LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w00 10/1 pp. 4-7
  • L-Hena taʼ Dejjem—Fis-Sema Jew fl-Art?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Hena taʼ Dejjem—Fis-Sema Jew fl-Art?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ribelli fis-​Sema
  • L-​Art Miknusa u Mnaddfa
  • Se Tibqaʼ l-​Art fil-​Paċi?
  • Għala Xi Wħud Imorru s-​Sema
  • L-​Art—Dar Eterna Għall-​Bnedmin
  • L-​Għażla Tagħna​—Ħajja jew Mewt
  • X’Tip taʼ Post Hu s-Sema?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Min Imur Fis-Sema, u Għala?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • X’Inhi s-​Saltna t’Alla?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
w00 10/1 pp. 4-7

L-​Hena taʼ Dejjem—Fis-​Sema Jew fl-​Art?

IL-​FERĦ tiegħek jiddependi prinċipalment fuq fejn toqgħod? Fil-​biċċa l-​kbira tagħhom in-​nies malajr jammettu li l-​ferħ iktar jiddependi minn fatturi bħal li tkun f’saħħtek, li jkollok skop fil-​ħajja u relazzjonijiet tajbin m’oħrajn. Hemm proverbju fil-​Bibbja li jgħid: “Aħjar platt ħaxix mogħti bl-​imħabba, minn gendus smin bil-​mibegħda miegħu.”​—Proverbji 15:17.

Madankollu, jiddispjaċina ngħidu li din id-​dinja li ngħixu fiha għandha storja twila taʼ mibegħda, vjolenza u forom oħrajn taʼ ħażen. Imma xi ngħidu dwar is-​sema, jew il-​qasam taʼ l-​ispirti, fejn ħafna nies jittamaw li jmorru wara li jmutu? Kien dan dejjem post taʼ paċi u trankwillità li ma bħalhom, fejn qatt ma jinqalaʼ l-​inkwiet, bħalma donnu jaħseb kulħadd?

Il-Bibbja tgħallimna li Alla jgħix fis-​sema flimkien maʼ miljuni taʼ ħlejjaq spirti msejħin anġli. (Mattew 18:10; Apokalissi 5:​11) Dawn huma deskritti bħala “wlied Alla” spirti. (Ġob 38:​4, 7) Bħall-​bnedmin, l-​anġli wkoll huma esseri morali ħielsa; m’humiex robots. Għalhekk, dan ifisser li huma wkoll jistgħu jagħżlu li jagħmlu t-​tajjeb jew li jagħmlu l-​ħażin. Jistaʼ qatt ikun li l-​anġli jagħżlu li jagħmlu xi ħaġa ħażina? Xi wħud għandhom mnejn jinħasdu meta jsiru jafu li, eluf taʼ snin ilu, kien hemm għadd ġmielu taʼ anġli li, fil-​fatt, dinbu kontra Alla. Dawn irribellaw kontrih!​—Ġuda 6.

Ribelli fis-​Sema

Id-​dnub deher fil-​qasam taʼ l-​ispirti minħabba l-​irvell taʼ anġlu wieħed, li sar magħruf bħala Satana (Avversarju) u Xitan (Kalunnjatur). Dan l-​anġlu, li darba kien ubbidjenti, għażel li jagħmel xi ħaġa ħażina għax ried hu. Minn dak in-​nhar ’il quddiem beda jinfluwenza ħażin lil xi ħlejjaq spirti oħra, tant li sa żmien Noè, qabel ġie d-​Dilluvju, kien hemm għadd kbir minnhom li ngħaqdu maʼ Satana fl-​irvell kontra Alla.​—Ġenesi 6:2; 2 Pietru 2:4.

Dawn l-​anġli midinba ma tkeċċewx mis-​sema mill-​ewwel. Anzi, tħallew jidħlu u joħorġu, mid-​dehra b’ċerti restrizzjonijiet, għal eluf taʼ snin.a Madankollu, meta wasal iż-​żmien biex Alla ma jibqax jittollera lil dawn l-​anġli l-​ħżiena, dawn ġew ‘imwaddbin’ ’il barra mis-​sema biex meta jasal il-​waqt jiġu meqrudin. Leħen fis-​sema mbagħad qal: “Għalhekk ifirħu, smewwiet, u intom li tgħammru fihom.” (Apokalissi 12:​7-​12) Ovvjament, l-​anġli li kienu baqgħu leali ferħu ferm li sa fl-​aħħar is-​smewwiet kienu nħelsu minn dawk ix-​xewwiexa viljakki!

Meta wieħed iqis dawn id-​dettalji li ma tantx huma magħrufin, jidher ċar li kulmeta jkun hemm ħlejjaq intelliġenti li jinjoraw il-​liġijiet u l-​prinċipji t’Alla ma jistaʼ jkun hemm ebda paċi vera. (Isaija 57:20, 21; Ġeremija 14:19, 20) Mill-​banda l-​oħra, meta kulħadd jobdi l-​liġi t’Alla, jirrenjaw il-​paċi u t-​trankwillità. (Salm 119:165; Isaija 48:17, 18) Mela ma taħsibx int li, kieku l-​bnedmin kollha jkunu jħobbu u jobdu ’l Alla u jħobbu ’l xulxin, l-​art tkun verament post sabiħ u taʼ ferħ fejn noqogħdu? Il-​Bibbja tgħid li hekk hu!

Imma xi ngħidu dwar dawk li bl-​egoiżmu tagħhom iwebbsu rashom u ma jkunux iridu jbiddlu l-​modi ħżiena tagħhom? Sejrin huma jibqgħu għal dejjem ifixklu l-​paċi taʼ dawk li verament iridu jagħmlu r-​rieda t’Alla? Le! Bħalma Alla aġixxa fil-​każ taʼ l-​anġli l-​ħżiena fis-​sema, hekk ukoll se jaġixxi fil-​każ tan-​nies ħżiena hawn fuq l-​art.

L-​Art Miknusa u Mnaddfa

“Is-​smewwiet it-​tron tiegħi, l-​art mirfes riġlejja,” jgħid Alla. (Isaija 66:1) Ladarba Alla hu l-​qdusija nfisha, mhux se jħalli ‘mirfes riġlejh’ jibqaʼ jitħammeġ bil-​ħażen għal dejjem. (Isaija 6:​1-3; Apokalissi 4:8) Bħalma naddaf is-​sema għalkollox mill-​ispirti l-​ħżiena, hekk sejjer jeħles l-​art min-​nies il-​ħżiena kollha, bħalma juru dawn is-​siltiet li ġejjin mill-​Bibbja:

“Il-​ħżiena jitqaċċtu ’l barra; min jittama fil-​Mulej jikseb l-​art.”​—Salm 37:9.

“It-​tajbin jgħammru fl-​art, u n-​nies sewwa joqogħdu fiha; imma l-​ħżiena mill-​art jitqaċċtu, u l-​qarrieqa jinqalgħu minnha.”​—Proverbji 2:​21, 22.

“Alla għad jagħmel is-​sewwa, u jrodd it-​tbatija lil dawk li qegħdin iġagħlukom issofru; u għad iserraħ lilkom li qegħdin issofru, kif ukoll lilna, dak in-​nhar li l-​Mulej Ġesù jfeġġ mis-​smewwiet imdawwar bl-​anġli tal-​qawwa tiegħu b’nar iħeġġeġ, iħallas lil dawk li ma jagħrfux lil Alla, u ’l dawk li ma jobdux l-​Evanġelju taʼ Sidna Ġesù. Dawn għad jitħallsu bil-​piena tat-​telfien taʼ dejjem, ’il bogħod minn wiċċ il-​Mulej u mill-​glorja tal-​qawwa tiegħu.”​—2 Tessalonikin 1:​6-9.

“Id-​dinja [taʼ nies ħżiena] bil-​ġibdiet tagħha tgħaddi, iżda min jagħmel ir-​rieda taʼ Alla jibqaʼ għal dejjem.”​—1 Ġwann 2:​17.

Se Tibqaʼ l-​Art fil-​Paċi?

Għalkemm l-​Iskrittura turi ċar li Alla għandu limitu għal kemm idum jittollera l-​ħażen, kif nistgħu nkunu ċerti li ladarba l-​ħażen ikun tneħħa għalkollox mhux se jirrepeti ruħu? Wara kollox, ftit wara d-​Dilluvju taʼ żmien Noè, ma damx ma reġaʼ xiref il-​ħażen, tant li Alla kellu jfixkel il-​pjanijiet ħżiena tal-​bnedmin billi ħawdilhom il-​lingwa tagħhom.​—Ġenesi 11:​1-8.

Ir-raġuni ewlenija għala għandna nkunu fiduċjużi li l-​ħażen mhux se jerġaʼ jfeġġ hi għaliex l-​art mhix se tkun iktar maħkuma minn bnedmin bħalma ġara ftit wara d-​Dilluvju. Minflok, se tkun immexxija mis-​Saltna t’Alla. Bit-​tmexxija tagħha mis-​sema, din is-​Saltna se tkun l-​uniku gvern għall-​art. (Danjel 2:​44; 7:​13, 14) Se taġixxi bil-​ħeffa kontra kulmin jipprova jdaħħal il-​ħażen mill-​ġdid. (Isaija 65:20) Fil-​fatt, maż-​żmien din sejra teqred lil Satana x-​Xitan, l-​oriġinatur tal-​ħażen innifsu, flimkien mad-​demonji tiegħu, jiġifieri l-​anġli l-​ħżiena li marru warajh.​—Rumani 16:20.

Iktar minn hekk, il-​bnedmin ma jkollhomx għalfejn jinkwetaw rigward x’se jieklu, x’se jilbsu, fejn se joqogħdu u fejn se jaħdmu, affarijiet li llum iġagħlu lil xi wħud isiru kriminali biex ikunu jistgħu jakkwistawhom. Tabilħaqq, l-​art kollha kemm hi se tinbidel f’ġenna taʼ l-​art produttiva fejn ikun hemm abbundanza għal kulħadd.​—Isaija 65:21-​23; Luqa 23:43, NW.

Iktar importanti minn hekk, lis-​sudditi tagħha din is-​Saltna se tedukahom dwar kif jistgħu jgħixu fil-​paċi waqt li fl-​istess ħin terfagħhom ’il fuq biex jilħqu l-​quċċata nfisha tal-​perfezzjoni umana. (Ġwann 17:3; Rumani 8:​21) Minn hemm ’il quddiem, il-​bnedmin qatt iktar ma se jkollhom għalfejn jikkumbattu d-​dgħjufijiet u tendenzi biex jidinbu. B’hekk l-​ubbidjenza perfetta lejn Alla ssir xi ħaġa kemm possibbli kif ukoll pjaċevoli, bħalma kienet fil-​każ taʼ Ġesù bħala bniedem perfett. (Isaija 11:3) Fil-​fatt, Ġesù baqaʼ leali lejn Alla saħansitra meta kien ittantat u torturat bl-​aħrax, affarijiet li żgur mhux se jkollna fil-​Ġenna taʼ l-​art.​—Lhud 7​:26.

Għala Xi Wħud Imorru s-​Sema

Madankollu, ħafna nies li jaqraw il-​Bibbja jiġihom f’moħħhom il-​kliem taʼ Ġesù: “Fid-​dar taʼ Missieri hemm ħafna postijiet. . . . Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu.” (Ġwann 14:​2, 3) Dan ma jikkontradixxix l-​idea taʼ ħajja taʼ dejjem f’ġenna taʼ l-​art?

Dan it-​tagħlim m’huwiex kontradittorju. Fil-​fatt, ħaġa tappoġġa lil oħra. L-​ewwelnett, il-​Bibbja tistqarr li hemm biss numru limitat taʼ Kristjani leali li jirxoxtaw bħala ħlejjaq spirti biex jgħixu fis-​sema, u dawn jammontaw għal 144,000. Dawn għala jingħataw dan ir-​rigal taʼ l-​għaġeb? Għaliex huma jifformaw dak il-​grupp li Ġwanni ra fil-​viżjoni, dawk li “bdew jgħixu u jsaltnu maʼ Kristu għal elf sena.” (Apokalissi 14:​1, 3; 20:​4-6) Meta tqabbilhom mal-​biljuni taʼ nies fuq l-​art, il-​144,000 huma verament “merħla ċkejkna.” (Luqa 12:32) Iktar minn hekk, peress li għaddew minn problemi li huma komuni fost il-​bnedmin, bħal Ġesù huma se jkunu jistgħu ‘jagħdru d-​dgħjufija tagħna’ waqt li jaraw li l-​bnedmin u l-​art jiġu rijabilitati.​—Lhud 4:​15.

L-​Art—Dar Eterna Għall-​Bnedmin

Billi pprovda s-​sagrifiċċju taʼ Ġesù Kristu bħala fidwa, Alla beda jiġbor il-​144,000 kważi 2,000 sena ilu, u hemm x’jindika li dan il-​grupp hu issa komplut. (Atti 2:​1-4; Galatin 4:​4-7) Madankollu, is-​sagrifiċċju taʼ Ġesù ma kienx għad-​dnubiet tal-​144,000 biss, “iżda wkoll għal dawk tad-​dinja kollha.” (1 Ġwann 2:2) B’hekk, kulmin jeżerċita fidi f’Ġesù għandu ċ-​ċans li jikseb il-​ħajja eterna. (Ġwann 3:​16) Dawk li huma reqdin fil-​qabar imma li jinsabu fil-​memorja t’Alla se jiġu rxoxtati, mhux għas-​sema, imma għall-​ħajja fuq art imnaddfa. (Koħèlet 9:5; Ġwann 11:11-​13, 25; Atti 24:15) X’se jkun qed jistenniehom hemm?

Apokalissi 21:​1-4 jagħti t-​tweġiba, meta jgħid: “Din hi l-​għamara taʼ Alla mal-​bnedmin . . . Hu jixxuttalhom kull demgħa minn għajnejhom: ma jkunx hemm iżjed mewt, anqas biki jew għajat jew tbatija ma jkun hemm iżjed, għax għabu l-​ħwejjeġ taʼ qabel.” (Korsiv tagħna.) Immaġina ftit: il-​bnedmin ikunu meħlusin mill-​mewt, u għalhekk il-​biki u t-​tbatija li din iġġib magħha jkunu għabu għal dejjem! Sa fl-​aħħar, l-​iskop oriġinali taʼ Jehovah għall-​art u għall-​bniedem se jkun laħaq it-​twettiq glorjuż tiegħu.​—Ġenesi 1:​27, 28.

L-​Għażla Tagħna​—Ħajja jew Mewt

Adam u Eva qatt ma ngħataw għażla jekk ridux imorru fis-​sema jew le. L-​għażla li kellhom kienet jew li jobdu ’l Alla u jgħixu għal dejjem f’ġenna taʼ l-​art jew li ma jobduhx u jmutu. B’sogħba ngħidu li huma għażlu d-​diżubbidjenza, u għalhekk reġgħu lura lejn it-​“trab” taʼ l-​art. (Ġenesi 2:​16, 17; 3:​2-5, 19) Qatt ma kien l-​iskop t’Alla li l-​bnedmin imutu ħalli hu jimla s-​sema bihom wara li jkunu għaddew mill-​qabar. Alla ħalaq mirjadi taʼ anġli biex jgħixu fis-​sema; dawn il-​ħlejjaq spirti m’humiex bnedmin li mietu u li ġew irxoxtati għal ħajja fis-​sema.​—Salm 104:​1, 4, NW; Danjel 7:​10.

X’irridu nagħmlu biex niksbu l-​barka li ngħixu għal dejjem fil-​Ġenna fuq l-​art? L-​ewwel pass hu li nistudjaw il-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja Mqaddsa. “Din hi l-​ħajja taʼ dejjem,” qal Ġesù waqt li kien qed jitlob, “li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil Ġesù Kristu, li inti bgħatt.”​—Ġwann 17:3.

Pass ieħor lejn l-​hena taʼ dejjem fil-​Ġenna taʼ l-​art hu li nqegħdu fil-​prattika dak li nitgħallmu. (Ġakbu 1:​22-​24) Dawk li jgħixu skond il-​Kelma t’Alla għandhom iċ-​ċans jaraw b’għajnejhom stess it-​twettiq taʼ profeziji eċċitanti bħal dik li nsibu f’Isaija 11:9, li tgħid: “[Il-bnedmin] ma jagħmlux aktar deni u anqas ħsara fuq il-​muntanja qaddisa kollha tiegħi, għax mimlija hi l-​art bl-​għarfien tal-​Mulej bħalma l-​baħar hu miksi bl-​ilmijiet.”—Korsiv tagħna.

[Nota taʼ taħt]

a Għal diskussjoni dwar għala Alla ttollera l-​ħażen fis-​sema u fl-​art, ara l-​ktieb Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem, pubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc., paġni 70-9.

[Stampi f’paġna 7]

“Il-​ġusti jirtu l-​art, u jgħammru fiha għal dejjem.”—Salm 37:29

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja