LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 7/1 p. 31
  • Konvenzjonijiet Internazzjonali fl-2003

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Konvenzjonijiet Internazzjonali fl-2003
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Materjal Simili
  • Ġeħova Jlaqqaʼ l-Poplu Hieni Tiegħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Il-Konvenzjonijiet Annwali—Opportunità Biex Nuru l-Imħabba
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2021
  • “Mifrudin bil-Lingwa iżda Magħqudin bl-Imħabba”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Konvenzjoni Distrettwali tax-Xhieda taʼ Jehovah għas-sena 2003 “Agħtu Glorja lil Alla”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 7/1 p. 31

Konvenzjonijiet Internazzjonali fl-​2003

NHAR is-​Sibt, 6 t’Ottubru, 2001, saret il-​laqgħa annwali tal-​membri tal-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania fil-​Belt taʼ Jersey, ġewwa New Jersey, l-​Istati Uniti taʼ l-​Amerika. Wara l-​laqgħa, il-​membri u l-​mistidnin tagħhom gawdew programm speċjali. L-​għada, f’laqgħat oħrajn li saru f’erbat ibliet fil-​Kanada u l-​Istati Uniti, membri mill-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Jehovah għamlu dan l-​avviż wara t-​taħdita tagħhom taʼ l-​għeluq:

“Hekk kif inħarsu lejn il-​futur, huwa importanti ferm li n-​nies kollha t’Alla ma jinsewx jiltaqgħu lkoll flimkien. L-​appostlu Pawlu ħeġġiġna nagħmlu dan, kif ukoll li ninkuraġġixxu lil xulxin, iktar u iktar meta naraw il-​jum kbir u tal-​biżaʼ taʼ Jehovah joqrob. (Lhud 10:​24, 25) Fi qbil maʼ dan il-​kmand Skritturali, nittamaw li s-​sena d-​dieħla [2002] ikollna konvenzjonijiet distrettwali f’kull parti tad-​dinja. Imbagħad, fis-​sena 2003, jekk tkun ir-​rieda taʼ Jehovah, forsi jkun possibbli li jkollna konvenzjonijiet internazzjonali speċjali f’ċerti bnadi tad-​dinja. Issa huwa ż-​żmien li nibqgħu mqajmin u għassa, u nifhmu kif qed jiżviluppaw il-​ġrajjiet fix-​xena dinjija.”

Minkejja li l-​inċertezzi u t-​tensjonijiet qed ikomplu jiżdiedu, hekk kif din is-​sistema preżenti toqrob lejn tmiemha, l-​attività tal-​poplu t’Alla trid tkompli miexja ’l quddiem. L-​aħbar tajba tas-​Saltna, inkluż il-​messaġġ taʼ twissija mill-​Bibbja, trid tixxandar lil kull ġens, tribù, ilsien, u poplu, bl-​istedina li ‘jibżgħu minn Alla u jagħtuh glorja, għax is-​siegħa tal-​ħaqq tiegħu qed toqrob dejjem iżjed.’ (Apokalissi 14:​6, 7) Għalhekk, fi qbil max-​xewqa u r-​rieda taʼ Missierna tas-​sema, għas-​sena 2003 qed jiġu pjanati konvenzjonijiet internazzjonali f’diversi bnadi tad-​dinja.

Qed jipprovaw isiru pjanijiet biex dawn il-​laqgħat l-​ewwel isiru f’xi bliet fl-​Amerika taʼ Fuq u ftit żmien wara fl-​Ewropa. Ftit iktar tard fl-​2003, se jkunu saru arranġamenti biex gruppi taʼ delegati jivvjaġġaw lejn xi bliet fl-​Asja; u lejn l-​aħħar tas-​sena, gruppi oħra se jmorru fl-​Afrika, fl-​Amerika t’Isfel, u fl-​inħawi tal-​Paċifiku. Ċertu fergħat se jintalbu jibagħtu numru limitat taʼ delegati lejn postijiet speċifiċi fejn se jsiru l-​konvenzjonijiet, u għalhekk mhux se jkun possibbli li kulħadd jiġi mistieden jattendi. Madankollu, se tkun ħaġa inkuraġġanti li f’kull post ikun hemm delegazzjonijiet b’numru limitat li jirrappreżentaw pajjiżi differenti.

Il-kongregazzjonijiet tax-​Xhieda taʼ Jehovah dalwaqt se jirċievu tagħrif dwar dawn il-​laqgħat. Tagħrif dwar id-​dati eżatti u l-​bliet speċifiċi, fejn se jkunu jistgħu jattendu d-​delegati li jiġu mistiedna, se jingħata mill-​fergħat rispettivi tagħhom. Għaldaqstant, int mitlub biex għalissa la tikteb u lanqas titlob għal informazzjoni dwar din il-​kwistjoni.

Dawk li eventwalment se jintgħażlu bħala delegati jridu jkunu biss Xhieda dedikati u mgħammdin li se jagħtu eżempju mill-​aqwa lill-​aħwa tal-​lokal u se juruhom imħabba fraterna. Dawn, mill-​banda l-​oħra, se jkollhom opportunità mill-​aqwa li jilqgħu lill-​viżitaturi b’imħabba u juruhom ospitalità ġenwina. (Lhud 13:​1, 2) B’hekk se ‘jqawwu lil xulxin.’ (Rumani 1:​11, 12) Iżjed dettalji dwar dawn l-​arranġamenti se jingħataw mill-​fergħat li huma mistiedna jibagħtu d-​delegati f’xi pajjiż jew pajjiżi partikulari.

Matul is-​sena 2003, fil-​biċċa l-​kbira tal-​pajjiżi se jkun hemm konvenzjonijiet distrettwali taʼ tlett ijiem bħas-​soltu. Billi niltaqgħu flimkien, ilkoll se jkollna l-​opportunità li ‘nisimgħu, nitgħallmu, u nagħmlu l-​qalb.’ (Dewteronomju 31:12; 1 Korintin 14:31) Dan se jagħti opportunità lin-​nies kollha t’Alla biex ‘jippruvaw u jaraw kemm hu tajjeb il-​Mulej.’ (Salm 34:9 [34:​8, NW]) Fil-​konvenzjonijiet internazzjonali kollha, kif ukoll f’ħafna konvenzjonijiet distrettwali, se jkun hemm xi missjunarji li wħud minnhom se jkollhom sehem fil-​programm.

Matul din is-​sena 2002, qed nieħdu pjaċir bil-​Konvenzjonijiet Distrettwali “Proklamaturi Żelużi tas-​Saltna,” li jqanqluna biex nagħtu xiehda akbar. Hekk kif nagħmlu dan, il-​ħerqa tagħna għal dak li Jehovah għandu lest għas-​sena li ġejja żgur se tikber. Dan se jgħinna noqogħdu għassa, nibqgħu mqajmin, u nżommu ruħna lesti meta nqisu dawn iż-​żminijiet kritiċi u taʼ sinifikat speċjali.—Mattew 24:​42-​44.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja