LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 8/15 pp. 14-19
  • Aħna Se Nimxu f’Isem Jehovah għal Dejjem!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Aħna Se Nimxu f’Isem Jehovah għal Dejjem!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Jehovah Jistenna li Aħna Nkunu Ġusti
  • It-​Talb taʼ Min Jinstemaʼ?
  • Imsaħħin Permezz taʼ l-​Ispirtu t’Alla
  • Jehovah Jiddritta l-​Affarijiet
  • Determinati li Jimxu f’Isem Jehovah
  • Serħan Veru għan-​Nies
  • Il-Qaddejja taʼ Jehovah Għandhom Tama Vera
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Jehovah X’Jistenna Minna?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Ħu bħala mudell lill-profeti—Mikea
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Kif Nistgħu Nibqgħu ‘Nistennew b’Attitudni Xierqa’?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 8/15 pp. 14-19

Aħna Se Nimxu f’Isem Jehovah għal Dejjem!

“Aħna nimxu f’isem il-​Mulej, Alla tagħna, għal dejjem taʼ dejjem.”​—MIKEA 4:5.

JEHOVAH għandu xi ħaġa x’jgħid lill-​poplu tiegħu, u qed juża lil Mikea bħala l-​profeta tiegħu. Alla għandu skop li jieħu azzjoni kontra kulmin qed jagħmel il-​ħażen. Lil Iżrael se jikkastigah minħabba l-​apostasija tiegħu. Iżda, b’ferħ ngħidu li Jehovah se jbierek lil dawk li jimxu f’ismu. Dawn il-​messaġġi joħorġu ċari fil-​profezija taʼ Mikea kapitli 3 sa 5.

2, 3. (a) Il-​mexxejja taʼ Iżrael liema kwalità suppost juru, imma fil-​fatt x’qegħdin jagħmlu? (b) Kif tispjega l-​lingwaġġ figurattiv użat f’Mikea 3:​2, 3?

2 Il-​profeta t’Alla jiddikjara: “Issa isimgħu, kbarat taʼ Ġakobb, u mexxejja tad-​dar taʼ Iżrael! M’hux lilkom imiss li tagħrfu l-​ġustizzja?” Iva, huma hekk suppost li kienu qed jagħmlu, imma fil-​fatt x’qegħdin jagħmlu? Mikea jkompli: “Intom għedewwa tat-​tjieba u ħbieb tal-​ħażen, li tisolħulhom il-​ġilda minn fuqhom, u laħamhom minn fuq għadamhom? Dawn huma li jieklu laħam il-​poplu tiegħi; iqaxxruhom u jfarrkulhom għadamhom; iqattgħuhom qishom laħam għall-​borom, bħal biċċa laħam f’kazzola.”​—Mikea 3:​1-3.

3 Lanqas temmen, il-​mexxejja qegħdin jaħqru lin-​nies foqra li ma setgħux jiddefendu ruħhom! Il-​lingwaġġ figurattiv użat hawnhekk setaʼ jinftiehem faċilment minn dawk li jisimgħu lil Mikea. Meta nagħġa maqtula titlesta għat-​tisjir billi jgħalluha, l-​ewwel ma jagħmlu hu li jneħħulha l-​ġilda u mbagħad iqattgħuha. Xi drabi l-​għadam jaqsmuh biex joħroġ il-​mudullun. Kemm il-​laħam u kemm l-​għadam jitgħallew f’reċipjent kbir, bħal dak imsemmi minn Mikea. (Eżekjel 24:​3-5, 10) Kemm hi addattata din it-​tixbiha għat-​trattament abbużiv li n-​nies taʼ żmien Mikea qegħdin iġarrbu taħt idejn il-​mexxejja mill-​agħar tagħhom!

Jehovah Jistenna li Aħna Nkunu Ġusti

4. Liema kuntrast jeżisti bejn Jehovah u l-​mexxejja taʼ Iżrael?

4 Hemm kuntrast li jispikka bejn ir-​Ragħaj kollu mħabba, Jehovah, u l-​mexxejja taʼ Iżrael. Minħabba li ma jeżerċitawx il-​ġustizzja, dawn il-​mexxejja jonqsu li jwettqu l-​inkarigu tagħhom biex jipproteġu lill-​merħla. Minflok, huma bl-​egoiżmu kollu jisfruttaw lin-​nagħaġ figurattivi billi jċaħħduhom mill-​ġustizzja u jissuġġettawhom għal atti mdemmija, bħalma naraw f’Mikea 3:10. X’nistgħu nitgħallmu minn din is-​sitwazzjoni?

5. Jehovah x’jistenna minn dawk li qed imexxu lill-​poplu tiegħu?

5 Alla jistenna li dawk li jmexxu lill-​poplu tiegħu jeżerċitaw il-​ġustizzja. Dan huwa minnu dwar il-​qaddejja taʼ Jehovah illum. Iktar minn hekk, dan hu fi qbil maʼ Isaija 32:​1, fejn naqraw: “Araw, sultan għad isaltan bil-​ġustizzja, u prinċpijiet jaħkmu bis-​sewwa.” Imma xi nsibu fi żmien Mikea? “Għedewwa tat-​tjieba u ħbieb tal-​ħażen” b’mod persistenti jibqgħu jgħawġu l-​ġustizzja.

It-​Talb taʼ Min Jinstemaʼ?

6, 7. Liema punt importanti hu enfasizzat f’Mikea 3:4?

6 Jistgħu n-​nies taʼ żmien Mikea jistennew li jkollhom il-​favur taʼ Jehovah? Dażgur li le! Mikea 3:4 jistqarr: “U mbagħad jgħajjtu lill-​Mulej. Iżda hu ma jweġibhomx; hu jaħbi wiċċu minnhom f’dak iż-​żmien, talli kull ma għamlu għamluh ħażin.” Dan jenfasizza punt importanti ferm.

7 Jehovah mhux se jwieġeb it-​talb tagħna jekk aħna nipprattikaw id-​dnub. Dan ċertament huwa l-​każ jekk qegħdin ngħixu ħajja doppja, u qed naħbu dnubietna waqt li nagħmlu taʼ bir-​ruħna li qegħdin naqdu ’l Alla fedelment. Skond Salm 26:​4, David kanta hekk: “Ma qgħadtx man-​nies giddieba, ma sseħibtx maʼ nies qarrieqa.” Kemm iktar Jehovah m’huwiex se jwieġeb it-​talb taʼ dawk li jmorru kontra l-​Kelma tiegħu apposta!

Imsaħħin Permezz taʼ l-​Ispirtu t’Alla

8. Dwar xiex ġew imwissijin il-​profeti foloz taʼ żmien Mikea?

8 Kemm kien taʼ min jistmerru dak li kienu qed jagħmlu l-​mexxejja spiritwali taʼ Iżrael! Il-​profeti foloz iġagħlu lin-​nies t’Alla jitħawdu spiritwalment. Il-​mexxejja rgħiba jgħajtu “Paċi!” imma fil-​fatt iqaddsu l-​gwerra kontra kulmin ma jagħtihom xejn x’jieklu. “Għalhekk,” jgħid Jehovah, “ikollkom lejl fuqkom u ma tarawx dehriet; ikollkom dlam fuqkom mingħajr tħabbir; u tgħib ix-​xemx għall-​profeti, u jiddallam għalihom il-​jum. Mbagħad il-​veġġenti jkollhom mniex jistħu, il-​ħabbara jħammru wiċċhom, u lkoll jibdew jgħattu xufftejhom.”​—Mikea 3:​5-7a.

9, 10. Xi jfisser li “jgħattu xufftejhom,” u Mikea għala ma kellux għalfejn jagħmel dan?

9 Għaliex “jgħattu xufftejhom”? Din hi xi ħaġa li n-​nies ħżiena taʼ żmien Mikea jagħmluha minħabba l-​mistħija. U tabilħaqq għandhom għalxiex jistħu dawn l-​irġiel mill-​agħar. “Ebda tweġiba ma jkollhom minn Alla,” safejn jikkonċerna lilhom. (Mikea 3:7b) Jehovah ma jagħtix kas it-​talb tal-​ħżiena mkabbrin.

10 Mikea m’għandux għalxiex ‘jgħatti xofftejh.’ M’għandux minn xiex jistħi. Jehovah iwieġeb it-​talb tiegħu. Innota li f’Mikea 3:8 l-​profeta leali jgħid: “Imma jien, jien mimli bil-​qawwa, bl-​ispirtu tal-​Mulej, bil-​ġustizzja u l-​kuraġġ.” Kemm hu grat Mikea li matul il-​ministeru twil u leali tiegħu, dejjem kien “mimli bil-​qawwa, bl-​ispirtu tal-​Mulej” Jehovah! Dan tah is-​saħħa ‘biex juri ’l Ġakobb id-​dnub tiegħu, u l-​ħtijiet tiegħu lil Iżrael.’

11. Il-​bnedmin kif tingħatalhom il-​qawwa biex ixandru l-​messaġġi t’Alla?

11 Mikea kien jeħtieġ xi ħaġa iktar minn saħħa umana sabiex jipproklama l-​messaġġ taʼ ħaqq mingħand Alla. L-​ispirtu, jew il-​forza attiva, taʼ Jehovah huwa vitali. Xi ngħidu għalina? L-​inkarigu li għandna biex nippridkaw nistgħu nwettquh biss jekk Jehovah iqawwina permezz taʼ l-​ispirtu qaddis tiegħu. L-​isforzi tagħna biex nippridkaw żgur li se jfallu għalkollox jekk aħna minn jeddna nipprattikaw id-​dnub. Jekk inhu hekk, Alla ma jismax it-​talb tagħna għall-​qawwa biex nagħmlu dan ix-​xogħol. Żgur li ma nistgħux niddikjaraw il-​messaġġi taʼ ħaqq taʼ Missierna tas-​sema jekk “l-​ispirtu tal-​Mulej” ma jkunx fuqna. Permezz tat-​talb li jinstemaʼ u bl-​għajnuna taʼ l-​ispirtu qaddis, aħna kapaċi llissnu l-​kelma t’Alla bil-​kuraġġ, bħalma għamel Mikea.

12. Id-​dixxipli taʼ Ġesù tal-​bidu għala setgħu jkomplu ‘jxandru l-​kelma t’Alla bil-​kuraġġ kollu?’

12 Forsi int tiftakru r-​rakkont li nsibu f’Atti 4:​23-31. Immaġina li int wieħed mid-​dixxipli taʼ Ġesù taʼ l-​ewwel seklu. Xi persekuturi fanatiċi qegħdin ifittxu li jagħlqu ħalq is-​segwaċi taʼ Kristu. Imma dawn l-​uħud leali jitolbu lill-​Mulej Sovran tagħhom, u bil-​ħrara jgħidulu: “Mulej, ħares lejn it-​tehdid tagħhom, u agħmel li l-​qaddejja tiegħek ixandru kelmtek bil-​kuraġġ kollu.” X’kien ir-​riżultat? Hekk kif spiċċaw jitolbu, il-​post fejn kienu miġbura theżżeż, u lkoll imtlew bl-​Ispirtu s-​Santu u bdew ixandru l-​kelma t’Alla bil-​kuraġġ kollu. Jalla aħna mela nduru lejn Jehovah permezz tat-​talb u nistrieħu fuq lgħajnuna li jagħtina permezz taʼ l-​ispirtu qaddis biex inwettqu l-​ministeru tagħna.

13. X’se jiġrilhom Ġerusalemm u s-​Samarija, u għala?

13 Erġaʼ aħseb ftit dwar żmien Mikea. Skond Mikea 3:​9-​12, il-​kapijiet ħatja tad-​demm jinxtraw biex jagħmlu l-​ġustizzja, il-​qassisin iridu l-​ħlas biex jgħallmu, u l-​profeti foloz iridu l-​flus biex jeħbru. Mhux taʼ b’xejn li Jehovah qatagħha li Ġerusalemm, il-​belt kapitali taʼ Ġuda, ‘għad issir borġ ġebel’! Ladarba l-​qima falza u l-​korruzzjoni morali jinsabu kullimkien anki f’Iżrael, Mikea jiġi mnebbaħ biex iwissi li Alla se jagħmel lis-​Samarija “borġ ġebel.” (Mikea 1:6) Fil-​fatt, il-​profeta Mikea jibqaʼ ħaj u jara l-​qerda mbassra tas-​Samarija minn idejn il-​qtajjaʼ Assirjani fis-​sena 740 Q.E.K. (2 Slaten 17:​5, 6; 25:​1-​21) Jidher ċar li dawn il-​messaġġi qawwijin kontra Ġerusalemm u s-​Samarija setgħu jingħataw biss permezz tas-​saħħa taʼ Jehovah.

14. Il-​profezija taʼ Mikea 3:12 kif twettqet, u dan kif għandu jeffettwa lilna?

14 Ġuda żgur li ma tistax tiskappa mill-​ħaqq taʼ Jehovah kontriha. Bi twettiq tal-​profezija li nsibuha mniżżla f’Mikea 3:​12, Sijon “għad tinħarat bħal għalqa.” Aħna li ninsabu fis-​seklu 21 nafu li dawn l-​affarijiet seħħew meta l-​Babiloniżi għamlu ħerba sħiħa minn Ġuda u Ġerusalemm fis-​sena 607 Q.E.K. Dan seħħ snin wara li kien ipprofetizza Mikea, imma hu kien ċert li kien se jiġri. Żgur li aħna għandna nkunu daqstant fiduċjużi li din is-​sistema ħażina preżenti se tintemm fil-​jum imbassar taʼ Jehovah.—2 Pietru 3:​11, 12.

Jehovah Jiddritta l-​Affarijiet

15. Kif tiddeskrivi fi kliemek il-​profezija li nsibu f’Mikea 4:​1-4?

15 Jekk inħarsu lura, naraw li Mikea mbagħad iwassal messaġġ eċċitanti taʼ tama. Kemm iqawwilna qalbna l-​kliem li nsibu f’Mikea 4:​1-4! Fost affarijiet oħra Mikea jgħid: “Għad jiġri fl-​aħħar jiem li l-​għolja taʼ dar il-​Mulej togħla ’l fuq mill-​qċaċet tal-​muntanji, u tintrefaʼ ’l fuq mill-​għoljiet. Lejha għad jiġu l-​popli kollha . . . U jkun hu l-​imħallef taʼ ħafna popli, f’idejh ikun id-​destin taʼ ġnus setgħana, mqar l-​aktar imbiegħda. Ix-​xwabel tagħhom idewwbuhom f’sikek, u l-​lanez tagħhom fi mnieġel. Il-​ġnus ma jisiltux ix-​xwabel għal xulxin, u ma jitħarrġux aktar għall-​gwerra. Imma kull wieħed jinsab taħt id-​dielja tiegħu, u taħt is-​siġra tat-​tin tiegħu; u ma jkunx hemm min iwerwirhom, għax fomm il-​Mulej taʼ l-​eżerċti tkellem.”

16, 17. Mikea 4:​1-4 kif qed jitwettaq illum?

16 Min huma l-​“ħafna popli” u l-​“ġnus setgħana” li jissemmew hawnhekk? Dawn m’humiex il-​ġnus u l-​gvernijiet taʼ din id-​dinja. Pjuttost, il-​profezija tapplika għall-​individwi mill-​ġnus kollha li jduru biex jingħaqdu fis-​servizz sagru fuq il-​muntanja taʼ qima vera taʼ Jehovah.

17 Fi qbil mal-​profezija taʼ Mikea, il-​qima nadifa taʼ Jehovah dalwaqt se tkun prattikata maʼ l-​art kollha fil-​veru sens tal-​kelma. Bħalissa, nies li huma “[“disposti sewwa,” NW] għall-​ħajja taʼ dejjem” qed jiġu istruwiti fit-​triqat taʼ Jehovah. (Atti 13:48) Jehovah qed jagħmel ħaqq u jiddritta l-​affarijiet b’mod spiritwali għal dawk li jemmnu u li jieħdu l-​waqfa tagħhom favur is-​Saltna. Dawn se jgħaddu ħajjin mit-​tribulazzjoni l-​kbira bħala parti mill-​“kotra kbira.” (Apokalissi 7:​9, 14) Ladarba x-​xwabel tagħhom dewbuhom f’sikek, saħansitra llum huma qed jgħixu fil-​paċi maʼ Xhieda taʼ Jehovah bħalhom u m’oħrajn. X’ferħ li ninsabu fosthom!

Determinati li Jimxu f’Isem Jehovah

18. X’jissimbolizza l-​fatt li ‘wieħed ipoġġi taħt id-​dielja u t-​tina tiegħu’?

18 Fi żmienna, meta l-​biżaʼ qiegħed jiksi l-​art bħal sħaba sewda, kemm inħossuna imqanqlin meta naraw li ħafna qegħdin jitgħallmu t-​triqat taʼ Jehovah! Qed nixxennqu għaż-​żmien, li issa hu fil-​qrib, meta dawk kollha li jħobbu lil Alla m’humiex se jitgħallmu jiggwerraw iktar imma se jpoġġu kull wieħed taħt id-​dielja u t-​tina tiegħu. Is-​siġar tat-​tin kienu spiss jitħawlu fl-​għelieqi tad-​dwieli. (Luqa. 13:6) Il-​fatt li wieħed ipoġġi taħt id-​dielja u t-​tina tiegħu jissimbolizza kundizzjonijiet taʼ sliem, riżq, u sigurtà. Anki bħalissa, ir-​relazzjoni tagħna maʼ Jehovah iġġibilna paċi tal-​moħħ u sigurtà spiritwali. Taħt it-​tmexxija tas-​Saltna, meta jkunu jeżistu ċirkustanzi bħal dawn, ma se jkollna ebda biżaʼ u se jkollna sigurtà sħiħa.

19. Xi jfisser li wieħed jimxi f’isem Jehovah?

19 Biex ingawdu l-​favur t’Alla u l-​barka tiegħu, irridu nimxu f’isem Jehovah. Dan jiġi enfasizzat ħafna f’Mikea 4:​5, fejn il-​profeta jiddikjara: “Il-​popli kollha jimxu kull wieħed f’isem l-​alla tiegħu; imma aħna nimxu f’isem il-​Mulej, Alla tagħna, għal dejjem taʼ dejjem.” Li nimxu f’isem Jehovah ma jfissirx sempliċement li ngħidu li hu Alla tagħna. Jitlob iktar milli sempliċement nipparteċipaw fil-​laqgħat Kristjani u fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar tas-​Saltna, għalkemm dawn l-​attivitajiet huma vitali wkoll. Jekk aħna qed nimxu f’isem Jehovah, aħna rridu nkunu dedikati lilu u nagħmlu l-​almu tagħna biex naqduh fedelment għax inħobbuh b’qalbna kollha. (Mattew 22:37) U bħala aduraturi tiegħu, żgur li aħna determinati li nimxu f’isem Jehovah Alla tagħna għall-​eternità kollha.

20. X’kien imbassar f’Mikea 4:​6-​13?

20 Ejja issa nqisu l-​kliem profetiku taʼ Mikea 4:​6-​13. “Bint Sijon” se jkollha tmur fl-​eżilju sa “Babilonja.” Dan hu preċiż dak li ġara lill-​abitanti taʼ Ġerusalemm fis-​sebaʼ seklu Q.E.K. Madankollu, il-​profezija taʼ Mikea tindika li fdal kien se jmur lura lejn Ġuda, u meta Sijon tiġi restawrata, Jehovah se jara li l-​għedewwa taʼ Ġuda jinqerdu kompletament.

21, 22. Mikea 5:2 kif twettaq?

21 Mikea kapitlu 5 jbassar żviluppi drammatiċi oħrajn. Per eżempju, innota x’jintqal f’Mikea 5:​1-3 (5:​2-4, NW). Mikea jipprofetizza li Prinċep maħtur minn Alla—wieħed li “għandu l-​bidu tiegħu mill-​qedem”—se joħroġ minn Betlehem. Dan se jaħkem bħala ragħaj “bil-​qawwa tal-​Mulej.” Iktar minn hekk, dan il-​Prinċep se jkun kbir, mhux biss f’Iżrael, imma “sa trufijiet l-​art.” L-​identità tiegħu mhix ċara għad-​dinja in ġenerali, imma għalina m’hemm ebda misteru.

22 Min kien l-​iktar bniedem importanti li qatt twieled f’Betlehem? U min hu dak li se “tkun kbira setegħtu, sa trufijiet l-​art”? Ħadd ħlief il-​Messija, Ġesù Kristu! Meta Erodi l-​Kbir staqsa lill-​qassisin ewlenin u lill-​iskribi fejn kellu jitwieled il-​Messija, dawn wiġbuh: “F’Betlehem tal-​Lhudija.” Huma saħansitra kkwotaw il-​kliem li nsibu f’Mikea 5:1 (5:​2, NW). (Mattew 2:​3-6) Xi wħud min-​nies komuni kienu jafu dan ukoll, għax Ġwanni 7:42 jikkwotahom bħala li qalu: “Ma tgħidx l-​Iskrittura li l-​Messija għandu jiġi min-​nisel taʼ David u minn Betlehem, ir-​raħal minn fejn kien David?”

Serħan Veru għan-​Nies

23. X’qed jiġri llum bi twettiq taʼ Mikea 5:7?

23 Mikea 5:​4-14 (5:​5-15, NW) jirreferi għal invażjoni Assirjana li kien se jkollha biss suċċess għal ftit taż-​żmien u juri wkoll li Alla se jagħmel vendetta mill-​ġnus diżubbidjenti. Mikea 5:6 (5:​7, NW) jwiegħed li xi Lhud nedmin li jkun għad fadal kellhom imorru lura lejn arthom, imma dan il-​kliem japplika wkoll għal żmienna. Mikea jiddikjara: “Ikun il-​fdal taʼ Ġakobb fil-​ġnus, fost kotra taʼ popli bħan-​nida li tiġi mill-​Mulej, bħall-​irxiex tax-​xita fuq il-​ħaxix.” Dan is-​simboliżmu mill-​isbaħ jintuża sabiex ibassar li l-​fdal taʼ Ġakobb, jew Iżrael, spiritwali se jkun barka mingħand Alla għan-​nies. In-​“nagħaġ oħra” taʼ Ġesù, li għandhom it-​tama li jgħixu fuq l-​art, huma ferħanin li jaqdu spalla maʼ spalla mal-​fdal taʼ l-​“Iżrael taʼ Alla” llum, waqt li jgħinu biex iwasslu serħan spiritwali lil oħrajn. (Ġwanni 10:​16; Galatin 6:​16; Sofonija 3:9) F’dan ir-​rigward, hemm punt sinifikanti li għandna nirriflettu fuqu. Bħala proklamaturi tas-​Saltna, ilkoll kemm aħna għandna ngħożżu l-​privileġġ tagħna li nistgħu nwasslu serħan veru lil oħrajn.

24. Liema punti laqtuk minn kapitli 3 sa 5 taʼ Mikea?

24 X’tgħallimt minn kapitli 3 sa 5 tal-​profezija taʼ Mikea? Forsi xi punti bħal dawn: (1) Alla jistenna li dawk li jġorru r-​responsabbiltà fost il-​poplu tiegħu jeżerċitaw il-​ġustizzja. (2) Jehovah mhux se jwieġeb it-​talb tagħna jekk nipprattikaw id-​dnub għax irridu. (3) L-​inkarigu tagħna li nippridkaw nistgħu nwettquh biss jekk Alla jqawwina permezz taʼ l-​ispirtu qaddis tiegħu. (4) Biex ingawdu l-​favur t’Alla, irridu nimxu f’isem Jehovah. (5) Bħala proklamaturi tas-​Saltna, għandna ngħożżu l-​privileġġ tagħna li nwasslu serħan veru lin-​nies. Forsi kien hemm xi punti oħra li laqtuk. X’iktar nistgħu nitgħallmu minn dan il-​ktieb profetiku tal-​Bibbja? L-​artiklu li jmiss se jgħinna nisiltu lezzjonijiet prattiċi mill-​aħħar żewġ kapitli tal-​profezija taʼ Mikea li tant issaħħilna l-​fidi.

Int Kif Twieġeb?

• Alla x’jistenna minn dawk li jmexxu lill-​poplu tiegħu?

• It-​talb u l-​ispirtu qaddis għala huma importanti f’konnessjoni mas-​servizz tagħna lejn Jehovah?

• In-​nies kif ‘jimxu f’isem il-​Mulej [Jehovah]’?

1. Liema messaġġi nsibu f’kapitli minn 3 sa 5 taʼ Mikea?

[Stampa f’paġna 15]

Tistaʼ tispjega t-​tixbiha li fiha Mikea jsemmi l-​kazzola?

[Stampi f’paġna 16]

Bħal Mikea, aħna bil-​kuraġġ kollu nwettqu l-​ministeru tagħna

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja