LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 5/1 p. 13
  • Megħjunin Inżommu l-Qdusija tad-Demm

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Megħjunin Inżommu l-Qdusija tad-Demm
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Materjal Simili
  • Naqdi lil Oħrajn u Ntaffi t-Tbatija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Tkompli Tiżdied il-Ħtieġa għal Mediċina u Kirurġija Mingħajr Demm
    Stenbaħ!—2000
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 5/1 p. 13

Proklamaturi tas-​Saltna Jirrapportaw

Megħjunin Inżommu l-​Qdusija tad-​Demm

MADWAR id-​dinja l-​qaddejja taʼ Jehovah urew il-​lealtà lejn Alla f’konnessjoni mal-​qdusija tad-​demm. (Atti 15:​28, 29) L-​għajnuna għall-​fratellanza Kristjana ġiet provduta mill-​klassi taʼ l-​ilsir leali u diskret. (Mattew 24:​45-47) Ejja naraw x’kien ir-​riżultat fil-​Filippini.

Il-fergħa fil-​Filippini tirrapporta: “Fl-​1990 konna informati li rappreżentanti mill-​Betel taʼ Brooklyn kienu se jagħmlu seminar hawn fil-​Filippini. Ġew mistidnin aħwa minn diversi fergħat fl-​Asja, inkluż mill-​Korea, it-​Tajwan, u Ħong Kong. L-​iskop kien li tingħata għajnuna biex jiġu stabbiliti s-​Servizzi taʼ Informazzjoni għall-​Isptarijiet f’dawn il-​fergħat kif ukoll biex jagħmlu arranġamenti għall-​Kumitati taʼ Koordinazzjoni maʼ l-​Isptarijiet. Għall-​ewwel, il-​kumitati fil-​Filippini kienu stabbiliti f’erbat ibliet ewlenin.” Il-​kumitati għamlu l-​almu tagħhom biex isibu tobba li kienu lesti jikkooperaw magħna dwar il-​waqfa Kristjana tagħna tad-​demm. Kienu wkoll jgħinu lill-​aħwa meta jqumu diffikultajiet li jinvolvu d-​demm.

Remegio ntgħażel biex jaqdi fil-​Kumitat taʼ Koordinazzjoni maʼ l-​Isptarijiet f’Baguio. Maż-​żmien, xi tobba bdew jinnotaw dan is-​servizz. Remegio jiftakar okkażjoni minnhom meta għadd taʼ tobba li ltaqgħu mal-​Kumitat taʼ Koordinazzjoni maʼ l-​Isptarijiet riedu jkunu jafu kif għandhom jittrattaw pazjenti li kienu Xhieda u li jirrifjutaw id-​demm. Remegio qal: “It-​tobba bdew jistaqsu l-​mistoqsijiet, imma jien ħassejtni mifxul għaliex il-​mistoqsijiet kienu tekniċi wisq.” Hu talab lil Jehovah għall-​għajnuna biex jegħleb din l-​isfida. Remegio kompla: “Wara kull mistoqsija, tobba oħrajn għollew idejhom u qalu kif huma kienu kampaw f’sitwazzjoni simili.” Remegio kien grat għall-​għajnuna tagħhom, speċjalment għaliex damu sejrin sagħtejn sħaħ jistaqsu u jwieġbu.

Issa hemm 21 kumitat madwar il-​pajjiż, b’total taʼ 77 ħu li jaqdu fihom. Danilo, Xhud li hu tabib mediku, jgħid: “It-​tobba jindunaw li l-​pazjenti tagħhom li huma Xhieda huma appoġġati minn organizzazzjoni li tieħu ħsiebhom bl-​imħabba.” Tabib wieħed għall-​ewwel ma xtaqx jopera lil wieħed ħu mingħajr it-​trasfużjoni tad-​demm. Madankollu, il-​ħu kien sod fil-​waqfa tiegħu. L-​operazzjoni saret u rnexxiet. Is-​Servizzi taʼ Informazzjoni għall-​Isptarijiet jirrapportaw: “It-​tabib baqaʼ mistagħġeb bil-​fejqan tal-​ħu. Hu qal: ‘Wara dak li ġara f’dan il-​każ, jekk xi ħadd mill-​membri tagħkom għandu bżonn din it-​tip t’operazzjoni mingħajr demm, jien se nkun kuntent nagħmilhielu.’”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja