LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 9/15 p. 3
  • Il-Bibbja Tistaʼ Tgħin iż-Żwieġ Tiegħek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Bibbja Tistaʼ Tgħin iż-Żwieġ Tiegħek
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Materjal Simili
  • Wara l-ġurnata tat-tieġ
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
  • Ħu Ħsieb iż-Żwieġ Tiegħek
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2021
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • “Ħa Jkun iż-Żwieġ Onorabbli”
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 9/15 p. 3

Il-​Bibbja Tistaʼ Tgħin iż-​Żwieġ Tiegħek

IŻ-​ŻWIEĠ​—lil xi wħud, din il-​kelma ġġibilhom ħsibijiet sbieħ. Lil oħrajn tqabbadhom uġigħ taʼ qalb. “Emozzjonalment inħossni divorzjata,” tilmenta waħda mara miżżewġa. “Inħossni injorata u waħdi l-​ħin kollu.”

Xi jġiegħel lil tnejn min-​nies li darba wiegħdu li jħobbu u jgħożżu lil xulxin jitbiegħdu daqshekk? Fattur wieħed huwa n-​nuqqas t’edukazzjoni dwar x’jinvolvi ż-​żwieġ. “Aħna nidħlu għaż-​żwieġ mingħajr ebda taħriġ,” josserva wieħed ġurnalist li jikteb dwar affarijiet mediċi.

Minn studju li sar minn The National Marriage Project, proġett taʼ riċerka mill-​Università taʼ Rutgers fi New Jersey, l-​Istati Uniti, sar magħruf li ftit huma dawk li għandhom għarfien dwar x’verament jinvolvi ż-​żwieġ. “Ħafna nies mistħarrġa f’dan l-​istudju kibru ġo familji b’ġenituri li ma kinux kuntenti fiż-​żwieġ jew li kienu divorzjati,” jiktbu d-​diretturi tal-​proġett. “Huma jafu eżatt x’inhu żwieġ diżastruż, imma m’humiex daqshekk ċerti dwar kif għandu jkun żwieġ b’saħħtu. Ftit minnhom jistgħu biss jiddeskrivu żwieġ b’saħħtu bħala ‘l-​oppost tal-​ġenituri tiegħi.’”

Huma l-​Kristjani ħielsa mill-​problemi fiż-​żwieġ? Le. Fil-​fatt, xi Kristjani fl-​ewwel seklu kellhom bżonn pariri speċifiċi biex ma ‘jfittxux li jinħallu’ miż-​żwieġ tagħhom. (1 Korintin 7:27) Bla dubju, kull żwieġ bejn żewġ persuni imperfetti se jkollu l-​problemi tiegħu, imma aħna għandna l-​għajnuna. L-​irġiel u n-​nisa miżżewġin jistgħu jtejbu r-​relazzjoni tagħhom billi japplikaw prinċipji Bibliċi.

Veru, il-​Bibbja m’hijiex xi ktieb taʼ istruzzjoni dwar iż-​żwieġ. Però, billi hija ispirata mill-​Wieħed li oriġina l-​arranġament taż-​żwieġ, nistgħu nistennew li l-​prinċipji tagħha jkunu t’għajnuna. Permezz tal-​profeta Isaija, Alla Jehovah stqarr: “Jien hu l-​Mulej, Alla tiegħek; jien ngħallmek għall-​ġid tiegħek, u nqabbdek it-​triq fejn għandek timxi. Li kieku tajt widen għall-​kmandamenti tiegħi, kien ikun bħal xmara sliemek, u sedqek bħal mewġ tal-​baħar.”—Isaija 48:​17, 18.

Bdiet l-​imħabba li darba kien hemm bejnietkom tmajna bil-​mod il-​mod? Tħoss int li nqbadt fi żwieġ bla mħabba? Mara li ilha miżżewġa għal 26 sena qalet: “L-​uġigħ li tħoss meta jkollok relazzjoni bħal din ma tantx jistaʼ jiġi deskritt. Huwa kontinwu u ma jaqtaʼ xejn.” Minflok ma tirrassennja ruħek għal żwieġ li ma jagħmlekx kuntent, għalfejn ma tipprovax tara x’tistaʼ tagħmel dwaru? L-​artiklu li jmiss se juri lill-​irġiel u lin-​nisa miżżewġin kif il-​prinċipji tal-​Bibbja jistgħu jgħinu ż-​żwieġ tagħhom f’aspett partikulari​—dak taʼ l-​impenn.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja