LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 2/15 pp. 3-4
  • Ir-Reliġjon—Influwenza Pożittiva jew Negattiva?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ir-Reliġjon—Influwenza Pożittiva jew Negattiva?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Irwol tar-​Reliġjon —Pożittiv jew Negattiv?
  • Aħjar bla Reliġjon?
  • Hija r-Reliġjon il-Kaġun tal-Problemi taʼ l-Umanità?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Hija Kwalunkwe Reliġjon Tajba Biżżejjed?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Nipprattikaw ir-Reliġjon Pura Biex Nibqgħu Ħajjin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Ninħelsu mir-Reliġjon Falza
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 2/15 pp. 3-4

Ir-​Reliġjon—Influwenza Pożittiva jew Negattiva?

“JIEN obbligat lejn il-​Kristjanità, u l-​istess, inħoss, hija d-​dinja li ilna ngħixu fuqha għal dawn l-​aħħar 2000 sena.”—Daħla, Two Thousand Years—The First Millennium: The Birth of Christianity to the Crusades.

Din l-​istqarrija pubblika favur il-​“Kristjanità” saret minn Melvyn Bragg, li hu kittieb Ingliż u preżentatur tat-​televixin. Kliemu jirrifletti s-​sentimenti taʼ miljuni taʼ nies fuq l-​art li jħossu l-​istess sens qawwi t’obbligu u lealtà lejn xi reliġjon jew oħra. Dawn huma konvinti li r-​reliġjon kellha influwenza pożittiva f’ħajjithom. Per eżempju, wieħed kittieb jgħid li l-​Islam “nebbaħ ċivilizzazzjoni kbira . . . [li] għamlet il-​ġid lid-​dinja kollha.”

L-​Irwol tar-​Reliġjon —Pożittiv jew Negattiv?

Madankollu, il-​kliem li kompla jgħid Bragg iqajjem mistoqsija serja dwar jekk ir-​reliġjon in ġenerali kinitx tabilħaqq influwenza pożittiva. Hu qal ukoll: “Il-​Kristjanità hija wkoll obbligata li tagħtini spjegazzjoni.” Taʼ xiex irid spjegazzjoni? “Taʼ l-​intolleranza, il-​ħażen, in-​nuqqas kbir taʼ ħniena, u l-​injoranza intenzjonata li spikkaw ħafna wkoll matul l-​‘istorja’ tagħha,” jgħid hu.

Ħafna nies iħossu li matul l-​istorja tad-​dinja, l-​intolleranza, il-​ħażen, in-​nuqqas kbir taʼ ħniena, u l-​injoranza intenzjonata ħassru l-​biċċa l-​kbira mir-​reliġjonijiet. L-​opinjoni tagħhom hi li r-​reliġjon sempliċement tagħmilha taʼ benefattriċi taʼ l-​umanità—li minn barra tidher kollha virtù u qdusija imma fir-​realtà hi mimlija ipokrisija u gideb. (Mattew 23:27, 28) “L-​ebda stqarrija m’hi iktar komuni fil-​letteratura tagħna minn dik li r-​reliġjon għandha valur speċjali fejn għandha x’taqsam iċ-​ċivilizzazzjoni,” tgħid A Rationalist Encyclopædia. Din tkompli: “U l-​ebda stqarrija qatt ma ġiet skreditata daqshekk mill-​fatti li ġraw fl-​istorja.”

Illum, taqra liema gazzetta taqra, issib viżibilju t’eżempji taʼ mexxejja reliġjużi li jippridkaw dwar l-​imħabba, il-​paċi, u l-​mogħdrija imma li mbagħad iqanqlu l-​mibegħda u jinqdew bl-​isem t’Alla biex il-​gwerer ħorox tagħhom jidhru leġittimi. Mhux taʼ b’xejn li ħafna nies iħossu li r-​reliġjon spiss hija influwenza distruttiva fil-​ħajja!

Aħjar bla Reliġjon?

Xi wħud saħansitra waslu għall-​konklużjoni, bħalma għamel il-​filosfu Ingliż Bertrand Russell, li jkun tajjeb jekk maż-​żmien “kull tip taʼ twemmin reliġjuż ma jibqax jeżisti iktar.” Fl-​opinjoni tagħhom, it-​tneħħija tar-​reliġjon hija l-​unika soluzzjoni permanenti għall-​problemi kollha taʼ l-​umanità. Madankollu, jistaʼ jkun li dawn l-​uħud jagħżlu li jinjoraw il-​fatt li min jiċħad ir-​reliġjon jistaʼ jnissel daqstant mibegħda u intolleranza daqs min jappoġġaha bis-​sħiħ. Karen Armstrong, kittieba dwar ir-​reliġjon, tfakkarna: ‘Jekk m’għamel xejn, l-​Olokawst wera li ideoloġija li tħalli r-​reliġjon barra tistaʼ tkun qattiela daqs kwalunkwe kruċjata reliġjuża.’—The Battle for God—Fundamentalism in Judaism, Christianity and Islam.

Mela hija r-​reliġjon tassew influwenza pożittiva, jew fir-​realtà, hija l-​kaġun tal-​problemi li għandha l-​umanità? Hija t-​tneħħija tar-​reliġjonijiet kollha s-​soluzzjoni taʼ dawn il-​problemi? Ikkunsidra x’għandha x’tgħid il-​Bibbja dwar dan fl-​artiklu li jmiss. Tistaʼ tibqaʼ sorpriż bit-​tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja