjonijiet li jeffettwaw il-​korporazzjoni tagħhom. Il-​kongregazzjonijiet tax-​Xhieda taʼ Jehovah taʼ spiss jagħmlu deċiżjonijiet rigward il-​ħinijiet tal-​laqgħat u l-​użu tal-​fondi tal-​kongregazzjoni permezz taʼ votazzjoni billi jgħollu idejhom.

Xi ngħidu, iżda, għall-​votazzjoni f’elezzjonijiet politiċi? M’għandniex xi ngħidu, f’xi pajjiżi demokratiċi, ikun hemm daqs 50 fil-​mija tal-​popolazzjoni li ma tmurx tivvota f’jum l-​elezzjoni. Inkwantu għax-​Xhieda taʼ Jehovah, dawn ma jindaħlux fid-​dritt taʼ ħaddieħor li jivvota; u bl-​ebda mod ma jagħmlu xi kampanji kontra l-​elezzjonijiet politiċi. Huma jirrispettaw u jikkooperaw maʼ l-​awtoritajiet li mbagħad jiġu eletti f’elezzjonijiet bħal dawn. (Rumani 13:1-7) Inkwantu għal jekk huma persunali jivvotawx għal xi ħadd li joħroġ għall-​elezzjoni, kull membru tax-​Xhieda taʼ Jehovah jagħmel deċiżjoni bbażata fuq kuxjenza mħarrġa fuq il-​Bibbja u l-​fehma tar-​responsabbiltà tiegħu lejn Alla u lejn l-​Istat. (Mattew 22:21; 1 Pietru 3:16) Biex jagħmlu din id-​deċiżjoni persunali, ix-​Xhieda jikkunsidraw għadd taʼ fatturi.

L-ewwel, Ġesù Kristu qal dwar is-​segwaċi tiegħu: “Huma m’humiex tad-​dinja, kif jiena m’iniex tad-​dinja.” (Ġwann 17:14) Ix-​Xhieda taʼ Jehovah jieħdu dan il-​prinċipju bis-​serjetà. Billi “m’humiex tad-​dinja,” huma jibqgħu newtrali fl-​affarijiet politiċi tad-​dinja.—Ġwann 18:36.

It-​tieni, l-​appostlu Pawlu rrefera għalih innifsu bħala “ambaxxatur” li jirrappreżenta lil Kristu lin-​nies taʼ żmienu. (Efesin 6:20; 2 Korintin 5:20) Ix-​Xhieda taʼ Jehovah jemmnu li Kristu Ġesù huwa issa s-​Sultan fuq it-​tron tas-​Saltna tas-​sema t’Alla, u huma, bħala ambaxxaturi, iridu jxandru dan lill-​ġnus. (Mattew 24:14; Apokalissi 11:15) L-​ambaxxaturi huma mistennijin li jkunu newtrali, u li ma jindaħlux fl-​affarijiet interni tal-​pajjiżi li jintbagħtu fihom. Bħala rappreżentanti tas-​Saltna tas-​sema t’Alla, ix-​Xhieda taʼ Jehovah jħossu obbligu simili biex ma jindaħlux fil-​politika tal-​pajjiżi fejn joqogħdu.

It-tielet fattur li għandu jiġi kunsidrat huwa li dawk li jivvotaw biex persuna tiġi eletta jistgħu jsiru responsabbli għal dak li tagħmel dik il-​persuna. (Qabbel l-1 Timoteus 5:22, Saydon.) Il-​Kristjani jridu jikkunsidraw bir-​reqqa jekk iridux jerfgħu din ir-​responsabbiltà.

Ir-rabaʼ fattur hu li x-​Xhieda taʼ Jehovah jistmawha ħafna l-​unità Kristjana tagħhom. (Kolossin 3:14, NW) Meta r-​reliġjonijiet jinvolvu ruħhom fil-​politika, ir-​riżultat taʼ spiss ikun firda fost il-​membri tagħhom. F’imitazzjoni taʼ Ġesù Kristu, ix-​Xhieda taʼ Jehovah jevitaw li jinvolvu ruħhom fil-​politika, u b’hekk iżommu l-​unità Kristjana tagħhom.—Mattew 12:25; Ġwann 6:15; 18:36, 37.

Il-ħames u l-​aħħar fattur hu li l-​fatt li jibqgħu barra mill-​politika jagħmilha possibbli għax-​Xhieda taʼ Jehovah li jkollhom il-​libertà tal-​kelma meta jiġu biex javviċinaw lil nies taʼ kull opinjoni politika bil-​messaġġ importanti dwar is-​Saltna.—Lhud 10:​35, NW.

Meta jqisu l-​prinċipji Skritturali spjegati hawn fuq, f’ħafna pajjiżi x-​Xhieda taʼ Jehovah jagħmlu deċiżjoni persunali biex ma jivvotawx f’elezzjonijiet politiċi, u l-​libertà tagħhom biex jieħdu din id-​deċiżjoni hija appoġġata mil-​liġi tal-​pajjiż. Iżda xi ngħidu jekk il-​liġi tirrikjedi li ċ-​ċittadini jivvotaw? F’dan il-​każ, kull Xhud huwa responsabbli biex jieħu deċiżjoni kuxjenzjuża bbażata fuq il-​Bibbja dwar kif jittratta s-​sitwazzjoni. Jekk xi ħadd jiddeċiedi li jmur fil-​post tal-​votazzjoni, dik hi deċiżjoni tiegħu. X’jagħmel meta jkun fil-​post tal-​votazzjoni huwa bejnu u bejn il-​Ħallieq tiegħu.

Il-ħarġa taʼ The Watchtower tal-​15 taʼ Novembru, 1950, f’paġni 445 u 446, qalet: “Meta Ċesari jagħmilha obbligatorja għaċ-​ċittadini biex jivvotaw . . . [ix-Xhieda] jistgħu jmorru fil-​postijiet tal-​votazzjoni u jidħlu fil-​kamra fejn jivvotaw. Huwa hawnhekk li jkun meħtieġ minnhom li jimmarkaw il-​vot jew jiktbu x’inhi l-​waqfa tagħhom. Il-​votanti jagħmlu dak li jridu bil-​karta tal-​vot tagħhom. Għalhekk, huwa hawn, fil-​preżenza t’Alla, li x-​xhieda tiegħu jridu jaġixxu f’armonija mal-​kmandamenti tiegħu u fi qbil mal-​fidi tagħhom. M’hijiex responsabbiltà tagħna li nagħtuhom istruzzjonijiet dwar x’għandhom jagħmlu bil-​karta tal-​vot.”

Xi ngħidu jekk ir-​raġel taʼ mara Kristjana li ma jkunx Xhud jinsisti li hi tmur fil-​post tal-​votazzjoni? M’għandniex xi ngħidu, hi suġġetta għal żewġha, l-​istess bħalma l-​Kristjani huma suġġetti għall-​awtoritajiet superjuri. (Efesin 5:22; 1 Pietru 2:13-17) Jekk tobdix lil żewġha u tmur fil-​post tal-​votazzjoni hija deċiżjoni tagħha. Ħadd m’għandu jikkritikaha.—Qabbel Rumani 14:4.

Xi ngħidu għal pajjiż fejn il-​votazzjoni m’hijiex imposta mil-​liġi imma s-​sitwazzjoni tkun waħda taħraq ħafna għal dawk li ma jmorrux fil-​post tal-​votazzjoni​—forsi jkunu esposti għal periklu fiżiku? Jew xi ngħidu jekk l-​individwi, filwaqt li m’humiex obbligati bil-​liġi biex jivvotaw, jiġu kastigati bl-​aħrax b’xi mod jekk ma jmorrux fil-​post tal-​votazzjoni? F’dawn is-​sitwazzjonijiet u f’oħrajn simili, Kristjan irid jieħu d-​deċiżjoni tiegħu għalih innifsu. “Kull wieħed għandu t-​tagħbija tiegħu x’jerfaʼ.”—Galatin 6:5.

Jistaʼ jkun hemm nies li jitfixklu meta josservaw li waqt xi elezzjoni f’pajjiżhom, uħud mix-​Xhieda taʼ Jehovah jmorru fil-​post tal-​votazzjoni u oħrajn ma jmorrux. Għandhom mnejn jgħidu, ‘Ix-​Xhieda taʼ Jehovah m’humiex konsistenti.’ Iżda n-​nies għandhom jirrikonoxxu li, fi kwistjonijiet taʼ kuxjenza individwali bħalma hi din, kull Kristjan irid jieħu d-​deċiżjoni tiegħu għalih innifsu quddiem Alla Jehovah.—Rumani 14:12.

Ikunu xi jkunu d-​deċiżjonijiet persunali li jieħdu x-​Xhieda taʼ Jehovah meta jiffaċċjaw sitwazzjonijiet differenti, huma jaraw li jippreservaw in-​newtralità Kristjana u l-​libertà tal-​kelma tagħhom. F’dak kollu li jgħaddu minnu, huma jistrieħu fuq Alla Jehovah biex isaħħaħhom, jagħtihom l-​għerf, u jgħinhom jevitaw li b’xi mod jikkompromettu l-​fidi tagħhom. B’hekk, huma juru fiduċja fil-​kliem tas-​salmista: “Inti l-​blata u l-​fortizza tiegħi; f’ġieħ ismek mexxini u wassalni.”—Salm 31:4 [Salm 31:3, NW].

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja