LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 12/15 p. 30
  • X’Tiftakar?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Tiftakar?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Materjal Simili
  • Jehovah X’Jistenna Minna?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Nisa li Ferrħu Qalb Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Il-Qaddejja taʼ Jehovah Għandhom Tama Vera
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Aħna Se Nimxu f’Isem Jehovah għal Dejjem!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 12/15 p. 30

X’Tiftakar?

Ħadt gost taqra l-​ħarġiet reċenti tat-​Torri taʼ l-​Għassa? Mela, ara jekk tistax twieġeb dawn il-​mistoqsijiet li ġejjin:

• Kemm-il kapitlu hemm fil-​ktieb taʼ Mikea, meta kien miktub, u x’kienet is-​sitwazzjoni f’dak iż-​żmien?

Il-​ktieb taʼ Mikea fih sebaʼ kapitli. Il-​profeta Mikea kiteb il-​ktieb fit-​tmien seklu Q.E.K., meta l-​poplu li kien f’patt m’Alla kien maqsum f’żewġt iġnus—Iżrael u Ġuda.​—8/15, paġna 9.

• Skond Mikea 6:8 (NW ) Alla x’jeħtieġ minna?

Irridu ‘neżerċitaw il-​ġustizzja.’ Il-​mod kif Alla jagħmel l-​affarijiet huwa l-​livell tal-​ġustizzja, u għalhekk irridu nżommu l-​prinċipji tiegħu taʼ l-​onestà u l-​integrità. Hu jgħidilna biex ‘inħobbu l-​qalb tajba.’ Il-​Kristjani juru l-​qalb tajba bl-​imħabba lejn kulmin hu fil-​bżonn, bħal per eżempju wara xi diżastru. Għalina ‘li nkunu modesti f’li nimxu maʼ [Jehovah]’ ifisser li nagħrfu l-​limitazzjonijiet tagħna u niddependu minnu.​—8/15, paġni 20-2.

• Jekk Kristjan jisfa bla xogħol, x’jistaʼ jagħmel?

Ikun għaqli li jieħu l-​opportunità biex jeżamina mill-​ġdid il-​mod kif jgħix. Għandu mnejn jistaʼ jagħmel ħajtu iktar sempliċi forsi billi jmur joqgħod f’dar iżgħar jew jeħles minn affarijiet li m’humiex daqshekk bżonnjużi. Żgur li huwa importanti li ma jibqax ansjuż dwar il-​bżonnijiet taʼ kuljum, billi jemmen li Alla se jipprovdi dak li neħtieġu. (Mattew 6:​33, 34)​—9/1, paġni 14-15.

• X’għandna nżommu f’moħħna meta nagħtu jew nirċievu rigali tat-​tieġ?

M’hemmx bżonn rigali li jiswew ħafna, u ħadd m’għandu jistenniehom. L-​attitudni tal-​qalb taʼ min jagħti r-​rigal hija l-​iktar prezzjuża. (Luqa 21:​1-4) Ma tkunx qalb tajba li toqgħod ixxandar l-​isem taʼ min ikun tak ir-​rigal. Dan jistaʼ jkun imbarazzanti. (Mattew 6:3)​—9/1, paġna 29.

• Għala għandna nitolbu bla heda?

Talb regulari jistaʼ jgħinna nsaħħu r-​relazzjoni tagħna m’Alla u jħejjina biex niffaċċjaw provi ħorox. It-​talb tagħna jistaʼ jkun qasir jew twil skond il-​ħtieġa u ċ-​ċirkustanzi. It-​talb jibni l-​fidi u jgħinna nittrattaw il-​problemi tagħna.​—9/15, paġni 15-​18.

• Kif għandna nifhmu l-​1 Korintin 15:​29, li f’xi verżjonijiet ġie tradott bħala “l-​magħmudija għall-​mejtin”?

L-​appostlu Pawlu ried ifisser li l-​Kristjani midlukin jiġu mgħammdin, jew mgħaddsin, f’mod taʼ ħajja li se jwassalhom biex imutu mewta taʼ integrità bħal dik taʼ Kristu. Wara, huma se jiġu rxoxtati għall-​ħajja bħala spirti bħal Kristu.​—10/1, paġna 29.

• Kif nafu li l-​fatt li nsiru Kristjani jinvolvi iktar milli sempliċement nevitaw l-​affarijiet ħżiena msemmija fl-​1 Korintin 6:​9-11?

L-​appostlu Pawlu ma semmiex biss li Kristjan għandu jevita affarijiet ħżiena bħall-​fornikazzjoni, l-​idolatrija, u s-​sokor. Biex juri li kien hemm bżonn taʼ xi bidliet oħra, hu kompla fil-​vers li jmiss: “‘Kollox jiswa għalija,’ iżda mhux kollox jaqbel.”​—10/15, paġni 18-​19.

• Min kienu xi ftit min-​nisa tal-​qedem li ferrħu qalb Alla?

Dawn jinkludu liż-​żewġ qwiebel Sifra u Pugħa, li m’obdewx lill-​Fargħun u ma qatlux lis-​subien li kienu għadhom kif twieldu. (Eżodu 1:​15-​20) Raħab, il-​mara żienja Kangħanija pproteġiet liż-​żewġ spiji Iżraelin. (Ġożwè 2:​1-​13; 6:​22, 23) Billi uriet l-​għaqal, Abigajl għenet biex jiġu salvati l-​ħajjiet u wkoll ipproteġiet lil David milli jsir ħati tad-​demm. (1 Samwel 25:​2-​35) Dawn huma eżempji għan-​nisa llum.​—11/1, paġni 8-​11.

• Kif kien li “l-​kwiekeb tqabdu mis-​smewwiet” kontra Sisera, skond kif jgħidilna Mħallfin 5:​20?

Xi wħud iħossu li dan jirreferi għall-​għajnuna mingħand Alla. Oħrajn jgħidu li kienet għajnuna mill-​anġli, xita taʼ meteoriti, jew id-​dipendenza taʼ Sisera fuq it-​tbassir astroloġiku. Peress li l-​Bibbja ma tagħtix dettalji, din il-​frażi nistgħu nifhmuha bħala li kien hemm xi intervent divin għan-​nom taʼ l-​armata Iżraelija.​—11/15, paġna 30.

• Għala hemm ħafna li għadhom jgħidu li jemmnu f’Alla meta fil-​fatt l-​apatija u l-​indifferenza reliġjuża qed jinfirxu madwar id-​dinja?

Xi wħud imorru l-​knisja biex ifittxu serħan il-​moħħ. Oħrajn jittamaw li jkollhom ħajja eterna wara l-​mewt, jew li jkollhom is-​saħħa, il-​ġid, u s-​suċċess. F’xi postijiet in-​nies ifittxu li jimlew il-​vojt spiritwali li rriżulta meta ambizzjonijiet kapitalisti ħadu post l-​ideoloġija Komunista. Il-​fatt li Kristjan ikun konxju taʼ dawn ir-​raġunijiet jistaʼ jgħinu biex jibda konversazzjonijiet tajbin.​—12/1, paġna 3.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja