LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 6/1 pp. 3-4
  • X’qed Isir Minnha l-Karità?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’qed Isir Minnha l-Karità?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Bżonnjużi jew Moħlijin?
  • Nagħti jew Ma Nagħtix
  • Għoti li Jogħġob lil Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • It-Tajjeb Imdawwar bil-Ħażin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 6/1 pp. 3-4

X’qed Isir Minnha l-​Karità?

WARA l-​attakki tal-​11 taʼ Settembru, 2001, fil-​belt taʼ New York u Washington, D.C., l-​appoġġ tal-​pubbliku għall-​vittmi taʼ din it-​traġedja kien straordinarju. L-​għaqdiet tal-​karità skantaw meta ġabru $2.7 biljun (Lm1.1 biljun) f’donazzjonijiet biex jgħinu lill-​familji tal-​vittmi. Imnikktin minħabba l-​ammont taʼ ħsara li saret, in-​nies kullimkien riedu jagħtu l-​għajnuna tagħhom.

Madankollu, in-​nies ma damux ma bidlu l-​attitudni tagħhom u tgħidx kemm irrabjaw meta saru jafu dwar l-​akkużi li għaqdiet prominenti tal-​karità kienu qed jużaw ħażin il-​fondi miġbura. Tgħidx kemm telgħalhom bl-​ikrah meta semgħu li waħda mill-​għaqdiet il-​kbar tal-​karità kienet se żżomm kważi nofs il-​$546 miljun (Lm223 miljun) li rċivew biex jużawhom għal xi ħaġa oħra. Għalkemm din l-​organizzazzjoni iktar tard biddlet id-​deċiżjoni tagħha u talbet apoloġija, riporter wieħed qal: “Il-​kritiċi jaħsbu li dan kien kollu għalxejn għax kien tard wisq biex din terġaʼ tikseb il-​fiduċja” li gawdiet qabel ma saru l-​attakki. Int x’taħseb? Ħassejt li dan l-​aħħar naqqsitlek il-​fiduċja tiegħek f’dawn l-​għaqdiet tal-​karità?

Bżonnjużi jew Moħlijin?

L-​għoti għall-​karità ġeneralment hu meqjus bħala att li jistħoqqlu tifħir. Madankollu, mhux kulħadd jarah b’dan il-​mod. Xi 200 sena ilu, Samuel Johnson, kittieb Ingliż, kiteb: “Tħossok ferm iktar ċert li qed tagħmel il-​ġid meta tħallas lil dawk li jaħdmu, bħala l-​ħlas taʼ xogħolhom, milli meta sempliċement tagħtihom il-​flus bħala att taʼ karità.” Xi wħud illum hekk iħossuhom, u rapporti dwar il-​mod kif xi għaqdiet tal-​karità qed jippermettu l-​abbużi u l-​użu ħażin taʼ dawn id-​donazzjonijiet ma jkabbarx il-​fiduċja tal-​pubbliku. Ikkunsidra żewġ eżempji reċenti.

Direttur t’għaqda reliġjuża tal-​karità f’San Francisco tkeċċa wara li ġie akkużat li bagħat il-​kont t’operazzjoni kosmetika li għamel, kif ukoll il-​kontijiet taʼ restoranti li ammontaw għall-​$500 (Lm204) kull ġimgħa għal perijodu taʼ sentejn lill-​aġenzija tiegħu. Fil-​Britannja, organizzaturi taʼ kampanja għall-​karità fuq stazzjon popolari tat-​televixin ġew imġagħlin jistħu meta sar magħruf li mis-​£6.5 miljun (madwar Lm4.4 miljun) li nġabru biex jinbnew orfanatrofji ġodda fir-​Rumanija, 12-il dar biss ġew mibnijin, u dawn kienu taʼ kwalità inferjuri. Barra minn hekk, kien hemm mijiet t’eluf taʼ dollari li ma jafux x’sar minnhom. Mhux taʼ b’xejn li rapporti negattivi bħal dawn ġagħlu lil xi wħud li jħobbu jagħtu għall-​karità joqogħdu iktar attenti dwar kemm jagħtu u lil min.

Nagħti jew Ma Nagħtix

Madankollu, tkun ħasra li nħallu l-​azzjonijiet taʼ ftit individwi jew għaqdiet tal-​karità joħonqu t-​tħassib ġenwin u l-​mogħdrija tagħna għall-​oħrajn. Il-​Bibbja tgħid: “Quddiem Alla u Missierna t-​tjieba safja u bla tebgħa hija din: iżżur l-​iltiema u r-​romol fl-​hemm tagħhom.” (Ġakbu 1:27) Iva, tħassib għall-​foqra u dawk inqas ixxurtjati muri bl-​azzjoni hu parti importanti mill-​Kristjanità.

Madankollu, forsi taħseb, ‘Għandi nkompli nagħti karità, jew għandi sempliċement ngħin billi nagħti għotjiet persunali lil xi individwi?’ Liema tip t’għotjiet jogħġbu lil Alla? L-​artiklu li jmiss se jiddiskuti dawn il-​mistoqsijiet.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja