LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w00 7/15 pp. 3-4
  • Jistaʼ Ħajtek Ikollha Iktar Sinjifikat?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jistaʼ Ħajtek Ikollha Iktar Sinjifikat?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Materjal Simili
  • Flusek jew Ħajtek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Ibbenefika Billi Tirsisti għal Valuri Spiritwali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Huma l-Flus l-Għerq taʼ Kull Ħażen?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • X’Jagħmel il-Ħajja Siewja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
w00 7/15 pp. 3-4

Jistaʼ Ħajtek Ikollha Iktar Sinjifikat?

IL-​VERU valur m’huwiex dejjem dak li jidher mad-​daqqa t’għajn. L-​iktar karta taʼ flus b’valur għoli li qatt ħarġet fl-​Istati Uniti kienet tiswa $10,000 [Lm3,846]. Madankollu, il-​materjal tal-​karta li ntuża għall-​istampar taʼ din il-​karta tal-​flus kien iqum biss ftit ċenteżmi.

Qatt ħsibt jekk sempliċi biċċiet tal-​karti, li fihom infushom għandhom ftit li xejn valur, jistgħux jagħtu tabilħaqq sinjifikat veru lil ħajtek? Ħafna wħud jaħsbu li iva. Miljuni taʼ nies jaħdmu lejl u nhar biex jaqilgħu flus kemm jifilħu. Xi kultant il-​kilba tagħhom għall-​flus tkun tfisser li jissagrifikaw saħħithom, ħbiebhom, u saħansitra l-​familji tagħhom stess. B’liema riżultat? Jistgħu l-​flus​—jew dak li nixtru bihom—iġibu sodisfazzjon veru u dejjiemi?

Skond l-​istudjużi, iktar ma nfittxu li jkollna sodisfazzjon mill-​affarijiet materjali, inqas ikollna ċans li niksbuh. Il-​ġurnalist Alfie Kohn jikkonkludi li “s-​sodisfazzjon sempliċement m’huwiex għall-​bejgħ. . . . Dawk in-​nies li għalihom il-​ġid materjali huwa prijorità fil-​ħajja jkollhom it-​tendenza li jħossuhom iktar ansjużi u dipressi u jkollhom ukoll sens ġenerali taʼ benesseri iktar baxx mis-​soltu.”—International Herald Tribune.

Minkejja li l-​istudjużi jistgħu jirrealizzaw li biex ikollok ħajja sinjifikanti hemm bżonn taʼ xi ħaġa oħra minflok il-​flus, ħafna nies jaħsbuha mod ieħor. M’għandniex għalfejn niskantaw b’dan, ladarba dawk li jgħixu fil-​pajjiżi tal-​Punent jiġu bombardjati b’iktar minn 3,000 reklam kuljum. Sew jekk dawn ikunu qed jirreklamaw il-​karozzi u sew jekk ikunu qed jirreklamaw il-​ħelu, l-​idea warajhom hi: ‘Ixtri dan il-​prodott, u tkun iktar ferħan.’

X’inhu r-​riżultat taʼ din il-​kampanja pubbliċitarja li ma taqtaʼ xejn taʼ valuri materjali? Taʼ spiss jiġri li l-​valuri spiritwali jiġu injorati. Skond rapport fir-​rivista Newsweek, l-​arċisqof taʼ Cologne, fil-​Ġermanja, dan l-​aħħar iddikjara li “fis-​soċjetà tagħna, Alla m’għadux ikun is-​suġġett tad-​diskussjoni.”

Forsi int iddedikajt kważi l-​enerġiji kollha tiegħek biex taqlaʼ x’tiekol. Għandu mnejn tħossok li m’għandek ħin għal xejn iżjed. Madankollu, xi kultant tistaʼ tħoss li l-​ħajja m’hijiex biss sempliċi rutina, li titwaqqaf biss minħabba l-​età jew raġunijiet taʼ saħħa.

Jistaʼ jkollok iktar sodisfazzjon jekk tagħti iżjed attenzjoni għall-​affarijiet spiritwali? X’jistaʼ jagħti lil ħajtek iktar sinjifikat?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja