LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 12/15 pp. 3-4
  • Il-Milied fl-Orjent

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Milied fl-Orjent
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Materjal Simili
  • Il-Milied—Għala Saħansitra fl-Orjent?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Il-Milied Xi Jfisser Għalik?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Il-Milied—Għala daqshekk Popolari fil-Ġappun
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Il-Milied għandu jiġi ċċelebrat mill-Kristjani?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 12/15 pp. 3-4

Il-​Milied fl-​Orjent

• MADWAR MITEJN SENA ILU, studjuż prominenti Korean żar Peking, ġewwa ċ-​Ċina. Hu u jħares fiss lejn pittura fis-​saqaf taʼ katidral, ra xena taʼ Marija bit-​tifel ċkejken Ġesù f’idejha. Hu qal hekk dwar din il-​pittura li tant ħasditu:

“Waħda mara kellha f’ħoġorha tifel ċkejken li kien jidher marradi, taʼ madwar ħames jew sitt snin. Kienet tidher li bilkemm kellha saħħa tgħolli rasha, bħallikieku tant kienet qed titħassru lil binha li lanqas felħet tħares lejh. U warajhom fil-​bogħod kien hemm ħafna erwieħ u trabi bil-​ġwienaħ, itiru ’l hemm u ’l hawn. Jiena u nħares lejhom hemm fuq, kienu donnhom se jaqgħu fuqi minn mument għall-​ieħor. Maħsud, ħriġt idi biex nilqagħhom.”

DAN ġara ħafna żmien wara li bdiet ir-​Riforma fl-​Ewropa, u ħafna żmien wara l-​era mudlama tal-​Medju Evu. Imma għal ħafna nies taʼ l-​Orjent, il-​Kristjanità ma kinitx xi ħaġa li kienu familjari magħha, daqskemm ma kinux familjari maʼ dik il-​pittura. Kemm inbidlu l-​affarijiet! Kull staġun tal-​Milied, jintwerew xeni tal-​bambin Ġesù. Xeni bħal dawn saru xi ħaġa familjari fl-​Orjent, u ħafna mit-​toroq t’hemm saru jixbhu lil dawk fl-​Ewropa.

Fil-lejla tal-​25 taʼ Novembru, 1998, xahar qabel il-​Milied, ix-​Champs Élysées f’Pariġi jiġi mdawwal b’iktar minn 100,000 bozza mdendlin mat-​300 siġra li jinsabu fuq kull naħa taʼ dik it-​triq famuża. Bl-​istess mod, ġo wieħed mill-​akbar ħwienet fi triq fil-​qalba taʼ Seoul, ġewwa l-​Korea, tinxtegħel siġra ġganteska tal-​Milied u din tibda ddawwal il-​lejl f’dik il-​belt kapitali. F’qasir żmien, it-​toroq tagħha jimtlew bit-​tiżjin tal-​Milied.

Jum wara l-​ieħor, fuq it-​televixin, fuq ir-​radju, u fuq il-​gazzetti jiġu preżentati programmi relatati mal-​Milied. Imqanqal bl-​ispirtu tal-​Milied, il-​pajjiż kollu jkun moħħu biss biex jilqaʼ l-​aħħar tas-​sena. Il-​knejjes f’Seoul, li l-​għadd tagħhom jissorprendi lil ħafna viżitaturi, jiġu mżejnin f’ħakka t’għajn. B’hekk, il-​Korea u pajjiżi oħra fl-​Orjent ikunu medhijin bl-​ispirtu tal-​Milied fl-​istess żmien li l-​Istati Uniti tkun għaddejja biċ-​ċelebrazzjoni taʼ Jum ir-​Ringrazzjament lejn l-​aħħar taʼ Novembru.

Il-biċċa l-​kbira tal-​pajjiżi fl-​Orjent ma jitqisux parti mill-​Kristjaneżmu. Per eżempju, 26.3 fil-​mija biss mill-​popolazzjoni tal-​Korea jistqarru li huma Kristjani. F’Ħong Kong l-​ammont huwa 7.9 fil-​mija, fit-​Tajwan 7.4 fil-​mija, u fil-​Ġappun 1.2 fil-​mija biss. Jidher ċar li l-​maġġuranza tan-​nies taʼ l-​Orjent ma jipprattikawx il-​Kristjanità, imma jidher li m’għandhom ebda oġġezzjoni li jiċċelebraw il-​Milied. Fil-​fatt, dawn taʼ spiss ikunu jidhru iktar entużjasti dwaru minn sħabhom tal-​Punent. Per eżempju, Ħong Kong hija magħrufa sew għaċ-​ċelebrazzjonijiet esaġerati tal-​Milied, avolja l-​maġġuranza taʼ l-​abitanti tagħha huma jew Buddisti jew Taoisti. Anki fiċ-​Ċina, fejn 0.1 fil-​mija biss jistqarru li huma Kristjani, il-​Milied qiegħed jikseb popolarità b’pass mgħaġġel.

Il-Milied għala huwa daqstant ċelebrat fl-​Orjent? Nies li ma jaċċettawx lil Ġesù bħala l-​Messija għala jieħdu sehem fiċ-​ċelebrazzjonijiet tal-​Milied, jum li ħafna li jistqarru li huma Kristjani jqisuh bħala dak tat-​twelid tiegħu? Il-​Kristjani veri għandhom jimitaw il-​mod kif jaħsbuha dawn fuq il-​Milied? It-​tweġibiet se nsibuhom meta nikkunsidraw kif il-​Milied sar daqshekk popolari fil-​Korea, pajjiż taʼ l-​Orjent li ilu jeżisti għal żmien twil.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja