LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 12/1 pp. 30-31
  • Mistoqsijiet Mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet Mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Materjal Simili
  • “Ipprova Jtaffi l-Korla taʼ Ġeħova”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Dnibt Int Kontra l-Ispirtu Qaddis?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Ġeħova Jistaʼ Jaħfer—Xi Jfisser Dan Għalik?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Qiegħed Tistaqsi Kuljum, “Fejn Hu Ġeħova?”
    Il-Kelma t’Alla Għalina Permezz taʼ Ġeremija
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 12/1 pp. 30-31

Mistoqsijiet Mill-​Qarrejja

Tfisser id-​direzzjoni li ta Alla u li nsibu f’Ġeremija 7:16 li l-​Kristjani m’għandhomx jitolbu għal xi ħadd li tkeċċa mill-​kongregazzjoni Kristjana għax dineb u ma nidimx?

Wara li lissen il-​ġudizzju tiegħu kontra Ġuda li ma baqgħetx leali lejh, Jehovah qal lil Ġeremija: “Int titlobx għal dan il-​poplu, tgħollix leħnek u titlobx għalihom; tidħolx għalihom quddiemi, għax ma nisimgħekx.”—Ġeremija 7:16.

Għala Jehovah ma ħalliex lil Ġeremija jitlob għall-​Iżraelin? Jidher ċar li dan kien minħabba li huma kisru l-​Liġi tiegħu b’mod sfaċċat. F’wiċċ kulħadd u bla mistħija, huma kienu ‘jisirqu, joqtlu, jaqgħu fiż-​żína, jaħilfu falz, jaħarqu l-​inċens quddiem Bagħal, u jmorru wara allat oħra.’ Minħabba f’hekk, Jehovah qal lil-​Lhud li ma kellhomx fidi: “Nkeċċikom minn quddiemi, kif keċċejt lil ħutkom, in-​nisel kollu taʼ Efrajm.” Ċertament li ma kienx ikun xieraq għal Ġeremija, jew xi ħadd ieħor, li jitlob lil Jehovah biex ireġġaʼ lura l-​ġudizzju Tiegħu.—Ġeremija 7:​9, 15.

Fi qbil maʼ dan, l-​appostlu Ġwanni kiteb dwar talb xieraq lil Alla. L-​ewwelnett aċċerta lill-​Kristjani: “Jekk nitolbu xi ħaġa skond ir-​rieda tiegħu, hu jismagħna.” (1 Ġwann 5:14) Imbagħad, rigward it-​talb għan-​nom taʼ ħaddieħor, Ġwanni ssokta jgħid: “Jekk wieħed jara lil ħuh jaqaʼ f’xi dnub li ma jwassalx għall-​mewt, wieħed għandu jitlob u Alla jagħtih il-​ħajja. Dan qiegħed ngħidu għal min jagħmel dnub li ma jwassalx għall-​mewt. Għax hemm dnubiet li jwasslu għall-​mewt, imma jien m’hux għal dawn qiegħed ngħid li wieħed għandu jitlob.” (1 Ġwann 5:16) Ġesù tkellem ukoll dwar dnub li “ma jinħafirx,” jiġifieri, dnub kontra l-​ispirtu qaddis.—Mattew 12:​31, 32.

Ifisser dan li kull min jitkeċċa mill-​kongregazzjoni Kristjana għax jidneb u ma jindimx ikun ikkommetta dnubiet li “jwasslu għall-​mewt,” u b’hekk m’għandux isir talb għan-​nom tiegħu? Mhux bilfors, għaliex f’xi każi dawn il-​ħtijiet ma jkunux dnubiet li jwasslu għall-​mewt. Fil-​fatt, huwa diffiċli li tkun taf. Eżempju tipiku hu s-​Sultan Manassi taʼ Ġuda. Hu waqqaf artali lill-​allat foloz, offra lil uliedu stess bħala sagrifiċċji, ipprattika l-​ispiritiżmu, u poġġa xbieha minquxa fit-​tempju taʼ Jehovah. Tant hu hekk li l-​Bibbja tgħid li Manassi u l-​poplu għamlu “agħar mill-​ġnus li Alla kien qered minn quddiem ulied Iżrael.” Taʼ dan kollu, Jehovah ikkastiga lil Manassi billi bagħtu bħala lsir marbut bil-​ktajjen lejn Babilonja.—2 Slaten 21:​1-9; 2 Kronaki 33:​1-11.

Kienu d-​dnubiet taʼ Manassi, minkejja l-​gravità tagħhom, it-​tip li jwasslu għall-​mewt? Milli jidher le, għax ir-​rakkont jissokta jgħid dwaru: “Kif kien fil-​hemm talab il-​ħniena mill-​Mulej Alla tiegħu, u umilja ruħu sewwa quddiem Alla taʼ missirijietu. U talbu, u Alla laqaʼ t-​talba tiegħu, u samaʼ l-​krib tiegħu u reġġgħu lura lejn Ġerusalemm f’saltnatu. U Manassi għaraf li l-​Mulej hu Alla.”—2 Kronaki 33:​12, 13.

B’hekk, m’għandniex naslu għall-​konklużjoni li xi ħadd ikun ħati taʼ dnub li jwassal għall-​mewt sempliċement għax dan tkeċċa mill-​kongregazzjoni. Jistaʼ jieħu ż-​żmien biex tidher sew il-​kundizzjoni vera taʼ qalb l-​individwu. Fil-​fatt, spiss jingħad li wieħed mill-​iskopijiet tal-​qtugħ mis-​sħubija hu biex iġiegħel lill-​midneb jiġi f’sensih bit-​tama li jindem u jdur lura.

Ladarba l-​individwu m’għadux fil-​kongregazzjoni, kwalunkwe bidla fil-​qalb jew fl-​attitudni tistaʼ tiġi osservata l-​ewwel minn dawk li huma qrib tiegħu, bħas-​sieħeb jew is-​sieħba fiż-​żwieġ jew membri tal-​familja tiegħu. Dawk li josservaw dawn il-​bidliet għandhom mnejn jikkonkludu li l-​ħati m’għamilx dnub li jwassal għall-​mewt. Għandu mnejn dawn iħossu li għandhom jitolbu biex hu jieħu s-​saħħa mill-​Kelma mnebbħa t’Alla u biex Jehovah jaġixxi lejn il-​midneb fi qbil mar-​rieda Tiegħu.—Salm 44:22 (44:​21, NW); Koħèlet 12:14.

Filwaqt li xi wħud forsi jkunu f’pożizzjoni li josservaw evidenza suffiċjenti biex jemmnu li lmidneb qed jindem, dan forsi ma tistax tarah il-​kongregazzjoni in ġenerali. Forsi jkun hemm xi membri tal-​kongregazzjoni li jitħawdu, jinkwetaw, anki jitfixklu li kieku kellhom jisimgħu lil xi ħadd jitlob pubblikament għan-​nom taʼ dak li żbalja. Għal din ir-​raġuni, dawk li jħossu li għandhom jitolbu għall-​midneb għandhom jagħmlu dan fil-​privat biss, u jħallu f’idejn l-​anzjani responsabbli fil-​kongregazzjoni biex jieħdu ħsieb taʼ xi żviluppi ġodda fil-​kwistjoni.

[Stampa f’paġna 31]

Id-​dnubiet gravi taʼ Manassi ġew maħfura meta umilja ruħu quddiem Jehovah

[Sors tal-​Istampa f’paġna 30]

Riprodott mill-​Illustrierte Pracht - Bibel/Heilige Schrift des Alten und Neuen Testaments, nach der deutschen Uebersetzung D. Martin Luther’s

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja