LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 12/15 pp. 28-29
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Materjal Simili
  • X’Inhi s-​Saltna t’Alla?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Viżjonijiet taʼ dawk li jgħixu fis-​smewwiet inviżibbli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • L-Hena taʼ Dejjem—Fis-Sema Jew fl-Art?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 12/15 pp. 28-29

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Fit-​talba mudell tiegħu, ried Ġesù jfisser li r-​rieda t’Alla kienet qiegħda ssir fis-​sema avolja l-​anġli ħżiena kienu għadhom ma tkeċċewx?

Bħalma hu dokumentat f’Mattew 6:​10, Ġesù qal: “Ikun li trid int, kif fis-​sema, hekkda fl-​art.” Din it-​talba tistaʼ tinftiehem b’żewġ modi. L-​ewwel mod, bħala talba biex ir-​rieda t’Alla ssir fuq l-​art bħalma diġà kienet qiegħda ssir fis-​sema jew, it-​tieni mod, bħala talba biex ir-​rieda t’Alla ssir b’mod komplet kemm fis-​sema kif ukoll fuq l-​art.a It-​tifsira tal-​kliem li Ġesù qal qabel, “tiġi saltnatek,” tindika li t-​tieni fehma hija iktar fi qbil maʼ l-​Iskrittura. U din tirrifletti s-​sitwazzjoni li kien hemm meta Ġesù kien fuq l-​art u l-​perijodu twil taʼ wara. Dan kif?

Il-​ktieb taʼ l-​Apokalissi jipponta lejn żewġ riżultati separati meta ġiet stabbilita s-​Saltna t’Alla fis-​sema. L-​ewwel wieħed jeffettwa lis-​sema nnifsu, it-​tieni wieħed, lill-​art. Apokalissi 12:​7-9, 12 jgħid: “Qamet gwerra fis-​sema: Mikiel u l-​anġli tiegħu jitqabdu mad-​Dragun. U d-​Dragun u l-​anġli tiegħu tqabdu, iżda ma kellhomx ħila jegħlbu, u ma kienx hemm iżjed post għalihom fis-​sema. U kien imwaddab id-​Dragun il-​kbir, is-​Serp tal-​qedem, li hu msejjaħ id-​Demonju u x-​Xitan, il-​qarrieq tad-​dinja kollha, kien imwaddab għal fuq l-​art, u miegħu kienu mwaddba l-​anġli tiegħu. Għalhekk ifirħu, smewwiet, u intom li tgħammru fihom. Ħażin għalikom, art u baħar, għax fikom niżel id-​Demonju, b’korla kbira fuqu, għax jaf li żmien ftit baqagħlu.”

Bit-tkeċċija taʼ Satana u d-​demonji mis-​sema wara l-​1914, dan il-​qasam tnaddaf mill-​ispirti ribellużi kollha li kien hemm. Dan ġab ferħ kbir fost l-​ulied anġeliċi leali taʼ Jehovah, li jirrappreżentaw b’mod sinifikanti l-​parti l-​kbira mill-​ħolqien spirtu tiegħu. (Ġob 1:​6-​12; 2:​1-7; Apokalissi 12:10) Għaldaqstant, dak li talab Ġesù fit-​talba mudell, fejn kellu x’jaqsam mas-​sema, twettaq. Dawk kollha li baqgħu fil-​qasam tas-​sema kienu leali lejn Jehovah u sottomessi għalkollox lejn is-​sovranità tiegħu.

Irid jiġi enfasizzat li anki qabel dan, meta l-​anġli ħżiena kienu għadhom jistgħu jidħlu fis-​sema, huma xorta kienu maqtugħin mill-​familja t’Alla u taħt restrizzjonijiet ċari. Per eżempju, Ġuda 6 juri li saħansitra fl-​ewwel seklu E.K., dawn kienu “marbuta għal dejjem f’qiegħ id-​dlamijiet [spiritwali] għall-​ħaqq tal-​Jum il-​kbir.” Bl-​istess mod, it-​2 Pietru 2:4 (Saydon) jgħid: “Alla ma ħafirhiex lill-​anġli li dinbu, imma tefagħhom fil-​Qiegħ [stat taʼ degradazzjoni assoluta], magħluqin f’ħofor mudlama [spiritwalment], merfugħin għall-​ħaqq.”b

B’kuntrast kbir mal-​qagħda tagħhom bħala mkeċċijin waqt li kienu għadhom fis-​sema, l-​anġli ħżiena kisbu awtorità kbira fuq l-​art. Fil-​fatt, il-​Kelma t’Alla ssejjaħ lil Satana “l-​Prinċep taʼ din id-​dinja,” u ssejjaħ lid-​demonji “l-​Prinċpijiet taʼ din id-​dinja taʼ dlamijiet.” (Ġwanni 12:31; Efesin 6:​11, 12; 1 Ġwanni 5:​19) Minħabba l-​awtorità li għandu, ix-​Xitan setaʼ joffri lil Ġesù “s-​saltniet kollha tad-​dinja u l-​glorja tagħhom” jekk jagħmillu att wieħed taʼ qima. (Mattew 4:​8, 9) Huwa ċar, allura, li meta s-​Saltna t’Alla “tiġi,” din se ġġib bidliet kbar ħafna fejn għandha x’taqsam l-​art.

Hawn fuq l-​art, il-​‘miġja’ tas-​Saltna t’Alla se tirriżulta f’sistema kompletament ġdida. Is-​Saltna se tfarrak il-​ħakmiet kollha magħmulin mill-​bniedem u ssir l-​uniku gvern fuq l-​art. Fl-​istess ħin, il-​bnedmin sudditi li se jkollhom il-​biżaʼ t’Alla se jkunu “art ġdida.” (2 Pietru 3:​13; Danjel 2:​44) Is-​Saltna se tneħħi wkoll id-​dnub mill-​bnedmin ubbidjenti u maż-​żmien se tagħmel l-​art kollha ġenna. B’hekk, din se tneħħi kwalunkwe traċċa taʼ ħakma satanika.​—Rumani 8:​20, 21; Apokalissi 19:17-​21.

Fi tmiem il-​Millennju, li matulu s-​Saltna Messjanika tkun wettqet ir-​rieda t’Alla, “l-​Iben stess jitqiegħed taħt Alla li jkun qegħedlu kollox taħtu, sabiex Alla jkun kollox f’kollox.” (1 Korintin 15:28) Imbagħad se jkun hemm prova taʼ l-​aħħar, u wara dan Satana, id-​demonji tiegħu, u dawk il-​bnedmin ribelli kollha li jkunu tqarrqu se jitneħħew darba għal dejjem permezz tat-​“tieni mewt.” (Apokalissi 20:​7-​15) Wara dan kollu, il-​ħolqien intelliġenti kollu fis-​sema u fl-​art se juri sottomissjoni ferriħija għal dejjem lejn is-​sovranità bi mħabba taʼ Jehovah. Imbagħad, il-​kliem tat-​talba mudell taʼ Ġesù se jkun twettaq f’kull aspett u b’mod komplet.​—1 Ġwanni 4:​8.

[Noti taʼ taħt]

a The Bible​—An American Translation, tittraduċi din il-​parti mit-​talba mudell taʼ Ġesù, “Tiġi saltnatek! Ikun li trid int fuq l-​art kif ukoll fis-​sema!”​—Mattew 6:​10.

b L-​appostlu Pietru qabbel din il-​qagħda spiritwali taʼ tkeċċija maʼ li wieħed ikun fil-​“ħabs.” Madankollu, hu ma kienx qed jirreferi għall-​“abbissi” fejn fil-​futur id-​demonji se jintefgħu għal elf sena.​—1 Pietru 3:​19, 20; Luqa 8:​30, 31; Apokalissi 20:​1-3.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja